European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6953

13.11.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.11692 — SICK / EH / EHS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/6953)

1.   

Fis-7 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Endress+Hauser AG (“EH”, l-Iżvizzera),

—

SICK AG (“SICK”, il-Ġermanja),

—

SICK Engineering GmbH (“Mira 1”, il-Ġermanja),

—

SICK MAIHAK (Beijing) Co. Ltd. u ċerti assi ta’ distribuzzjoni ta’ SICK (“Mira 2”, iċ-Ċina u diversi pajjiżi oħra).

EH u SICK se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Mira 1. EH se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tal-Mira 2.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

EH hija parti minn grupp attiv prinċipalment fir-rigward tat-teknoloġija tal-kejl u l-awtomazzjoni għall-industrija tal-proċessar madwar id-dinja,

—

SICK hija parti minn grupp attiv prinċipalment fir-rigward tal-produzzjoni ta’ sensuri u soluzzjonijiet ta’ sensuri għal applikazzjonijiet industrijali, b’mod partikolari għall-fabbrika, il-loġistika, u l-awtomazzjoni tal-proċess madwar id-dinja,

—

Il-Mira 1 tipproduċi u tiżviluppa prinċipalment it-teknoloġija tal-kejl għar-rata tal-fluss tal-gass, it-teknoloġija tal-kejl għall-monitoraġġ tal-konċentrazzjoni tal-partikoli u (fil-futur) it-teknoloġija tal-analiżi tal-proċessi fil-Ġermanja,

—

Il-Mira 2 tiddistribwixxi prinċipalment is-soluzzjonijiet tal-prodott tal-Mira 1 globalment.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11692 — SICK / EH / EHS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6953/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)