2004R0802 — MT — 23.10.2008 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 802/2004

tal-21 ta' April 2004

li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi

(Test b'relevanza ŻEE)

(ĠU L 133, 30.4.2004, p.1)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

COMMISSION REGULATION (EC) No 1792/2006 of 23 October 2006 (*)

  L 362

1

20.12.2006

►M2

REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1033/2008 ta’ l-20 ta’ Ottubru 2008

  L 279

3

22.10.2008



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 802/2004

tal-21 ta' April 2004

li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi

(Test b'relevanza ŻEE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta' l-20 ta' Jannar 2004 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (Ir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni) ( 1 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 23(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-kontroll tal-konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi ( 2 ), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KE) Nru 1310/97 ( 3 ), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

Wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 tal-21 ta' Diċembru 1989 dwar il-kontroll ta' konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi kien ġie miktub mill-ġdid, b'emendi sostanzjali għad-diversi disposizzjoniijiet ta' dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 447/98 ( 4 ) ta' l-1 ta' Marzu 1998 dwar in-notifiki, il-limiti taż-żmien u s-seduti ta' smigħ li hemm provvediment dwarhom fir-Regoament tal-Kunsill (KEE) Nru 4064/89 għandu jkun modifikat sabiex iqis dawk l-emendi. F'ġieħ iċ-ċarezza għandu għalhekk ikun imħassar u mibdul b'regolazzjoni ġdida.

(3)

IL-Kummissjoni kienet adottat miżuri li jikkonċernaw it-termini ta' referenza fis-smiegħ ta' uffiċjali f'ċerti proċeddimenti li jikkonċernaw il-kompetizzjoni.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 huwa ibbażat fuq il-prinċipju ta' notifika obbligatorja dwar il-konċentrazzjonijiet qabel ma dawn jidħlu fis-seħħ. Mill-banda l-oħra, notifika għandha konsegwenzi importanti legali li huma favorevoli għall-partijiet tal-konċentrazzjoni proponuta, waqt, minn naħa l-oħra, nuqqas ta' konformità ma l-obligazzjoni tan-notifika twassal sabiex il-partijiet jistgħu ikunu immultati u jistgħu ukoll li jinvolvu l-iżvantaġġi tal-liġi ċivili applikabli dwarhom. Huwa għalhekk meħtieġ li fl-interesi taċ-ċertezza legali li tkun definita b'eżatezza il-materja tas-suġġett u tal-kontenut ta' l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta fin-notifika.

(5)

Huwa għall-partijiet li jippreżentaw in-notifika li jwettqu l-iżvelar sħiħ u honest lejn il-Kummissjoni dwar il-fatti u ċ-ċirkostanzi li huma relevanti għat-teħid tad-deċiżjoni dwar il-konċentrazzjoni notifikata.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 139/2004 jippermetti wkoll lill-impriżi ikkonċernati li jitolbu, fi preżentazzjoni b'raġunijiet xierqa, qabel in-notifika, li konċentrazzjoni li twettaq il-ħtiġiet ta' dak ir-Regolament, tkun referuta lejn il-Kummissjoni minn wieħed jew aktar Stati Membri, jew referuta mill-Kummissjoni lejn wieħed jew aktar Stati Membri, skond ma jista jkun il-każ. Huwa importanti li l-Kummissjoni tkun ipprovduta, u wkoll l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ikkonċernati, bi informazzjoni suffiċjenti, sabiex dawn ikunu jistgħi jistudjaw, fi żmien perijodu qasir ta' żmien, jekk jew le id-deferiment għandhux iseħħ. Għal dak il-għan, il-preżentazzjoni b'raġunijiet xierqa li titlob għad-deferiment għandha jkollha ċerta informazzjoni speċifika.

(7)

Sabiex tkun simplifikata u mħaffa l-eżaminazzjoni tan-notifiki u l-preżentazzjoni b'raġunijiet xierqa, huwa mixtieq li jkunu stabbiliti il-formoli li għandhom ikunu wżati.

(8)

La darba in-notifika tistabilixxi l-azzjoni legali tal-limiti taż-żmien bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, il-kondizzjonijiet li jirregolaw tali limiti ta' żmien u wkoll iż-żmien li fih dawn isiru effettivi għandu wkoll ikun determinat.

(9)

Regoli għandhom ikunu stabbiliti fl-interessi taċ-ċerteza legali dwar il-kalkolazzjoni tal-limiti taż-żmien li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Partikolarment, fil-bidu u fit-tmiem tal-perijodi ta' żmien u taċ-ċirkostanzi li jissosspendu l-eżitu ta' tali perijodu, għandu jkun determinat, billi jkunu meqjusa l-ħtiġiet li jirriżultaw minn qafas ta' żmien legalment ferm limitat li jkun disponibbli għall-proċedimenti.

(10)

Id-disposizzjoniijiet li jirrigwardjaw il-proċedura tal-Kummissjoni għandhom ikunu abozzati b'tali mod hekk li jissalvagwardjaw id-dritt tas-smiegħ u d-drittijiet tad-difiża. Għal dawn l-iskopijiet, il-Kummissjoni għandha tiddistingwixxi bejn il-partijiet li jagħtu notifika tal-konċentrazzjoni, u partijiet oħrajn involuti fil-konċentrazzjoni proponuta, partijiet terzi u partijiet li dwarhom il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni li timponi multa jew pagamenti perjodiċi ta' penalità.

(11)

Il-Kummissjoni għandha tippermetti lill-dawk il-partijiet li jippreżentaw notifika u wkoll lill-partijiet l-oħrajn involuti fil-konċentrazzjoni proponuta, jekk huma hekk jitolbu, l-opportunità li qabel in-notifika huma jiddiskutu informalment il-konċentrazzjoni intiża bl-akbar konfidenzalità, b'żieda, il-Kummissjoni għandha, wara in-notifika, iżżomm kuntatt mill-qrib ma dawk il-partijiet, sal-limitu meħtieġ sabiex tkun tista tiddiskuti magħhom li l-problemi prattiċi jew legali li hija ssib ma l-ewwel eżaminazzjoni tal-każ, bil-għan li, jekk possibli, tirrisolvi tali problemi bi ftehim reċiproku.

(12)

Bi qbil mal-prinċipju tar-rispett għad-drittijiet tad-difiża, il-partijiet li jressqu in-notifika għandhom ikollhom l-opportunità li jippreżentaw il-kummenti tagħhom dwar l-oġġezzjonijiet kollha li dwarhom il-Kummissjoni tipproponi li tikkonsidra fid-deċiżjonijiet tagħha. Il-partijiet l-oħrajn involuti fil-konċentrazzjoni proponuta għandhom ukoll ikunu informati bl-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni u għandhom ikollhom l-opportunità li jesprimu il-kummenti tagħhom.

(13)

Il-partijiet terzi li juru interess suffiċjenti għandhom ukoll ikkolhom l-opportunità li jesprimu il-kummenti tagħhom, jekk huma jagħmlu applikazzjoni bil-miktub dwar dan l-effett.

(14)

Id-diversi persuni intitolati li jippreżentaw kummenti għandhom jagħmlu dan bil-miktub, kemm fl-interessi tagħhom u fl-interess ta' amministrazzjoni soda, mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li jitolbu għal smiegħ formali, meta xieraq, li jservi bħala supplement tal-proċedura bil-kitba. F'każi urġenti, b'dana kollu, il-Kummissjoni għandha tkun tista tipproċiedi immedjetament għal smiegħ orali formali tal-partijiet tan-notifika, ta' partijiet oħrajn involuti jew ta' partijiet terzi.

(15)

Huwa meħtieġ li jkunu definiti id-drittijiet ta' persuni li għandhom ikunu mismugħa, sa liema liema limitu dawn għandhom ikollhom aċċess għad-dokumenti tal-Komuniutà u b'liema kondizzjonijiet dawn jistgħu ikunu rapreżentati jew mgħejjuna.

(16)

Meta jkollhomm aċċess għal dokumenti, il-Kummissjoni għandha tassigura il-ħarsien tas-sigrieti tan-negożju u ta' l-informazzjoni konfidenzali l-oħra. Il-Kummissjoni għandha tkun tista titlob lill-impriżi li jkunu ippreżentaw dokumenti jew stqarrijiet li jidentifikaw l-informazzjoni meqjusa bħala konfidenzali.

(17)

Sabiex il-Kummissjoni tkun tsita twettaq evalvazzjoni xierqa ta' l-impenji offruti mill-partijiet tan-notifika bil-għan li tirrendi l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni, u sabiex tassigura konsultazzjoni xierqa mal-partijiet involuti l-oħrajn, mal-partijiet terzi u ma l-awtoritajiet tal-Istati Membri kif hemm provvediment dwar dan fir-Regolament (KE) Nru 139/2004, partikolarment l-Artikolu 18(1), 18(4), l-Artikolu 19(1), 19(2), 19(3) u 19(5) tiegħu, il-proċedura u l-limiti taż-żmien għall-preżentazzjonijiet ta' l-impenji referuti fl-Artikolu 6(2) u l-Artikolu 8(2) ta' dak ir-Regolament għandhom ikunu stabbiliti.

(18)

Huwa wkoll meħtieġ li jkunu definiti r-regoli applikabbli għal ċerti limiti ta' żmien kif stabbiliti mill-Kummissjoni.

(19)

Il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet għandu jwassal l-opinjoni tiegħu fuq il-bażi ta' abbozz ta' deċiżjoni preliminarja. Huwa għalhekk għandu jkun ikkonsultat fuq każ wara li l-inkjesta dwar dak il-każ tkun ġiet imwettqa. Tali konsultazzjon m'għandhiex, b'dana kollu, iżżomm lill-Kummissjoni milli tiftaħ mill-ġdid inkjesta jekk dan ikun il-każ.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



KAPITOLU I

SKOP

Artikolu 1

SKOP

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-kontroll ta' konċentrazzjonijiet imwettqa permezz tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.



KAPITOLU II

NOTIFIKI U PREŻENTAZZJONIJIET OĦRAJN

Artikolu 2

Il-persuni intitolati li jippreżentaw in-notifiki

1.  In-notifiki għandhom ikunu ppreżentati mill-persuni msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

2.  Meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' persuni jew ta' impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtoriżżati li jaġixxu.

3.  Notifiki konġunti għandhom ikunu ippreżentati minn rapreżentant konġunt li huwa awtorizzat li jitrasmetti u li jirċievi dokumenti f'isem il-partijiet kollha tan-notifika.

Artikolu 3

Preżentazzjoni tan-notifiki

1.  In-notifiki għandhom ikunu ppreżentati bil-mod stabbilit fil-Fomola KO kif stabbilita fl-Anness I. Skond il-kondizzjonijiet elenkati fl-Anness II, in-notifiki jistgħu jkunu ppreżentati fil-Formola il-Qasira kif definit hemmhekk. Notifiki konġunti għandhom ikunu ippreżentati fuq formola waħda.

2.  Oriġinal wieħed u ►M1  37 ◄ kopja tal-Formola KO u tad-dokumenti ta' appoġġ għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni. In-notifika għandha tkun mibgħuta fl-indirizz imsemmi fl-Artikolu 23(1) u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni.

3.  Id-dokumenti ta' appoġġ għandhom ikunu jew oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali; f'dan il-każ ta' l-aħħar il-partijiet li jagħtu n-notifika għandhom jikkonfermaw li dawn ikunu kopji awtentiċi u kompluti.

4.  In-notifiki għandhom ikunu f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità. Għall-partijiet tan-notifika, din il-lingwa għandha wkoll tkun il-lingwa tal-proċedimenti, kif ukoll ta' proċedimenti sussegwenti li għandu x'jaqsam ma' l-istess konċentrazzjoni. Id-dokumenti ta'appoġġ għandhom ikunu ippreżentati fil-lingwa oriġinali tagħhom. Meta l-lingwa oriġinali ma tkunx waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Komunità, traduzzjoni fil-lingwa tal-proċedimenti għandha tkun mhemuża.

