Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tal-aħħar parti tal-Artikolu 1, kif ukoll tal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/442/KE, tal-11 ta’ Diċembru 2002, dwar il‑parti tal-iskema li tadatta s-sistema fiskali nazzjonali għall-karatteristiċi speċifiċi tar-Reġjun Awtonomu tal-Azores li tikkonċerna l-parti dwar it-tnaqqis tar-rati tat-taxxa fuq id-dħul (ĠU 2003, L 150, p. 52).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud.

2) Banco Comercial dos Açores, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

3) Banco Espírito Santo dos Açores, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.