|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6735 |
4.11.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11666 — NEVEON / BRANTNER ÖSTERREICH / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6735)
1.
Fil-25 t’Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara rinviju skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Neveon Holding GmbH (“Neveon”, l-Awstrija), ikkontrollata minn Greiner AG (l-Awstrija), u |
|
— |
Brantner Österreich GmbH (“Brantner”, l-Awstrija), ikkontrollata minn Brantner Gruppe GmbH (l-Awstrija). |
Neveon u Brantner se jakkwistaw, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt fuq impriża konġunta maħluqa ġdida (“JV”).
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija li għadha kif ġiet maħluqa li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
Neveon hija fornitur globali ta’ soluzzjonijiet tal-plastik u tal-fowm, attiva f’bosta setturi bħall-imballaġġ tal-ikel u mhux tal-ikel, saqqijiet, soluzzjonijiet akustiċi, tagħmir analitiku u tal-laboratorju/mediku, u fil-provvista ta’ komponenti għall-industriji (eż. għamara miksija, avjazzjoni u awtomobilistika), u |
|
— |
Brantner Österreich hija attiva fil-ġestjoni tal-iskart (eż. il-ġbir, it-trattament u r-rimi ta’ skart ta’ kull tip), f’servizzi loġistiċi u f’attivitajiet ta’ proprjetà immobbli. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-IK se jkunu l-istabbiliment u t-tħaddim ta’ impjant tar-riċiklaġġ għar-riċiklaġġ ta’ saqqijiet li ma għadhomx jintużaw fl-Awstrija.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11666 – NEVEON / BRANTNER ÖSTERREICH / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6735/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)