5.  Meta n-notifiki jitwettqu skond l-Artikolu 57 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, dawn jistgħu ukoll ikunu ippreżentati f'waħda mill-lingwi uffiċjali ta' l-Istati EFTA jew fil-lingwa tal-ħidma ta' l-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA. Jekk il-lingwa magħżula għan-notifika ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, il-partijiet tan-notifika għandhom simultanjament jissupplimentaw id-dokumentazzjoni kollha bi traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Komunità. Il-lingwa li tkun magħżula għat-traduzzjoni għandha tiddetermina il-lingwa wżata mill-Kummissjoni bħala l-lingwa tal-proċedimenti għall-partijiet tan-notifika.

Artikolu 4

L-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom ikunu pprovduti

1.  In-notifiki għandhom ikollhom l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti, mitluba fil-formola applikabbli kif elenkati fl-Annessi. Din l-informazzjoni għandha tkun korretta u kompluta.

2.  Il-Kummissjoni tista' tagħti dispensa mill-obbligazzjoni li tkun ipprovduta xi informazzjoni partikolari fin-notifika, inklużi d-dokumenti, jew rigward xi ħtieġa oħra speċifikata fl-Annessi I u II meta il-Kummissjoni tikkonsidra li l-konformità ma' dawn l-obbligi jew ħtiġiet ma tkunx meħtieġa għall-eżaminazzjoni tal-każ.

3.  Il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tikkonferma bil-miktub lill-partijiet tan-notifika jew lir-rapreżentanti tagħhom bil-wassla tan-notifika u b'xi tweġiba ta' l-ittra mibgħuta mill-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(2) u 5(3).

Artikolu 5

Id-data effettiva tan-notifika

1.  Bla ħsara għall-paragrafi 2, 3 u 4, in-notifiki għandhom isiru effettivi fid-data li fiha dawn ikunu wasslu għand il-Kummissjoni.

2.  Meta l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti, li jkunu jinsabu fin-notifika, ma jkunux kompluti b'xi rigward materjali, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-kitba u mingħajr dewmien lill-partijiet tan-notifika jew lir-rapreżentanti tagħhom. F'tali każi, in-notifika għandha ssir effettiva fid-data li fiha l-informazzjoni kompluta tkun wasslet għand il-Kummissjoni.

3.  Tibdiliet materjali fil-fatt li jkunu jinsabu fin-notifika li jirriżultaw sussegwentament tan-notifika li l-partijiet notifikanti jafu, jew li messhom ikunu jafu, jew xi informazzjoni oħra li tirriżulta sussegwentament tan-notifika li l-partijiet jafu jew li messhom ikunu jafu u li kieku kienet tkun notifikata jekk kienet tkun magħrufha fiż-żmien tan-notifika, għandha tkun ikkomunikata mingħajr dewmien lejn il-Kummissjoni. F'tali każi. Meta dak it-tibdil materjali jew l-informazzjoni ġdida jista jkollha effett sinifikanti fuq l-ewalwazzjoni tal-konċentrazzjoni, in-notifika tista tkun meqjusha mill-Kummissjoni bħala li ssir effettiva fid-data li fiha l-informazzjoni relevanti tkun wasslet għand il-Kummissjoni; il-Kummissjoni għandha tinforma lill-partijiet notifikanti jew lir-rapreżentanti tagħhom rigward dan u mingħajr ebda dewmien.

4.  Informazzjoni mhux koretta jew li tħawwad għandha tkun meqjusa bħala informazzjoni mhux kompluta.

5.  Meta il-Kummissjoni tippubblika il-fatt tan-notifika bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandh tispeċifika d-data li fiha in-notifika tkun wasslet għandha. Meta, bħala segwiment ta' l-applikazzjoni tal-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu, id-data effettiva tan-notifika tkun aktar tard mid-data speċifikata f'dik il-pubblikazzjoni, il-Kummissjoni għandha toħroġ pubblikazzjoni oħra li fiha hija għandha tistqarr dik id-data ta' l-aħħar.

Artikolu 6

Disposizzjoniijiet speċifiċi li jirrigwardjaw preżentazzjonijiet, supplimenti u ċertifikazzjonijiet b'raġunijiet xierqa

1.  Preżentazzjoni b'raġunijiet xierqa fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 4(4) u 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandha jkollha l-informazzjoni, inklużi d-dokumenti, meħtieġa b'konformità ma l-Anness III ta' dan ir-Regolament.

2.  L-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), it-tielet sentenza, 3(2) sa (5), l-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1), 5(2) l-ewwel sentenza, 5 (3), 5 (4), l-Artikolu 21 u l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għal preżentazzjonijiet b'raġunijiet xierqa fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 4(4) u 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

L-Artikolu 2, l-Artikolu 3(1), it-tielet sentenza, 3(2) sa (5), l-Artikolu 4, l-Artikolu 5(1) sa (4), l-Artikolu 21 u l-Artikolu 23 ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu japplikaw mutatis mutandis għas-supplementi tan-notifiki u ċ-ċertifikazzjonijiet fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.



KAPITOLU III

LIMITI TA' ŻMIEN

Artikolu 7

Il-bidu tal-perijodi ta' żmien

Il-perijodi taż-żmien għandhom jibdew fil-jum utili, kif definit fl-Artikolu 24 ta' dan ir-Regolament, skond kif issegwi l-okkerrenza li d-disposizzjoniijiet relevanti tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li jirreferu għaliha.

Artikolu 8

L-iskadenza tal-perijodi ta' żmien

Perijodu ta' żmien ikkalkolat f'jiem utili għandu jeskadi fit-tmiem ta' l-aħħar jum utili tiegħu.

Perijodu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni f'termini ta' data kalendarja għandu jeskadi fit-tmien ta' dak il-jum.

Artikolu 9

Is-sospenzjoni tal-limitu ta' żmien

1.  Il-limiti ta' żmien referuti fl-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(1) u 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu sospiżi meta il-Kummissjoni tkun hadet deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 11(3) jew l-Artikolu 13(4) ta' dak ir-Regolament, dwar kwalunwe mir-raġunijiet li ġejjin:

(a) l-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun talbet permezz ta' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 minn għand waħda mill-partijiet notifikanti jew minn parti oħra involuta, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, ma tkunx ġiet provduta jew inkella ma tkunx ġiet provduta bis-sħiħ fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni;

(b) l-informazzjoni li l-Kummissjoni tkun talbet permezz ta' l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 minn għand patri terza, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, ma tkunx ġiet provduta jew inkella ma tkunx ġiet provduta bis-sħiħ fil-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni minħabba ċirkostanzi li dwarhom waħda mill-partijiet notifikanti jew minn għand parti oħra involuta, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, tkun responsabbli;

(ċ) waħda mill-partijiet notifikanti jew parti oħra involuta, kif definit fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament, tkun ċaħdet li tissottometti ruħha għal spezzjoni meqjusa bħala meħtieġa mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta' l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 jew li tikkopera fit-twettieq ta' tali spezzjoni skond l-Artikolu 13(2) ta' dak ir-Regolament;

(d) il-partijiet notifikanti jkunu naqsu milli jinformaw lill-Kummissjoni bit-tibdiliet materjali fil-fatti li jkunu inklużi fin-notifika, jew b'xi informazzjoni ġdida tat-tip referut fl-Artikolu 5(3) ta' dan ir-Regolament.

2.  Il-limiti ta' żmien referuti fl-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(1) u 10(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu sospiżi meta il-Kummissjoni ikollha tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 11(3) ta' dak ir-Regolament, mingħajr ma l-ewwel tipproċedi b'talba sempliċi għall-informazzjoni minħabba ċirkostanzi li waħda mill-partijiet ta' l-impriżi involuti fil-konċentrazzjoni, tkun responsabbli.

3.  IL-limiti ta' żmien referuti fl-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(1) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu sospiżi:

(a) fil-każi referuti fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, għal perijodu ta' bejn l-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit f'talba sempliċi għall-informazzjoni, u l-wasla ta' l-informazzjoni sħiħa u korretta kif meħtieġa bid-deċiżjoni;

(b) fil-każi referuti fil-punt (ċ) tal-paragrafu 1, għal perijodu ta' bejn l-attentant mingħajr suċċess tat-twettieq ta' l-ispezzjoni u l-finalizzazzjoni ta' l-ispezzjoni kif ordnata bid-deċiżjoni;

(ċ) fil-każi referuti fil-punt (d) tal-paragrafu 1, għal perijodu ta' bejn l-eventwalità tat-tibdil fil-fatti referuti hemmhekk u l-wasla ta' l-informazzjoni sħiħa u korretta.

(d) fil-każi referuti fil-paragrafu 2, għal perijodu ta' bejn l-iskadenza tal-limitu taż-żmien stabbilit fid-deċiżjoni, u l-wasla ta' l-informazzjoni sħiħa u korretta kif meħtieġa bid-deċiżjoni;

4.  Is-sospenzjoni tal-limitu ta' żmien għandha tibda fil-jum utili li jsegwi id-data li fiha l-okkorrenza li toħloq is-suspett tkun seħħet. Dan għandu jeskadi fit-tmiem tal-jum meta r-raġuni tas-suspett tkun tneħħiet. Meta tali jum ma jkunx jum utili, is-sospenzjoni tal-limitu taż-żmien għandha teskadi fit-tmiem tal-jum utili segwenti.

Artikolu 10

Konformità mal-limiti ta' żmien

1.  Il-limiti taż-żmien referuti fl-Artikolu 4(4), ir-raba' sub-paragrafu, l-Artikolu 9(4), l-Artikolu 10(1) u (3), u l-Artikolu 22(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom jintlaħqu meta l-Kummissjoni tkun ħadet id-deċiżjoni relevanti qabel it-tmiem tal-perijodu.

2.  Il-limiti taż-żmien referuti fl-Artikolu 4(4), it-tieni subparagrafu, l-Artikolu 4(5), it-tielet subparagrafu, l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 22(1), it-tieni subparagrafu, u 22(2), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu milħuqa minn l-Istat Membru ikkonċernat meta dak l-Istat Membru, qabel it-tmiem tal-perijodu, jinforma lill-Kummissjoni bil-kitba jew iressaq talba bil-miktub, skond ma jkun il-każ.

3.  Il-limitu ta' żmien referut fl-Artikolu 9(6) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandu jkun milħuq meta l-awtorità kompteneti tal-Stat Membru ikkonċernat tinforma lill-impriżi ikkonċernati skond il-manjera stabbilita f'dik id-disposizzjonii, qabel it-tmiem tal-perijodu.



KAPITOLU IV

L-EŻERĊITAR TAD-DRITT TAS-SMIEGĦ; IS-SMIEGĦ

Artikolu 11

Il-partijiet li għandhom ikunu mismugħa

Għall-iskopijiet tad-drittijiet tas-smiegħ bis-saħħa ta' l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, dawn il-partijiet li ġejjin huma msemmija:

(a) il-partijiet notifikanti, iġiefiri, il-persuni jew l-impriżi li jippreżentaw notifika bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004;

(b) il-partjiet involuti l-oħrajn, iġiefiri, il-partijiet tal-konċentrazzjoni proponuta apparti milli l-partijiet notifikanti, bħal ma huwa l-bejjiegħ u l-impriża li tkun fil-mira tal-konċentrazzjoni;

(ċ) persuni terzi, li huma persuni naturali jew legli, inklużi il-klienti, il-fornituri u l-kompetituri, basta li dawn juru biċ-ċar interess suffiċċjenti fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 18(4), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, liema jkun il-każ partikolari:

— għall-membri ta' l-amministrazzjoni jew ta' korpi amministrattivi tal-impriżi ikkonċernati jew ir-rapreżentanti rikonoxxuti ta' l-impjegati tagħhom;

— għal assoċċjazzjonijiet ta' konsumaturi, meta l-konċentrazzjoni proponuta tikkonċerna prodotti jew servizzi għall-konsumaturi finali.

