15.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 116/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/524

tat-8 ta’ April 2020

li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 863/2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti.

(2)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 863/2013 (3), prodott li jikkonsisti minn ċirkwit integrat monolitiku u kristall kwarz imwaħħlin flimkien fuq qafas tal-metall u integrati f’qafas tal-plastik, il-prodott jintuża f’diversi apparati bħala sors ta’ sinjal ta’ arloġġ biex jiġu determinati intervalli ta’ ħin, ġie kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9114 90 00 bħala partijiet oħra ta’ arloġġi tal-polz jew ta’ arloġġi. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 8542 kienet eskluża minħabba li l-prodott fih kemm ċirkwit integrat monolitiku kif ukoll kristall kwarz.

(3)

Permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821 (4), id-definizzjoni ta’ ċirkwiti integrati elettroniċi stabbilita għall-għanijiet tal-intestaturi 8541 u 8542 fin-Nota 9(b) tal-Kapitolu 85 tan-Nomenklatura Magħquda twessgħet biex tkun tinkludi ċ-ċirkwiti integrati b’ħafna komponenti kif iddefinit fil-punt (4) tan-Nota 9(b) tal-Kapitolu 85, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2017. B’riżultat ta’ dan, l-oġġetti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 863/2013 iridu jiġu kklassifikati taħt l-intestatura 8542 bħala ċirkuwit integrat elettroniku.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 863/2013 jitħassar biex jiġu evitati diverġenzi potenzjali fil-klassifikazzjoni tariffarja ta’ tali oġġetti u biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda fl-Unjoni.

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 863/2013 jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ April 2020.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Stephen QUEST

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)   ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 863/2013 tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 240, 7.9.2013, p. 17).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1821, tas-6 ta’ Ottubru 2016, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 294, 28.10.2016, p. 1).