3.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 210/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10282 — ICG/Infra Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 210/08)

1.   

Fis-26 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Intermediate Capital Group plc (“ICG”) (ir-Renju Unit),

—

Infra International NV (“Infra Group”) (il-Belġju).

ICG takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ Infra Group kollha hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ICG: ditta ta’ investiment ibbażata fir-Renju Unit, b’investimenti f’diversi kumpaniji madwar l-Ewropa, l-Asja u l-Paċifiku u l-Istati Uniti tal-Amerka. Dawn il-kumpaniji jinkludu l-ennit Group, kumpanija tat-telefonija u tas-servizzi tal-internet, ibbażata fil-Ġermanja u li hija proprjetarja u tikri networks bil-marka tagħha TNG. Is-sussidjarji tagħha Stadtnetze Nord u Glasfaser Nord jipprovdu servizzi ta’ network tal-infrastruttura meħtieġa għall-espansjoni tan-network tal-fibra ottika ta’ TNG ,

—

Infra Group: fornitur tax-xogħlijiet tal-infrastruttura (l-elettriku, l-ilma u d-drenaġġ, il-gass u t-tisħin distrettwali, it-telekomunikazzjoni, it-terrapien, l-industrija, u d-dawl pubbliku). Joffri firxa sħiħa ta’ servizzi mid-disinn, l-inġinerija u l-installazzjoni sal-manutenzjoni tan-networks tal-infrastruttura. Infra Group huwa attiv fil-Belġju, Franza, in-Netherlands u l-Ġermanja. Bħalissa huwa previst li, fl-għeluq tat-tranżazzjoni nnotifikata, Infra Group se jkun lest ukoll l-akkwist tal-grupp Graf, kumpanija Ġermaniża tal-inġinerija ċivili li tipprovdi servizzi ta’ kostruzzjoni ta’ networks.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10282 — ICG/Infra Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.