(d) il-partijiet li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 14 jew ta' l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

Artikolu 12

Deċiżjonijiet dwar is-sospenzjoni ta' konċentrazzjonijiet

1.  Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu7(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 li tkun sejra taffettwa ħażin parti waħda jew aktar, hija għandha, bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(1) ta' dak ir-Regolament, tinforma bil-kitba lill-partijiet notifikanti u lill-partijiet l-oħrajn involuti bl-oġġezzjonijiet tagħha u għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih huma jkunu jistghu iresqu l-opinjonijiet tagħhom bil-kitba.

2.  Meta l-Kummissjoni, bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, tkun ħadet deċiżjoni proviżorja referuta fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu mingħajr ma tkun tat lill-partijiet notifikanti u lill-partijiet involuti l-oħrajn l-opportunità li jressqu l-kummenti tagħhom, hija għandha mingħajr dewmien tibgħatilhom it-test tad-deċiżjoni proviżorja u għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li matulu huma jkunu jistgħu iressqu bil-kitba il-kummenti tagħhom.

La darba l-partijiet notifikanti u l-partijiet l-oħrajn involuti iressqu il-kummenti tagħhom, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni finali li tikkanċella, temenda jew tikkonferma id-deċiżjoni proviżorja. Meta huma ma jkunux ressqu l-kummenti tagħhom bil-kitba matul il-limitu ta' żmien stabilit, id-deċiżjoni proviżorja tal-Kummissjoni għandha ssir finali ma l-iskadenza ta' dak il-perijodu.

Artikolu 13

Deċiżjonijiet dwar is-sustanza tal-każ

1.  Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 8(2) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha, qabel ma tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet, tisma lill-partijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(1) u (3) ta' dak ir-Regolament.

L-Artikolu 12(2) ta' dan ir-Regolament għandu jkun japplika mutatis mutandis meta, fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, il-Kummissjoni tkun ħadet deċiżjoni proviżorja bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(5) ta' dak ir-Regolament.

2.  Il-Kummissjoni għandha tindirizza bil-miktub l-oġġezzjonijiet tagħha lejn il-partijiet notifikanti.

Il-Kummissjoni għandha, meta tressaq l-avviż ta' l-oġġezzjonijiet, tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-partijiet notifikanti jkunu jistgħu jinformaw bil-kitba lill-Kummissjoni dwar il-kummenti tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-kitba lill-partijiet l-oħrajn involuti dwar dawn l-oġġezzjonijiet.

Il-Kummissjoni għandha wkoll tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih dawk il-partijiet l-oħrajn involuti jkunu jistgħu jinformaw bil-kitba lill-Kummissjoni dwar il-kummenti tagħhom.

Il-Kummissjoni m'għandhiex tkun obbligata li tikkonsidra l-kummenti li hija tirċievi wara l-iskadenza taż-żmien li hija tkun stabbiliet.

3.  Il-partijiet li lilhom l-oġġezzjonijiet tal-Kummissjoni jkunu ġew indirizati jew li jkunu ġew informati b'dawn l-oġġezzjonijiet għandhom, matul il-limitu ta' żmien stabbilit, jippreżentaw bil-kitba il-kummienti tagħha dwar l-oġġezzjonijiet. Fil-kummenti bil-kitba tagħhom, huma jistgħu jelenkaw il-fatti u l-materji kollha kif magħrufa lilhom li huma relevanti għad-difiża tagħhom, u għandhom jinkludu xi dokumenti relevanti bħala prova tal-fatti elenkati. Huma jistgħu ukoll jipproponu li l-Kummissjoni tisma' persuni li jkunu jistgħu jikkoroboraw dawk il-fatti. Huma għandhom jippreżentaw oriġinali waħda u 10 kopji tal-kummenti tagħhom lejn il-Kummissjoni fl-indirizz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni. Kopja elettronika għandha wkoll tkun ippreżentata fl-istess indirizz u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha twassal mingħajr dewmien kopji ta' tali kummenti bil-miktub lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

4.  Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 14 jew l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha, qabel ma tikkonsulta lill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Konċentrazzjonijiet, tisma lill-partijiet bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(1) u (3) ta' dak ir-Regolament li fir-rigward tagħhom il-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu tali deċiżjoni.

Il-proċedura li hemm provvediment dwarha fil-paragrafu 2, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u l-paragrafu 3, għandha tkun applikabbli, mutatis mutandis

Artikolu 14

Smiegħ orali

1.  Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 8(2) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha toffri lill-partijiet notifikanti li jkun hekk talbu fil-kummenti tagħhom bil-kitba l-opportunita li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom fi smiegħ orali formali. Hija tista wkoll, fi stadji oħrajn tal-proċediment, li toffri lill-partijiet notifikanti l-opportunità li huma jesprimu oralment il-kummenti tagħhom.

2.  Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3) jew l-Artikolu 8(2) sa (6) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha toffri lill-partijiet involuti l-oħrajn li jkun hekk talbu fil-kummenti tagħhom bil-kitba l-opportunita li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom fi smiegħ orali formali. Hija tista wkoll, fi stadji oħrajn tal-proċediment, li toffri lill-partijiet involuti l-oħrajn l-opportunità li huma jesprimu oralment il-kummenti tagħhom.

3.  Meta l-Kummissjoni jkollha l-intenzjoni li tieħu deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 14(3) jew l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, hija għandha toffri lill-partijiet li fuqhom hija tipproponi li timponi multa jew pagament perjodiku ta' penali, l-opportunità li jiżviluppaw l-argumenti tagħhom fi smiegħ orali formali, jekk huma hekk ikunu talbu fil-kummenti bil-kitba tagħhom. Hija tista wkoll, fi stadji oħrajn tal-proċediment, li toffri lill-tali partijiet l-opportunità li huma jesprimu oralment il-kummenti tagħhom.

Artikolu 15

It-twettieq ta' smiegħ orali formali

1.  Is-smiegħ orali formali għandu jkun imwettaq mill-Uffiċjal tas-Smiegħ b'independenza sħiħa.

2.  Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-persuni li għandhom ikunu mismugħa sabiex jattendu għas-smiegħ orali formali f'tali dati li hija għandha tiddetermina.

3.  Il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri sabiex jipparteċipaw fi smiegħ orali formali.

4.  Il-persuni mistiedna sabiex jattendu għandhom jew jidhru huma personali jew li jkunu rappreżentati mir-rappreżentanti legali tagħhom jew minn rapreżentanti awtorizzati skond il-kostituzzjoni tagħhom, kif xieraq. Impriżi u assoċċjazzjonijiet ta' imprii jistgħu wkoll ikunu rappreżentati minn aġent awtorizzat kif meħtieġ minn fost il-persunal permanenti tagħhom.

5.  Il-persuni mismuha mill-Kummissjoni jistgħu jkunu mgħejjuna mill-avukati tagħhom jew minn persuni oħrajn kwalifikati u awtorizzati kif meħtieġ li jkunu aċċettabbli għall-Uffiċjal tas-Smiegħ.

6.  Smigħ orali formali ma għandux ikun pubbliku. Kull persuna tista tkun mismugħa separatament jew fil-preżenza ta' persuni oħrajn li jkunu mistiedna sabiex jattendu, wara li jkunu meqjusa l-interessi leġittimi ta' l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tan-negożju tagħhom u ta' xi informazzjoni konfidenzali oħra.

7.  L-Uffiċjal tas-Smiegħ jista jippermetti lill-partijiet kollha fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 11, lis-servizzi tal-Kummissjoni, u lill-awtoritajiet kompteneti tal-Istati Membri li jgħamlu mistoqsijiet matul is-smiegħ orali formali.

L-Uffiċjal tas-Smiegħ jista jżomm laqgħa preparatorja mal-partijiet u mas-servizzi tal-Kummissjoni, hekk li jiffaċilita l-organizzazzjoni effiċċjenti tas-smiegħ orali formali.

8.  L-istqarrijiet magħmula minn kull persuna mismugħa għandhom ikunu irrekordjati. Mat-talba għal dan, ir-rekordjar tas-smiegħ orali formali għandu jkun disponibli għall-persuni li jattendu għal dak is-smiegħ. Attenzjoni għandha tingħata għall-interess leġittimu ta' l-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti tal-negozju tagħhom u ta' l-informazzjoni kunfidenzali l-oħra.

Artikolu 16

Is-smiegħ ta' terzi persuni

1.  Jekk terzi persuni japplikaw bil-kitba sabiex ikunu mismugħa bis-saħħa ta' l-Artikolu 18(4), it-tieni sentenza, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, il-Kummissjoni għandha tinformhom bil-kitba dwar in-natura u l-materja tas-suġġett tal-proċedura u għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien li fih huma jkunu jistgħu iressqu l-kummenti tagħhom.

2.  Il-persuni terzi referuti fil-paragrafu 1 għandhom jippreżentaw il-kummenti tagħhom bil-kitba matul il-limitu taż-żmien stabbilit. Il-Kummissjoni tista, meta xieraq, toffri lill-tali partijiet terzi, li jkun hekk talbu fil-kummenti bil-miktub tagħhom, l-opportunità li jipparteċipaw fi smiegħ formali. Hija tista wkoll, f'każi oħrajn li toffri lill-tali partijiet terzi l-opportunità li huma jesprimu oralment il-kummenti tagħhom.

3.  Il-Kummissjoni tista l-istesssss tistieden xi persuna oħra, naturali jew legali, sabiex tesprimi il-kummenti tagħha, bil-kitba u wkoll oralment, inkluż is-smiegħ orali formali.



KAPITOLU V

AĊESS GĦAL FILE U T-TRATTAMENT TA' L-INFORMAZZJONI KONFIDENZALI

Artikolu 17

Aċċess għal file u l-użu ta' dokumenti

1.  Jekk hekk mitlubha, il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess lejn il-file tal-partijiet li lilhom tkun indirizzat stqarrija ta' l-oġġezzjonijiet, għall-iskop li tiffaċilita li dawn ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tad-difiża. L-aċċess għandu jkun mogħti wara n-notifika tal-istqarrija ta' l-oġġezzjonijiet.

2.  Il-Kummissjoni għandha, meta tkun mitluba, li wkoll tagħti lill-partijiet involuti l-oħrajn li jkunu ġew infurmati bl-oġġezzjonijiet, aċċess għall-file sal-limitu li dan ikunu meħtieġ għall-iskopijiet sabiex huma jkunu jistgħu iħejju il-kummenti tagħhom.

3.  Id-dritt ta' l-aċċess lejn file m'għandux jestendi għall-informazzjoni konfidenzali, jew għal dokumenti nterni tal-Kummissjoni jew ta' l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. Id-dritt ta' l-aċċess lejn file għandhu egwalment ma jkunx estiż għall-korresspondenza bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet kompteneti tal-Istati Membri jew bejn dawn ta' l-aħħar.

4.  Id-dokumenti akkwistati permezz ta' l-aċċess lejn il-file bis-saħħa ta' dan l-Artikolu jistgħu ikunu użati biss għall-iskopijiet tal-proċedimenti relevanti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

Artikolu 18

Informazzjoni konfidenzali

1.  Informazzjoni, inklużi dokumenti, m'għandhomx ikunu ikkomunikati jew li jkunu aċċessibbli mill-Kummissjoni sal-limitu li dawn ikunu jinkludu sigrieti tan-negozju jew xi informazzjoni kunfidenzali oħra li l-iżvelar tagħha ma jkunx meqjus bħala meħtieġ mill-Kummissjoni għall-iskopijiet tal-proċedura.

