IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Brussell, 5.9.2022
COM(2022) 430 final
ANNESS
tal-
Proposta għal
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV)
ANNESS
L-Istati Membri tal-Unjoni li huma Membri tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tad-Dielja u l-Inbid (OIV) li jaġixxu b’mod konġunt f’isem l-Unjoni għandhom jappoġġaw l-abbozzi tar-riżoluzzjonijiet li ġejjin fl-istadju 7 tul l-Assemblea Ġenerali tal-OIV skedata għall-4 ta’ Novembru 2022:
–OENO-TECHNO 14-567B2: Distinzjoni bejn l-addittivi u l-għajnuniet għall-ipproċessar - il-Parti 2: Diossidu tal-karbonju;
–OENO-TECHNO 14-567B4: Distinzjoni bejn l-addittivi u l-għajnuniet għall-ipproċessar - Dikarbonat tad-dimetil;
–OENO-TECHNO 14-567C1: Distinzjoni bejn l-addittivi u l-għajnuniet għall-ipproċessar - il-Parti 3: Ħalib xkumat;
–OENO-TECHNO 20-684A: Użu tal-fibri tal-pjanti selettivi fl-inbid — aġġornament tar-Riżoluzzjoni OIV-OENO 582–2017;
–OENO-TECHNO 20-684B: Użu tal-fibri tal-pjanti selettivi fil-most;
–OENO-TECHNO 21-689: Limitu massimu tal-OIV għall-gomma arabika — aġġornament;
–OENO-TECHNO 21-707: Inbejjed — trattament bil-klorur tal-fidda;
–OENO-TECHNO 21-708: Aġġornament tal-file 2.1.14 - tagħwim;
–OENO-TECHNO 17-624: Aġġornament tal-monografija dwar it-tannini enoloġiċi;
–OENO-TECHNO 20-674: Aġġornament tal-monografija dwar il-mannoproteini tal-ħmira;
–OENO-TECHNO 20-675A: Monografiji speċifiċi għal proċjanidini/prodelfinidini;
–OENO-TECHNO 20-675B: Monografiji speċifiċi għall-ellagitannini;
–OENO-TECHNO 20-675C: Monografiji speċifiċi għall-gallotannini;
–OENO-TECHNO 20-675D: Monografiji speċifiċi għall-profisetinidini/prorobitenidini;
–OENO-TECHNO 20-681: Ċelluloża tal-ikel;
–CST-SCMA 20-668: Opinjoni tal-OIV dwar l-estratt niexef totali (estratt niexef totali, estratt niexef totali mingħajr zokkor, estratt residwu);
–OENO-SCMA 19-665: Determinazzjoni ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa fl-inbid permezz ta’ kromatografija likwida ta’ prestazzjoni għolja flimkien ma’ detettur b’arranġament dijodu u detettur tal-aerosol iċċarġjat;
–OENO-SCMA 20-667: Struzzjonijiet/linji gwida operattivi għad-determinazzjoni tal-karatteristiċi kromatiċi għall-klassifikazzjoni u/jew it-tqabbil tal-mosti miksuba minn varjetajiet ta’ għeneb ikkaratterizzati minn konċentrazzjonijiet għoljin ta’ pigmenti koloranti;
–OENO-SCMA 20-683: Aġġornament għall-metodu OIV-MA-AS323–02B — Kwantifikazzjoni tan-nitroġenu totali skont il-metodu Dumas (mosti u nbejjed);
–SECSAN-SECUAL 21-709: Aġġornament għar-riżoluzzjoni OIV-OENO 427–2010 - Kriterji għall-kwantifikazzjoni tal-allerġeni.