European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/5191

8.10.2026

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12618 — QVP / NEURON/ ROBERT DYCZKOWSKI / BARTOLOMIEJ ROMANSKI / RTB)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/5191)

1.   

Fit-28 ta’ Settembru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

QVP II S.C.A (“QVP”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Paweł Chodaczek, ċittadin Pollakk,

—

Neuron HoldCo Limited (“Neuron”, Jersey), ikkontrollata minn Cinven Limited (“Cinven”, ir-Renju Unit),

—

RTB House HoldCo sp. z o.o. (“RTB”, il-Polonja),

—

Robert Dyczkowski, ċittadin Pollakk,

—

Bartłomiej Romański, ċittadin Pollakk.

QVP, Neuron, Robert Dyczkowski u Bartłomiej Romański se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ RTB.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew ta’ xi mezz ieħor.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

QVP hija veikolu ta’ investiment ikkontrollat minn Paweł Chodaczek, ċittadin Pollakk, u tinvesti f’kumpaniji f’setturi differenti, inkluż f’kumpaniji teknoloġiċi,

—

Neuron hija kumpanija azzjonarja kkontrollata minn Cinven, negozju ta’ ekwità privata involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment lil għadd ta’ fondi ta’ investiment,

—

RTB hija fornitur globali ta’ teknoloġija innovattiva użata biex jinxtara spazju ta’ reklamar fil-mudell tal-irkant Real Time Bidding, li juża algoritmi ta’ apprendiment profond biex jippermetti lill-klijenti tiegħu jwettqu l-kampanji ta’ reklamar diġitali rilevanti,

—

Robert Dyczkowski huwa ċittadin Pollakk, fundatur ta’ RTB u l-president tal-bord maniġerjali ta’ RTB,

—

Bartłomiej Romański huwa ċittadin Pollakk, fundatur ta’ RTB u membru tal-bord maniġerjali ta’ RTB.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12618 — QVP / NEURON / ROBERT DYCZKOWSKI / BARTOLOMIEJ ROMANSKI / RTB

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5191/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)