2.  Kwalunkwe persuna li twassal il-veduti jew il-kummenti tagħha bis-saħħa ta' l-Artikolu 12, l-Artikolu 13 u l-Artikolu 16 ta' dan ir-Regolament, jew li tforni informazzjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 139/204, jew li sussegwentament tippreżenta aktar informazzjoni lejn il-Kummissjoni fil-korsa ta' l-istess proċedura, għandha kjarament tidentifika xi materjal li hija tikkonsidra bħala konfidenzali, tagħti r-raġunijiet, u tipprovdi versjoni separata mhux-konfidenzali sad-data stabbilita mill-Kummissjoni.

3.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 2, il-Kummissjoni tista teħtieġ li tali persuni referuti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nri 139/204, lill-impriżi u l-assoċċjazzjonijiet ta' l-impriżi fil-każi kollha meta huma jipproduċu jew ikunu ipprovdew dokumenti jew stqarijiet bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, li jidentifikaw id-dokumenti jew partijiet tad-dokumenti li huma jikkonsidraw li jkun fihom sigrieti tan-negozju jew informazzjoni konfidenzali oħra li tappartieni lilhom u li jidentifikaw l-impriżi li fir-rigward tagħhom tali dokumenti għandhom ikunu meqjusa bħala konfidenzali.

Il-Kummissjoni tista wkoll li tkun teħtieġ lill-persuni referuti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, lill-impriżi jew l-assoċċjazzjonijiet ta' l-impriżi, li jidentifikaw xi parti minn stqarrija ta' l-oġġezzjonijiet, sommarju tal-każ jew deċiżjoni adotta mill-Kummissjoni, li fl-opinjoni tagħhom dawn ikun fihom sigrieti tan-negozju.

Meta s-sigrieti tan-negozju jew xi informazzjoni konfidenzali oħra tkun identifikata, il-persuni, l-impriżi u l-assoċċjazzjonijiet ta' l-impriżi għandhom jagħtu r-raġunijiet u jipprovdu versjoni separata mhux-konfidenzali sad-data stabbilita mill-Kummissjoni.

▼M2

4.  Jekk persuni, impriżi jew assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jonqsu milli jkunu konformi mal-paragrafu 2 jew 3, il-Kummissjoni tista’ tassumi li d-dokumenti jew id-dikjarazzjonijiet ikkonċernati ma fihom l-ebda informazzjoni kunfidenzjali.

▼B



KAPITOLU VI

KUMMENTI OFFRUTI MILL-IMPRIŻI IKKONĊERNATI

Artikolu 19

Il-limiti taż-żmien għall-preżentazzjoni ta' kummenti

1.  Il-kummenti offruti mill-impriżi konċernati bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni fi żmien mhux aktar tard minn 20 jum utili mid-data tal-wassla tan-notifika.

2.  Il-kummenti offruti mill-impriżi konċernati bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni fi żmien mhux aktar tard minn 65 jum utili mid-data li fiha l-proċediment kienu ġew mibdija.

Meta bis-saħħa ta' l-Artikolu 10(3), it-tieni subparagrafu, tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 il-perijodu ta' l-adozzjoni ta' deċiżjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 8(1), (2) u (3) ikun estiż, il-perijodu ta' 65 jum utili għall-preżentazzjoni tal-kummenti għandu awtimatikament ikun estiż bl-istess numru ta' jiem utili.

F'każi eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista taċċetta kummenti offruti wara l-iskadenza tal-limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni tagħhom fil-qofol tat-tifsira ta' dan il-paragrafu, basta li l-proċedura li hemm provvediment dwarha fl-Artikolu 19(5) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 ikun hemm konformità magħha.

3.  L-Artikoli 7, 8 u 9 għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Artikolu 20

Proċedura għall-preżentazzjoni ta' impenji

1.  Oriġinal wieħed u 10 kopji tal-impenji offruti mill-impriżi konċernati bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/204 għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni fl-indirizz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni. Kopja elettronika għandha wkoll tkun ippreżentata fl-istess indirizz u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha twassal kopji ta' tali impenji lejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

▼M2

1a.  Barra mir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-impriżi kkonċernati għandhom fl-istess waqt li jkunu qegħdin joffru impenji skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, jissottomettu oriġinal wieħed u 10 kopji ta’ l-informazzjoni u tad-dokumenti preskritti fil-Formola RM u relatati mar-rimedji (Form RM) kif ġie stabbilit fl-Anness IV ta' dan ir-Regolament. L-informazzjoni sottomessa għandha tkun korretta u kompluta.

▼B

2.  Meta joffru impenji bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004, l-impriżi ikkonċernati għandhom fl-istess waqt kjarament jidentifikaw xi informazzjoni li huma jikkonsidraw bħala konfidenzali, jagħtu r-raġunijiet, u għandhom jipprovdu verżjoni separata mhux-konfidenzali.

▼M2

Artikolu 20a

It-trustees

1.  L-impenji offruti mill-impriżi kkonċernati skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 jistgħu jinkludu, bl-ispejjeż jitħallsu mill-impriżi kkonċernati, il-ħatra ta’ trustee (jew ta’ trustees) indipendenti li jgħin lill-Kummissjoni tissuperviżjona l-konformità tal-partijiet ma’ l-impenji jew li jkollu mandat biex jimplimenta l-impenji. It-trustee jista’ jinħatar mill-partijiet, wara li l-Kummissjoni tkun approvat l-identità tiegħu, jew mill-Kummissjoni. It-trustee għandu jwettaq il-kompiti tiegħu taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni.

2.  Il-Kummissjoni tista’ torbot tali dispożizzjonijiet relatati mat-trustees ta’ l-impenji bħala kondizzjonijiet u obbligi skond l-Artikolu 6(2) jew l-Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004.

▼B



KAPITOLU VII

DISOSIZZJONIJIET VARJI

Artikolu 21

Trasmissjoni tad-dokumenti

1.  It-trasmissjoni tad-dokumenti u l-istediniet mill-Kummissjoni lejn l-indirizzati tista tkun effettwata bi kwalunkwe minn dawn il-meżżi li gejjin:

(a) it-twassil bl-idejn li jaghti irċevuta tal-konferma tal-wassla;

(b) ittra ireġistrata b'konferma tal-wassla;

(ċ) fax b'talba tal-konferma tal-wassla;

(d) telex;

(e) b'posta elettronika b'talba tal-konferma tal-wassla.

2.  Sakemm ma jkunx hemm provvediment mod ieħor f'dan ir-Regolament, il-paragrafu 1 ikun japplika wkoll għat-trasmissjoni tad-dokumenti mil-partijiet tan-notifika, mill-partijiet l-oħrajn involuti jew minn partijiet terżi, lejn il-Kummissjoni.

3.  Meta dokument ikun mibgħut bit-telex, bil-fax jew b'posta elettronika, dan għandu jkun meqjus bħala li wasal għand l-indirizzat fil-jum li fih ikun intbagħat.

Artikolu 22

L-iffissar tal-limitu ta' żmien

Fl-iffissar tal-limiti taż-żmien li hemm provvediment dwarhom bis-saħħa ta' l-Artikolu 12(1) u (2), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 16(1), il-Kummissjoni għandu tikkonsidra iż-żmien meħtieġ għall-preparazzjoni tal-istqarrijiet u l-urġenza tal-każ. Għandha wkoll tqis il-jiem utili kif ukoll il-festi publiċi fil-pajjiż tal-wassla tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

Il-limiti taż-żmien għandhom ikunu stabbiliti f'termini ta' data kalendarja preċiża.

Artikolu 23

Il-wassla tad-dokumenti għand il-Kummissjoni

1.  B'konformità mad-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, in-notifiki għandhom ikunu mwassla għand il-Kummissjoni fl-indirizz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għal Kompetizzjoni kif ippubblikat mill-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

2.  Informazzjoni addizzjonali miltuba sabiex ikunu kompluti n-notifiki għandha tasal għand il-Kummissjoni fl-indirizz referut fil-paragrafu 1.

3.  Kummenti bil-kitba dwar il-komunikazzjonijiet lejn il-Kummissjoni bis-saħħa ta' l-Artikolu 12(1) u (2), l-Artikolu 13(2) u l-Artikolu 16(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fl-indirizz referut fil-paragrafu 1 qabel l-iskadenza tal-limitu taż-żmien iffissat għal kull każ.

Artikolu 24

Definizzjoni ta' jiem utili

L-espersjoni “jiem utili” fir-Regolament (KE) Nru 139/2004 u f'dan ir-Regolament tfisser il-jiem kollha apparti milli s-Sibtijiet, il-Ħdud u l-festi pubbliċi tal-Kummissjoni, kif ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea qabel il-bidu ta' kull sena.

Artikolu 25

It-tħasir u disposizzjoniijiet transitorji

1.  Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 u 3, ir-Regolamenti (KE) Nru 447/98 huwa hawnhekk imħassar b'effett mill-1 ta' Mejju 2004.

Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenza għal dan ir-Regolament.

2.  Ir-Regolament (KE) Nru 447/98 għandu jibqa jkun applikabbli għal xi konċentrazzjoni li tidħol fi ħdan l-iskop tar-Regolament (KEE) Nru 4046/89.

3.  Għall-iskopijiet tal-paragrafu 2, is-Sezzjonijiet 1 sa 12 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 447/98 għandhom ikunu mibdula bis-sezzjonijiet 1 sa 11 ta' l-Anness I ta' dan ir-Regolament. F'tali każi, ir-referenzi f'dawk is-sezzjonijiet għall-“Regolament KE tal-Inkorporazzjoni” u għar-“Regolament ta' l-Implementazzjoni” għandhom jinqraw bħala li jirreferu għad-disposizzjoniijiet korrespondenti tar-Regolament (KEE) Nru 4064/89 u r-Regolament (KE) Nru 447/98, rispettivament.

Artikolu 26

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 Mejju 2004.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha




ANNESS I

IL-FORMULA LI TIRIGWARDJA IN-NOTIFIKA TA' KONĊENTRAZZJONI BIS-SAĦĦA TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 139/2004

1.   INTRODUZJONI

1.1.   L-iskop ta' din il-Formula

▼M2

Din il-Formola tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi pprovduta mill-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika meta jissottomettu notifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar amalgamazzjoni, akkwist jew konċentrazzjoni oħra proposta. Is-sistema ta’ kontroll ta’ l-amalgamazzjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea ġiet stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]”), u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-Regolament li Jimplimenta”), li magħhom hija annessa din il-Formola CO ( 5 ). It-test ta’ dawn ir-regolamenti, kif ukoll dokumenti rilevanti oħrajn, jistgħu jinstabu fuq il-paġna tal-Kompetizzjoni tas-sit web Europa tal-Kummissjoni. Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni anki għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Ftehim ŻEE”) ( 6 )

▼B

Sabiex ikun limitat iż-żmien u l-ispiża involuta dwar il-konformità mad-diversi proċeduri ta' kontroll dwar l-inkorporazzjoni f'diversi pajjiżi individwali, l-Unjoni Ewropea stabilit sistema ta' kontroll ta' l-inkorporazzjoni li permezz tagħha il-konċentrazzjonijiet li jkollhom dimensjoni Komunitarja (normalment, meta il-partijiet ikkonċentrali jkunu jwettqu ċeri għatbiet ta' negozju globali) ( 7 ) huma assessjati mill-Kummissjoni Ewropea fi proċedura waħdanija (il-prinċipju ta' “tinqeda f'waqfa waħda”). ►M2  L-amalgamazzjonijiet li ma jilħqux il-limiti tal-fatturat jistgħu jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ l-awtoritajiet ta’ l-Istati Membri u/jew ta’ l-Istati EFTA fit-tibdil tal-kontroll ta’ l-amalgamazzjonijiet. ◄

Ir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni jeħtieġ lill-Kummissjoni li tasal għal deċiżjoni fil-limitu taż-żmien legali. Fil-fażi inizjali, il-Kummissjoni normalment għandha 25 jum utili sabiex tiddeċiedi jekk tippermettix il-konċentrazzjoni jew jekk “tgħatix bidu għal proċedimenti”, i.e., li tidħol għal investigazzjoni fil-fond ( 8 ). Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħti bidu għal proċedimenti, hija normalment għandha tasal għal deċiżjoni finali dwar l-operat fi żmien ta' mhux aktar minn 90 jiem utili mid-data ta' meta il-proċediment jkunu ġew mibdija ( 9 ).

In vista ta' dawn il-limiti ta' żmien, u sabiex il-prinċipju ta' “b'waqfa waħda tinqeda” ikun jista jaħdem, huwa essenzali li l-Kummissjoni tkun ipprovduta, fi żmien xieraq, bl-informazzjoni meħtieġa sabiex tkun tista twettaq l-investigazzjoni meħtieġa u tassessja l-impatt tal-konċentrazzjoni fuq is-swieq ikkonċernati. Dan ikun jeħtieġ ċertu ammont ta' informazzjoni li tkun ipprovduta fil-waqt tan-notifika.

Huwa rikonoxxut li l-informazzjoni mitluba f'din il-Formula hija sostanzjali. B'dana kollu, l-esperjenza wriet li, jiddependi mill-karatteristiċi speċifiċi tl-każ, mhux l-informazzjoni kollha hija dejjem meħtieġa għal eżaminazzjoni adekwata tal-konċentrazzjoni proponuta. Għalhekk, jekk ikun meqjus li xi informazzjoni partikolari kif meħtieġa b'din il-Formula mhux bil-fors li tkun meħtieġa għall-eżaminazzjoni tal-każ mill-Kummissjoni, wieħed għandu jkun inkorraġġit li jitlob lill-Kummissjoni li teżentah mill-obligazzjoni li jipprovdi ċerta informazzjoni (“rinunzja”). Ara s-Sezzjoni 1.3(g) għal aktar dettalji.

Kuntatti ta' notifika bil-quddiem huma ferm utili kemm għall-partijiet tan-notifika u wkoll għall-Kummissjoni fid-determinazzjoni ta' l-ammont preċiż ta' l-informazzjoni meħtieġa fin-notifika u, fil-maġġoranza tal-każi, tkun tirriżulta fi tnaqis sinifikanti ta' l-informazzjoni meħtieġa. Il-partijiet tan-notifika jitgħu jirreferu għall-Aħjar Prattiċi ta' l-Imġieba tal-Kummissjoni dwar il-Proċedimenti tal-KE dwar il-Kontroll ta' l-Inkorporazzjoni, li jipprovdu gwida dwar il-kuntatti ta' qabel in-notifika u l-preprazzjoni tan-notifiki.

B'żieda, għandu jkun innutat li ċerti konċentrazzjonijiet, li pjuttost li ma jimponu l-ebda tħassib tal-kompetizzjoni, jistgħu ikunu notifikati fil-Formula l-Qasira, li hija mhemuża mar-Regolament ta' l-Implementazzjoni, bħala l-Anness II.

1.2.   Min għandu jagħti n-notifika

Fil-każ ta' inkorporazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni jew ta' l-akkwist ta' kontroll konġunt ta' impriża fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, in-notifika għandha tkun mimlija b'mod konġunt mill-partijiet ta' l-inkorporazzjoni jew minn dawk li jakkwistaw kontroll konġunt, skond ma jista jkun il-każ ( 10 ).

Fil-każ ta' l-akkwist ta' l-interess ta' kontroll f'impriża waħda minn oħra, dak li jakkwista għandu jimla in-notifika.

Fil-każ ta' offerta publika għall-akkwist ta' impriża, min jagħmel l-offerta għandu jimla in-notifika.

Kull parti li timla in-notifika hija responsabbli għall-eżatezza ta' l-informazzjoni li hija tipprovdi.

1.3.   Il-ħtieġa ta' notifika korretta u sħiħa

L-informazzjoni kollha meħtieġa b'din il-Fomula għandha tkun korretta u sħiħa. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun fornuta fis-Sezzjoni xierqa ta' din il-Formula.

Partikolarment wieħed għandu jinnota li:

(a) B'konformità ma l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE dwar l-Inkorportazzjoni u l-Artikolu 5(2) u (4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni, il-limiti taż-żmien tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni marbuta man-notifika m'għandhomx jibdew jgħoddu qabel ma l-informazzjoni kollha li tkun ġiet fornuta man-notifika tkun wasslet għand il-Kummissjoni. Din il-ħtieġa hija sabiex tassigura li l-Kummissjoni tkun tista tassessja il-konċentrazzjoni notifikata fil-limiti ta' żmien stretti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

(b) Il-partijiet tan-notifika għandhom jivverifikaw, matul il-korsa tat-tħejjija tan-notifika tagħhom, l-isem u n-numru tal-kuntatt, u partikolarment in-numri tal-fax u l-indizzi e-mail, kif ipprovduti lill-Kummissjoni, huma eżatti, relevanti u aġġornati.

(ċ) Informazzjoni fin-notifika, mhux korretta jew li tqarraq, għandha tkun meqjusa bħala informazzjoni mhux kompluta (l-Artikolu 5(4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni).

(d) Jekk notifika ma tkun kompluta, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub u mingħajr dewmien lill-partijiet tan-notifika jew lir-rapreżentanti tagħhom. In-notifika għandha ssir effettiva biss fid-data li fiha l-informazzjoni kompluta u eżatti tkun waslet għand il-Kummissjoni (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, l-Artikoli 5(2) u (4) tar-Regolament ta' l-Implemntazzjoni).

(e) Permezz ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-partijiet notifikanti li, jew b'intenzjoni jew inkella b'negliġenza, jfornu informazzjoni mhux korretta jew li tqarraq, jistgħu jkunu responsabbli għal penali sa 1 % tan-negozju globabli aggregat ta' l-impriża ikkonċernata. B'żieda, bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)(a) u l-Artikolu 8(6)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-Kummissjoni tista tirevoka id-deċiżjoni tagħha dwar il-kumpattibbiltà tal-konċentrazzjoni notifikata meta din tkun ibbażata fuq informazzjoni mhux korretta li dwarha l-impriżi huma responsabbli.

(f) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li n-notifika tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali informazzjoni ma tkunx raġjonevolment disponibbli għall-persuna, parzjalment jew totalment (per eżempju, minħabba n-nuqqas ta' disponabbiltà ta' l-informazzjoni dwar kumpanija fil-mira matul l-offerta ikkontestata).

Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet dwar in-nuqqas ta' disponabbiltà ta' dik l-infoirmazzjoni, u basta li din tipprovdi l-aħjar estimi dwar id-data nieqsa flimkien mas-sorsi ta' l-estimi. Meta possibbli, indikazzjonijiet għandhom ikunu ipprovduti dwar jekk uħud mill-informazzjoni mitluba li ma tkunx disponibbli għal-persuna, jekk tkunx tista tiġi akkwistata minn għand il-Kummissjoni.

(g) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li n-notifika tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali petrsuna tqis li tali informazzjoni partikolari ma tkunx meħtieġa, fil-versjoni sħiħa jew il-qasira, tista ma tkunx neċessarja għall-eżaminazzjoni tal-każ mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet adekwati il-għala tali informazzjoni ma tkunx relevanti u meħtieġa għall-inkjesta tagħha dwar l-operazzjoni notifikata. Wieħed għandu jispjega dan matul il-kuntatti ta' qabel in-notifika li jsiru mal-Kummissjoni u, jippreżenta talba bil-miktub għal rinunzja, jitlob lill-Kummissjoni li tagħti dispensa mill-obbligazzjoni li tkun ipprovduta tali informazzjoni, bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

1.4.   Kif issir in-notifika

In-notifika għandha tkun mimlija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Din il-lingwa għandha imbagħad tkun il-lingwa tal-proċedimenti għall-partijiet notifikaturi kollha. Meta in-notifiki jsiru skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll 24 tal-Ftehom ŻEE f'lingwa uffiċjali ta' Stat EFTA li ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, in-notifika għandha simultanjament tkun issuplementata bi traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Komunità.

L-informazzjoni mitluba b'din il-Formula għandha tkun elenkata bl-użu tan-numri tas-sezzjonijiet u l-paragrafi tal-Formula, bil-firma ta' dikjarazzjoni kif hemm provvediment dwar dan fis-Sezzjoni 11, u bl-anness ta' dokumentazzjoni bħala appoġġ. Fil-mili tas-Sezzjonijiet 7 sa 9 ta' din il-Formula, il-partijiet notifikanti huma mistiedna li jikkonsidraw jekk, għall-iskopijiet taċ-ċarezza, li dawn is-sezzjonijiet huma l-aħjar ippreżentati f'ordni numerika, jew jekk ikunu jistgħu jinġabru flimkien għal kull suq individwali affettwat (jew gruppi ta' swieq affettwati).

F'ġieħ iċ-ċarezza, ċerta informazzjoni tista tkun ipprovduta fl-annessi. B'dana kollu, huwa essenzali li il-partijiet ewlenija sostantivi kollha ta' l-informazzjoni, u partikolarment l-informazzjoni dwar is-sehem tas-suq għall-partijiet u l-akbar kompetituri tagħhom, ikunu ippreżentati fil-parti ewlenija tal-Formula KO. L-Annessi ta' din il-Formula għandhom ikunu użati biss bħala supplement ta' l-informazzjoni fornuta fil-Formuna innifisha.

Dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu ipprovduti fil-format kif ipprovdut mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (DĠ Kompetizzjoni). Għall-proċess investigatorju xieraq., huwa essenzali li d-dettalji tal-kuntatt ikunu eżatti. Numru ta' każi ta' dettalji ħżiena dwar il-kuntatt jistgħu ikunu il-bażi li notifika tkun iddikjarata mhux kompluta.

Dokumenti b'appoġġ għandhom ikunu ippreżentati fil-lingwa oriġinali tagħhom; meta din ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, dawn għandhom ikunu tradotti fil-lingwa tal-proċediment (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni).

Id-dokumenti b'appoġġ jistgħu ikunu l-oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali. F'dan il-każ ta' l-aħħar, il-parti tan-notifika għandha tikkonferma li dawn ikunu vera u kompluti.

Oriġinal wieħed u ►M1  37 ◄ kopja tal-Formula KO u tad-dokumenti bħala appoġġ għandhom ikunu ippreżentati lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni.

In-notifika għandha tkun imwassla fl-indirizz referut fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni minn żmien għal żmien. Dan l-indirizz għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha tkun imwassla għand il-Kummissjoni matul il-jiem utili kif definti fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni. Sabiex tkun faċilitata ir-reġistrazzjoni fl-istess jum, din għandha tkun imwassla qabel is-siegħa 17.00 minn nhar ta' Tnejn sa nhar ta' Ħamis u qabel is-siegħa 16.00 nhar ta' Ġimgħa u fil-jiem utili li jippreċedu btala pubbklika u btajjel oħrajn kif determinati mill-Kummissjoni u ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-istruzzjonijiet tas-sigurtà mogħtija fil-website tat-DĠ Kompetizzjoni għandhom ikunu sgwiti bir-reqqa.

1.5.   Kunfidenzalità

L-Artikolu 287 tat-Trattat u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament KE dwar l-Inkorporazzjoni kif ukoll id-disposizzjoniijiet korrespondenti tal-Ftehim ŻEE ( 11 ) jeħtieġu li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA u lill-Istati EFTA, lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn li ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni li huma jkunu akkwistaw permezz ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tat-tip kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali. L-istess prinċipju għandu jkun applikabbli wkoll għall-protezzjoni tal-konfidenzalità bejn il-partijiet notifikanti.

Jekk wieħed jemmen li l-interessi tiegħu isofru danni jekk uħud mill-informazzjoni li jkun mitlub li jforni kellha tkun ippubblikata jew b'mod ieħor żvelata lill-partijiet oħrajn, dan għandu jforni din l-informazzi b'mod separat b'kull paġna kjarament immarkata “Sigrieti tan-Negozju”. Il-persuna għandha wkoll tagħti r-raġunijiet il-għala din l-informazzjoni m'għandhiex tkun żvelata jew ippubblikata.

Fil-każ ta' inkorporazzjoni jew akkwisti konġunti, jew f'każi oħrajn meta n-notifika tkun mimlija b'aktar minn waħda mill-partijiet, is-sigrieti tan-negozju jistgħu ikunu ippreżentati taħt koperta separata, u referuti fin-notifika bħala anness. Tali annessi kollha għandhom ikunu inklużi fil-preżentazzjoni sabiex in-notifika tkun meqjusa bħala kompluta.

1.6.   Definizzjonijiet u istruzzjonijiet għall-iskopijiet ta' din il-Formula

Il-parti jew il-partijiet notifikanti: fil-każi meta in-notifika tkun ippreżentata minn waħda biss mill-impriżi li tkun parti minn operazzjoni, “il-partijiet notifikanti” hija użata sabiex tirreferi biss għall-impriża li attwallment tippreżenta in-notifika.

Parti(jiet) għal konċentrazzjoni jew il-partijiet: dawn it-termini jirrigwardjaw kemm lill-partijiet li jakkwistaw u wkoll dawk il-partijiet akkwistati, jew għall-partijiet fl-inkorporazzjoni, inklużi l-impriżi kollha li fihom interess ta' kontroll ikun qiegħed jiġi akkwistat jew li huma s-suġġett ta' offerta pubblika.

Apparti milli kif speċifikat mod ieħor, it-termini tal-parti(jiet) notifikanti u tal-parti(jiet) tal-konċentrazzjoni jinkludu l-impriżi kollha li jappartienu għall-istess gruppi bħal dawk tal-partijiet.

Swieq affettwati: Is-Sezzjoni 6 ta' din il-Formula teħtieġ li l-partijiet notifkanti sabiex jiddiffenixxu is-swieq relevanti tal-prodott, u li aktar jiddiffenixxu liema minn dawk is-swieq relevanti aktarx li jkunu affettwati bl-operazzjoni notifikta. Din id-definizzjoni dwar is-swieq affettwati hija wżata bħala il-bażi għall-ħtieġa ta' l-informazzjoni għal numru ta' mistoqsijiet oħrajn li jinsabu f'din il-Fomula. Id-definizzjonijiet hekk ippreżentati mill-partijiet notifikanti huma referuti f'din il-Formula bħala is-suq(swieq) affettwat(i). Dan it-terminu jista jirreferi wkoll għal suq relevanti li jkun jikkonsisti minn prodotti jew servizzi.

Sena: ir-referenzi kollha għall-kelma “sena” f'din il-Formula għandhom jinqraw bħala li jfissru is-sena kalendarja, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor. L-informazzjoni kollha meħtieġa f'din il-Formula għandha, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tirrigwardja s-sena preċedenti tan-notifika.

Id-data finanzjarja meħtieġa fis-Sezzjonijiet 3.3 sa 3.5 għandha tkun ipprovduta fi euros bir-rata tal-kambju medja li tkun prevalenti għas-snin jew għall-perijodi f'dak il-każ.

Ir-referenzi kollha li jinsabu f'din il-Formula huma għall-artikoli u l-paragrafi relevanti tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor.

1.7.   Provvediment ta' l-informazzjoni dwar l-Impjegati u r-rapreżentanti tagħhom

Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għall-obbliġi li dwarhom il-partijiet ta' konċentrazzjoni jistgħu ikunu suġġetti permezz tar-regoli tal-Komunità u/jew dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni li jirrigwardjaw tranżazzjonijiet ta' natura konċentrattiva vis-à-vis l-impjegati u/jew ir-rapreżentanti tagħhom.

SEZZJONI 1

Deskrizzjoni tal-konċentrazzjoni

1.1. Għandhek tipprovdi sommarju eżekuttiv tal-konċentrazzjoni, tispeċifika l-partijiet tal-konċentrazzjoni, in-natura tal-konċentrazzjoni (per eżempju, l-inkorporazzjoni, l-akkwist, jew impriża konġunta), l-oqsma l-attività tal-partijiet notifikanti, is-swieq li fihom il-konċentrazzjoni sejra jkollha impatt (inklużi s-swieq ewlenija affettwatai ( 12 ), u r-razzjonali strateġiku u ekonomiku għall-konċentrazzjoni.

1.2. Għandekk tipprovdi sommarju (sa 50 kelma) ta' l-informazzjoni ipprovduta fis-Sezzjoni 1.1. Huwa ntiż li dan is-sommarju jkun ippubblikat fuq il-website tal-Kummissjoni fid-data tan-notifika. Dan is-sommarju għandu jkun abozzat hekk li ma jkun fih l-ebda informazzjoni konfidenzali jew sigrieti tan-negożju.

SEZZJONI 2

Informazzjoni dwar il-partijiet

2.1.   L-informazzjoni dwar il-parti notifikanti (jew il-partijiet)

Għati d-dettalji ta':

2.1.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

2.1.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

2.1.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjoniji okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

2.1.4. indirizz għas-servizz tal-parti notifikanti (jew ta' kull waħda mill-partijiet notifikanti) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

2.2.   Informazzjoni dwar partijiet oħrajn ( 13 ) tal-konċentrazzjoni

Għal kull parti tal-konċentrazzjoni (apparti milli l-parti jew il-partijiet notifikanti) għati d-dettalji ta':

2.2.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

2.2.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

2.2.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjoniji okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

2.2.4. indirizz għas-servizz tal-parti (jew ta' kull waħda mill-partijiet) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

2.3.   Il-ħatra ta' rapreżentanti

Meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu. Il-prova bil-miktub għandha jkollha l-isem u l-posizzjonii tal-persuni li jagħtu tali awtorità.

Tipprovdi dawn id-dettalji tal-kuntatt li ġejjin dwar xi rapreżentanti li jkunu ġew awtorizzati li jaġixxu għal uħud mill-partijiet tal-konċentrazzjoni, tindika lil min huma jirrapreżentaw:

2.3.1. l-isem tar-rapreżentant;

2.3.2. l-indirizz tar-rapreżentant;

2.3.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail tal-persuna li għandha tkun ikkuntattjata' u

2.3.4. indirizz tar-rapreżentant (fi Brussel jekk disponibbli) li lilu l-korrepondenża tista tkun mibgħuta u d-dokumenti imwassla,

SEZZJONI 3

Dettalji tal-konċentrazzjoni

3.1.   Għati deskrizzjoni tan-natura tal-konċentrazzjoni li tkun notifikata. Meta tagħmel dan, għandek tistqarr:

(a) jekk il-konċentrazzjoni proponuta tkun inkorporazzjoni legali sħiħa, akkwista ta' kontroll uniku jew konġunt, impriża konġunta b'funzjoni sħiħa fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) ta' l-Inkorporazzjoni jew kuntratt jew xi mezz ieħor li jikkonferixxi kontroll dirett jew inderett fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni;

(b) jekk it-total jew uħud mill-partijiet ikunux suġġetti tal-konċentrazzjoni;

(ċ) spjegazzjoni qasira tal-istruttura ekonomika u finanzjarja tal-konċentrazzjoni;

(d) jekk xi offerta pubblika għal titoli ta' parti waħda minn parti oħra jkollhom l-appoġġ tal-bordijiet ta' dik l-ewwel parti fis-superviżjoni ta' l-amministrazzjoni jew ta' korpi oħrajn li legalment jirrapreżentaw lill-dik il-parti;

(e) id-data proponuta jew mistennija ta' xi okkorrenzi maġġuri iddisinjati sabiex iwasslu għat-twettieq tal-konċentrazzjoni;

(f) l-istuttura proponuta tal-propjtà u l-kontroll wara li tkun twettqet il-konċentrazzjoni;

(g) xi appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor minn kwalunkwe sorsi (inklużi l-awtoritajiet pubbliċi) minn kwalunkwe mill-partijiet u n-natura u l-ammont ta' dan l-appoġġ; u

(h) is-setturi ekonomiċi involuti f'din il-konċentrazzjoni.

3.2.   Għandhekk tistqarr il-valur tat-transazzjoni (il-prezz tax-xiri jew tal-valur ta' l-assi kollha involuti, skond ma jkun il-każ).

3.3.   Għal kull waħda mill-impriżi ikkonċernati bil-konċentrazzjoni ( 14 ) għandek tipprovdi din id-data li ġejja ( 15 ) għal-aħħar sena finanzjarja:

3.3.1. in-negozju globali ma dwar id-dinja;

3.3.2. in-negozju globali ma dwar il-Komunità;

3.3.3. in-negozju globali ma dwar il-EFTA;

3.3.4. in-negozju globali f'kull Stat Membri;

3.3.5. in-negozju globali f'kull Stat EFTA;

3.3.6. l-Istat Membru, jekk ikun hemm, li fih aktar minn żewġ terzi tan-negozju globali matul il-Komunità ikunu akkwistat; u

3.3.7. l-Istat EFTA, jekk ikun hemm, li fih aktar minn żewġ terzi tan-negozju globali matul il-EFTA ikunu akkwistat.

3.4.   Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, jekk l-operazzjoni ma tkunx tilħaq il-għetiebi stabbiliti fl-Artikolu 1(2), li jipprovdu id-data għall-aħħar sena finanzjarja:

3.4.1. l-Istati Membri, jekk ikun hemm, li fihom in-negozju globali tal-għaqda aggregata ta' l-impriżi kollha ikkonċernati ikun ta' aktar minn 200 miljun EUR;u

3.4.2. l-Istati Membri, jekk ikun hemm, li fihom in-negozju globali tal-għaqda aggregata ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati ikun ta' aktar minn 25 miljun EUR.

3.5.   Għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta' jekk il-konċentrazzjoni tkunx tikkwalifika bħala każ ta' koperazzjoni EFTA ( 16 ), ipprovdi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' l-aħħar sena finanzjarja:

3.5.1. jekk in-negozju globali miġmugħ ta' l-impriżi ikkonċernati fit-territorju tal-Istati EFTA ikunx egwali għal 25 % jew aktar tan-negozju globali totali tagħhom fit-territorju ŻEE?

3.5.2. jekk kull waħda ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati jkollhiex negozju globali li jeċċedi 250 miljun EUR fit-territorju tal-Istati EFTA?

3.6.   Iddeskrivi ir-razzjonalità ekonomika tal-konċentrazzjoni.

SEZZJONI 4

Pussess u kontroll ( 17 )

4.1.   Għal kull waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni għandek tipprovdi lista ta' l-impriżi kollha li jappartienu għall-istess grupp.

Din il-lista għandha tinkludi:

4.1.1. l-impriżi jew il-persuni kollha li jikkontrollaw dawn il-partijiet, direttament jew inderettament;

4.1.2. l-impriżi kollha attivi fuq xi swieq affettwati ( 18 ) li huma ikkontrollati, direttament jew inderettament:

(a) minn dawn il-prtijiet;

(b) minn xi impriża oħra identifikata fi 4.1.1.

Għal kull dħul elenkat hawn fuq, in-natura u l-meżżi ta' kontroll għandhom ikunu speċifikati.

L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni tista tkun illustrata bl-użu ta' grafika jew diagrammi ta' l-organizzazzjoni li juru l-istruttura tal-propjetà jew tal-kontroll ta' l-impriżi.

4.2.   Fir-rigward tal-partijiet tal-konċentrazzjoni u ta' kull impriża jew persuna identifkata fir-reazzjoni tas-Sezzjoni 2.1, għandhek tipprovdi:

4.2.1.

lista ta' l-impriżi l-oħrajn kollha li huma attivi fis-swieq affettwati (*is-swieq affettwati huma definiti fis-Sezzjoni 6) li fihom l-impriżi, jew il-persuni, tal-grupp ikollhom individwalment jew kollettivament 10 % jew aktar tad-drittijiet tal-votazzjoni, tal-kapital maħruġ jew ta' titoli oħrajn;

f'kull wieħed mill-każi, għandhek tidentifika id-detentur u tistqarr il-persentaġġ li jkollu;

4.2.2.

lista għal kull impriża tal-membri tal-bordijiet ta' l-amministrazzjoni tagħhom li huma wkoll membri tal-bordijiet ta l-amministrazzjoni jew tal-bordijiet ta' superviżjoni ta' xi impriża oħra li tkun attiva fis-swieq affettwati; u (meta applikabbli) għal kull impriża, lista tal-membri tal-bordijiet ta' superviżjoni li huma wkoll membri tal-bordijiet ta' l-amministrazzjoni ta' xi impriża oħra li hija attiva fis-swieq effettwati;

f'kull wieħed mill-każi, għandek tidentifika l-imnpriża l-oħra u l-posizzjonii li jkollu;

4.2.3.

dettalji ta' akkwisti magħmula hawn fuq Iis-Sezzjoni 4.1) ta' l-impriżi fis-swieq affettwati skond kif definit fis-sezzjoni 6.

L-informazzjoni ipprovduta hawnhekk tista tkun illustrata bl-użu ta' grafika u diagrammi sabiex joffru spjegazzjoni aħjar.

SEZZJONI 5

Dokumentazzjoni bħala appoġġ

Il-partijiet notifikanti għandhom jipprovdu dan li ġej:

5.1.

kopji tal-verżjonijiet finali jew l-aktar reċenti tad-dokumenti kollha li jwasslu għall-konċentrazzjonijiet, seww jekk bi ftehim bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni, l-akkwist ta' l-interess tal-kontroll jew ta' offerta pubblika.

5.2.

f'offerta pubblika, kopja tad-dokument ta' l-offerta' jekk dan ma jkux disponibli fiż-żmien tan-notifika, dan għandu jkun ippreżentat malajr kemm jista jkun possibbli u mhux aktar tard minn meta tkun mibgħuta lejn is-sieħba tat-titoli;

5.3.

kopji tar-rapporti annwali l-aktar reċenti u l-kontijiet tal-partijiet kollha fil-konċentrazzjoni; u

5.4.

kopji ta' l-analiżi, rapporti, studji, stħarriġ, u xi dokumenti komparabbli ippreparati minn jew għall-membri tal-board tad-diretturi, jew tal-pboard ta' superviżjoni, jew għal xi persuni oħrajn li jeżerċitaw funzjonijiet simili (fir-rigward li lilhom tali funzjonijiet ikunu ġew delegati jew afdati), jew fil-laqgħa tas-sieħba bit-titoli, għall-iskop li tkun assessjata jew analizzata ikl-konċentrazzjoni fir-rigward ta' l-ishma fis-suq, il-kondizzjonijiet kompetittivi, kompetituri (attwali jew potenzati), ir-razzjonalizzazzjoni tal-konċentrazzjoni, il-potenzal għal tkabbit tal-bejgħ jew ta' l-espanzjoni fi swieq ta' prodotti oħrajn jew swieq ġeografiċi oħrajn, u/jew il-kondizzjonijiet ġenerali tas-suq ( 19 ).

Għal kull wieħed minn dawn id-dokument, mitlub li tindika (jekk ma jkunx diġa fid-dokument innifsu) id-data tal-preparazzjoni, l-isem u t-titolu ta' kull individwu li jkun ipprepara kull wieħed minn tali dokumenti.

SEZZJONI 6

Definizzjonijiet tas-suq

Il-prodott relevanti jew is-swieq ġeografiċi jiddeterminaw l-iskop li fih il-qawwa tas-suq ta' entita ġdida li tirriżulta mill-konċentrazzjoni għandha tkun assessjata. ( 20 )

Il-parti jew il-partijiet notifikanti għandhom jipprovdu id-data mitluba billi jikkonsidraw id-definizzjonijiet li ġejjin:

I.   Is-swieq relevanti tal-prodott:

Suq relevanti ta' prodott inklużi dawk il-prodotti kollha u/jew servizzi li huma meqjusa bħala interkambjabbli jew sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodott, il-prezzijiet tagħhom u l-użu ntiż tagħhom. Suq relevanti ta' prodott jista f'uħud mill-każi ikun magħmul minn numru ta' prodotti individwali u/jew servizzi li jippreżentaw karatteristiċi fiżiċi jew tekniċi identiċi u li huma interkambjabbli.

Fatturi relevanti għall-assesjar tas-suq relaventi ta' prodott jinkludu l-analiżi dwar il-għala il-prodotti jew servizzi f'dawn is-swieq huma inklużi u il-għala oħrajn huma esklużi bl-użu tad-definizzjoni ta' hawn fuq, u billi jkunu meqjusa, per eżempju, l-adattabilità, il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-prezzijiet, l-elastiċità transversjali tal-prezz jew it-talba u fatturi oħrajn li huma relevanti għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodott (per eżempju, adattabbilità transversjali fil-każi xierqa).

II.   Swieq ġeografiċi relevanti:

Is-suq ġeografiku relevanti jikkomprendi żona li fiha l-impriżi ikkonċernati jkunu involuti fil-forniment u t-talba ta' prodotti jew servizzi, li fiha l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma suffeċjentament omoġenizzati u li jistgħu jkunu ddistingwiti minnn żoni ġeografiċi tal-qrib minħabba, partikolarment, il-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma ferm differenti f'dawk iż-żoni.

Fatturi relevanti dwar l-assesjar tas-suq ġeografiku relevanti inkludu, inter alia, in-natura u l-karatteristiċi tal-prodotti jew servizzi ikkonċernati, l-eżistenza ta' xi bariera għad-dħul, il-preferenzi tal-konsumatur, differenzi apprezzabbli fl-ishma tas-suq ta' l-impriżi bejn iż-żoni ġeografiċi tal-qrib u d-differenzi sostanzjali tal-prezz,

III.   Swieq affettwati:

Għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni meħtieġa f'din il-Formula, is-swieq affettwati jikkonsistu mill-swieq relevanti ta' prodott meta, fit-territorju ŻEE, fil-Komunità, fit-territoirju tal-Istati EFTA, f'xi Stat Membru jew f'xi Stat EFTA:

(a) tnejn jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni ikunu involuti fl-attivitajiet tan-negozju fl-istess suq tl-prodott u meta il-konċentrazzjoni twassal għal sehem magħqud fis-suq ta' 15 % jew aktar. Dawn ir-relazzjonijiet orizzontali;

(b) waħda jew aktar mill-partijiet fil-konċentrazzjoni huma nvoluti f'attivitajiet tan-negozju f'suq tal-prodott, li huwa għan-naħa tal-bidu jew għan-naħa tat-tmiem ta' suq ta' prodott li fih xi parti oħra tal-konċentrazzjoni tkun involuta, u uġħud mill-ishma tagħhom, individwali jew miġbura, tas-suq, jew fl-livell ta' 25 % jew aktar, independentament minn jekk ikuns hemm jew jekk ikunx sejjer ikun hemm relazzjoni bejn il-fornitur/klient bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni ( 21 ). Dawn huma relazzjonijiet vertikali.

Fuq ikl-bażi tad-definizzjonijiet ta' hawn fuq u l-għetiebi ta' l-ishma tas-suq, għandek tipprovdi din l-informazzjoni li ġejja ( 22 ):

— Tidentifika kull suq affettwat fiq ħdan it-tifsira tas-Sezzjoni III, fi:

— il-ŻEE, il-Komunità jew il-livell EFTA;

— l-Istati Membri individwali jew fil-livell tal-Istati EFTA.

6.2. B'żieda, għandek tistqarr u tispjega il-veduti tal-partijiet rigward l-iskop tas-suq ġeografiku relevanti fil-qofol tat-tifsira tas-Sezzjoni II li hija applikabbli b'relazzjoni ma kull suq affettwat kif identifikat hawn fuq.

IV.   Swieq oħrajn li fihom l-operazzjoni notifikata jista jkollha impatt sinifikanti

6.3.

Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet ta' hawn fuq, iddeskrivi il-prodott u l-iskop ġeografiku tas-swieq apparti minn dawk is-swieq affettwati kif identifikati fis-Sezzjoni 6.1 li fiha l-operazzjoni notifikata jista jkollha impatt sinifikati, per eżempju, meta:

(a) uħud mill-partijiet fil-komnċentrazzjoni ikollhom sehem tas-suq li huwa akbar minn 25 % u ta' xi parti fil-konċentrazzjoni li hija kompetitur potenzali f'dak is-suq. Parti tista tkun meqjusa bħala kompetitur potenzali, partikolarment, meta jkollha pjanijiet li tidħol f'suq, jew li tkun żviluppat jew segwiet tali pjanijiet matul l-aħħar sentejn.

(b) uħud mill-partijiet fil-komnċentrazzjoni ikollhom sehem tas-suq li huwa akbar minn 25 % u ta' xi parti fil-konċentrazzjoni li jkollha pussess importarnti tad-drittijiet propjetarji intellettwali f'dak is-suq;

(ċ) kwalunkwe mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ikunu preżenti fis-suq tal-prodott, li huwa suq ġirien li jkun relatat mill-qrib mas-suq tal-prodott li fih zi part oħra tal-konċentrazzjoni tkun involuta, u l-ishma individwali u miġmugħa tas-suq tal-partijiet fi kwalunkwe minn dawn is-swieq tkun ta' 25 % jew aktar. Is-swieq ta' prodott huma relatati mill-qrib ma swieq ġirien meta l-prodotti huma komplimentarji għall-xulxin ( 23 ) jew meta dawn ikunu jappartieni għal medda ta' prodotti li huma ġeneralment mixtrija mill-istess sett ta' klienti għall-istess użu finali ( 24 );

meta tali swieq jinkludi fis-sħiħ jew parzjalment iż-ŻEE.

Sabiex tiffaċilita sabiex il-Kummissjoni tikkonsidra, mill-bidu nett, l-impatt kompetittiv tal-pronċentrazzjoni proponuta fis-swieq definiti f'din is-Sezzjoni 6.3, il-partijiet notifikanti huma mixtiedna li jippreżentaw l-informazzjoni taħt is-Sezzjonijiet 7 u 8 f'din il-Formula b'relazzjoni ma dawk is-swieq.

SEZZJONI 7

Informazzjoni dwar is-swieq affettwati

Għal kull suq affettwat tal-prodott relevanti. Għal kull waħda mill-aħħar tlett snin finanzjarji ( 25 ):

(a) għat-territorju ŻEE

(b) għal-Komunità kollha kemm hija;

(ċ) għat-territorju tal-Istati EFTA kollha kemm huma;

(d) għal kull Stat Membru u kull Stat EFTA individwalemnt ta' fejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni iwettqu in-negozju; u

(e) meta fl-opinjoni tal-partijiet notifikanti, is-suq ġeografiku relevanti huwa differenti;

int mitlub li tipprovdi dan li ġej:

7.1. estimi tad-daqs totali tas-suq f'termini tal-valur tal-bejgħ (fi euro) u l-volum (unitajiet) ( 26 ). Indika il-bażi u s-sorsi tal-kalkolazzjoni u ipprovdi dokumenti meta disponibbli sabiex ikunu ikkonformati dawn il-kalkoli;

7.2. il-bejgħ f'valur u f'volum, kif ukoll estimi tal-ishma tas-suq, għal kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni;

7.3. estimi tas-seħem tas-suq fil-valur (u meta xieraq, fil-volum) tal-kompetituri kollha (inklużi l-importaturi) li jkollhom mill-anqas 5 % tas-suq ġeografiku f'din il-konsiderazzjoni. Fuq dan il-bażi, ipprovdi estimi ta' l-indiċi IHH ( 27 ) kemm qabel u wkoll wara l-inkorporazzjoni, u d-differenza bejn it-tnejn (id-delta) ( 28 ). Indika l-proporzjon tal-ishma tas-suq użati bħala il-bażi tal-IHH. Indika s-sorsi użati tal-kalkolazzjoni ta' dawn l-ishma tas-suq u ipprovdi dokumenti meta disponibbli sabiex ikunu ikkonformati dawn il-kalkoli;

7.4. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) tal-kompetituri identifikati permezz ta' 7.3;

7.5. estimi tal-valur u volum totali u s-sorsi ta' l-importazzjoni minn barra t-territorju ŻEE u identifika:

(a) il-proporzjoni ta' tali importazzjoni li tkun akkwistat mill-gruppi li magħhom il-partijiet tal-konċentrazzjoni jkunu jappartienu;

(b) estimi tal-medda li dwarha xi barrieri ta' kwoti, tariffi jew barrieri mhux tat-tariffi, li jaffettwaw din l-importazzjoni; u

(ċ) estimi tal-medda li dwarha it-trasportazzjoni u l-ispejjeż l-oħrajn jaffettwaw din l-importazzjoni;

7.6. il-medda li dwarha il-kummerċ fost l-Istati fi ħdan it-territorju ŻEE jkunaffettwat bi:

(a) trasportazzjoni u spejjeż oħrajn; u

(b) barrieri oħrajn mhux tat-tariffi dwar il-kummerċ;

7.7. il-manjera li biha il-partijiet fil-konċentrazzjoni jipproduċu, jikkalkolaw il-prezz u jbiegħu il-prodotti u/jew servizzi; per eżempju, jekk huma jimmanifatturaw u jikkalkolaw il-prezz lokalment, jew ibiegħu permezz ta' faċilitajiet lokali tad-distribuzzjoni;

7.8. paragun tal-livelli tal-prezzijiet f'kull Stat Membru u f'kull Stat EFTA għal kull parti fil-konċentrazzjoni u paragun simili tal-livelli tal-prezz bejn l-Istati tal-Komunità, l-Istati EFTA u oqsma oħrajn fejn dawk il-prodotti huma prodotti (e.g. ir-Russja, l-Istati Uniti ta' l-Amerika, il-Ġappun, iċ-¬ina, jew żoni oħrajn relevanti); u

7.9. in-natura u l-medda ta' l-integrazzjoni vertikali ta' kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni meta mqabbla ma l-akbar kompetituri tagħhom.

SEZZJONI 8

Kondizzjonijiet ġenerali fis-swieq affettwati

8.1. Identifika l-akbar ħames fornituri independenti ( 29 ) tal-partijiet fil-konċentrazzjoni u l-ishma individwali tagħhom tax-xiri minn għand kull wieħed minn dawn il-fornituri (ta' materja prima jew ta' l-oġġetti użati għall-iskopijiet tal-produzzjoni tal-prodott)i) relevanti. Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) ta' kull wieħed minn dawn il-fornituri.

L-istruttura tal-forniment fis-swieq affettwati

8.2. Għati spjegazzjoni tal-kanali tad-distribuzzjoni u ta' l-oqfsa tas-servizz li jeżistu fis-swieq affettwati. Meta tagħmel hekk, għandhek tqis, meta xieraq, dan li ġej:

(a) is-sistemi tad-distribuzzjoni prelevanti fis-suq u l-importanża tagħhom. Sa liema medda hija d-distribuzzjoni imwettqa minn partijiet terzi u/jew impriżi li jappartienu għal l-istess grupp bħal dak tal-partijiet identifikati fis-Sezzjoni 4?

(b) l-oqfsa tas-servizz (per eżempju, il-mateniment u t-tisswija) prevalemti u l-importanza tagħhom f'dawn is-swieq. Sa liema medda huma tali servizzi imwettqa minn partijiet terzi u/jew impriżi li jappartienu għal l-istess grupp bħal dak tal-partijiet identifikati fis-Sezzjoni 4?

8.3. Ipprovdi estimi tal-kapaċità totali matul il-Komunità kollha u matul il-EFTA kollu għal mill-anqas l-aħħar tlett snin. Matul dan il-perijodu, liema proporzjoni ta' din il-kapaċità hija meqjusa minn kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni, u x'kienu r-rati rispettivi tagħhom ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċità. Jekk applikabli, identifika l-lokalità u l-kapaċità tal-faċilitajiet tal-manifattura ta' kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni fis-swieq affettwati.

8.4. Għandhek tispeċifika jekk uħul mill-partijiet fil-konċentrazzjoni, jew uħud mill-kompetituri, ikollhom “proġetti qiegħdin jiġu mħejjija”, prodotti li aktarx li jitwasslu is-suq fiż-żmien qarib, jew pjanijiet li jespandu (jew li jnaqqsu) il-kapaċità tal-produzzjoni jew tal-bejgħ. Jekk hekk, ipprovdi estimi tal-bejgħ ippjanat u l-ishma tas-suq tal-partijiet fil-konċentrazzjoni matul it-tlieta jew il-ħames snin li ġejjin.

8.5. Jekk inti tikkonsidra xi konsiderazzjonijiet oħrajn minn naħa tal-forniment, dawn għandhom ikunu speċifikati.

L-istruttura tat-talba fis-swieq affettwati

8.6. Identifika l-akbar ħames ( 30 ) klienti independenti tal-partijiet f'kull wieħed mis-swieq affettwati i s-seħem individwali tagħhom fil-bejgħ totali għal tali prodotti kif meqjusa minn kull wieħed minn dawk il-klienti. Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) ta' kull wieħed minn dawn il-klienti.

8.7. Għati spjegazzjoni ta' l-istruttura tat-talba fit-termini ta':

(a) il-fażijiet tas-suq f'termini ta', per eżempju, il-bidu, l-espanzjoni, il-maturità u t-tnaqqis, u tbassir tar-rata tat-tkabbir fit-talba;

(b) l-importanza tal-preferenza tal-klient, per eżempju f'termini ta' lealtà tal-marka, il-provvediment ta' servizzi kemm qabel u wkoll wara il-bejgħ, il-provvediment ta' medda sħiħa ta' prodotti, jew l-effetti ta' l-oqfsa;

(ċ) ir-rwol tad-differenzazzjoni tal-prodott f'termini ta' l-attribwiti jew tal-kwalità, u l-medda li dwarha il-prodotti tal-partijiet fil-konċentrazzjoni huma sostitwiti fil-qrib;

(d) ir-rwol tat-tibdil fl-ispejjeż (f'termini ta' żmien u spiża) għal klienti meta dawn jibdlu minn fornitur għal ieħor;

(e) il-grad tal-konċentrazzjoni jew tat-tixrid tal-klienti;

(f) is-segmentazzjoni tal-klienti fi gruppi differenti b'deskrizzjoni tal-“klient tipiku” għal kull grupp;

(g) l-importanza tal-kuntratti ta' distribuzzjoni esklussiva u tipi oħrajn ta' kuntratti b'termini fit-tul; u

(h) il-medda li dwarha l-awtoritajiet pubbliċi, l-aġenziji governattivi, l-impriżi tal-Istat jew korpi simili huma parteċipanti importanti bħala s-sorsi tat-talba.

Dħul fis-suq

8.8. Matul l-aħħar ħames snin, kien hemm xi dħul sinifikanti f'uħud mis-swieq affettwati? Jekk hekk, ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) u ipprovdi estimi ta' kull sehem kurrenti fis-suq ta' kull wieħed minn dawn li daħlu fih. Jekk uħud mill-partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu daħlu fis-suq affettwat matul l-aħħar ħames snin, għandhekk tipprovdi analiżi ta' l-intoppi għad-dħul li huma iltaqgħu magħhom.

8.9. Fl-opinjoni tal-partijiet notifikanti, hemm xi impriżi (inklużi dawk li preżentament joperaw il-barra mill-Komunità jew miż-ŻEE) li aktarx sejrin jidħlu fis-suq? Jekk hekk, ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni). Għati spjegazzjoni il-għala talu dħul aktarx li jseħħ u ipprovdi estimi taż-żmien li matulu tali dħul aktarx li jseħħ.

8.10. Iddeskrivi il-fatturi varji li jinfluwenzaw id-dħul fis-swieq affettwati, billi teżamina kull dħul kemm mill-aspett ġerografiku u wkoll tal-prodott. Meta tagħmel hekk, għandek tqis, meta xieraq, dan li ġej:

(a) l-ispiża totali tad-dħul (R&D, produzzjoni, l-istabbilizzazzjoni tas-sistemi tad-distribuzzjoni, l-inkurraġġiment, ir-reklamar, is-servizzi, u oħrajn bħal dawn) fuq skala ekwivalenti għal kompetitur vijabbli sinifikanti, billi tindika is-sehem tas-suq ta' tali kompetitur;

(b) xi intoppi legali jew rogolatorji għad-dħul, bħal ma huma l-awtorizzazzjonijiet governattivi jew in-normi fi kwalunkwe għamla, kif ukoll l-intoppi li jirriżultaw mill-proċeduri taċ-ċertifikazzjoni tal-prodott, jew il-ħtieġa li wieħed juri medda bi prova tal-kapaċità tiegħu;

(ċ) xi restrizzjonijiet maħluqa bl-eżistenza ta' privattivi, it-tgħarif tas-sistema tal-produzzjoni u drittijiet propjetarji intellettwali oħrajn f'dawn is-swieq u xi restrizzjonijiet maħluqa bil-liċenzar ta' tali drittijiet;

(d) il-medda li dwarha kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni tkun id-detentriċi, dik bil-liċenza jew li jkolla l-liċenza tal-provattivi, it-tagħrif tal-produzzjoni u drittijiet oħrajn fis-swieq relevanti;

(e) l-importanza ta' l-iskala ta' l-ekonomiji dwar il-produzzjoni jew id-distrubuzzjoni tal-prodotti fis-swieq affettwati; u

(f) l-aċċess għal sorsi tal-forniment, bħal ma hija d-disponabbiltà ta' materja prima u l-infrastruttura meħtieġa.

Riċerka u żvilupp

8.11.

Għati rendikont ta' l-importanza tar-riċerka u l-iżvilupp bl-abilità ta' ditta li topera fis-suq(swieq) relevanti sabiex tkun tista tikkompeti f'terminu fit-tul. Għati spjegazzjoni tan-natura tar-riċerka u l-iżvilupp fis-swieq affettwati li tkun twettqet mill-partijiet fil-konċentrazzjoni.

Meta tagħmel hekk, għandek tqis, meta xieraq, dan li ġej:

(a) it-tendenzi u l-intensitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp ( 31 ) f'dawn is-swieq u għall-partijiet fil-konċentrazzjoni;

(b) il-korsa ta' l-iżvilupp teknoloġiku għal dawn is-swieq matul perijodu xieraq ta' żmien (inklużi l-iżviluppi fil-prodottu u/jew fis-servizzi, fil-proċessi tal-produzzjoni, fis-sistemi tad-distribuzzjoni, u oħrajn bħal dawn);

(ċ) l-innovazzjonijiet maġġuri li jkunu seħħew f'dawn is-swieq u l-impriżi responsabbli għal tali innovazzjonijiet; u

(d) iċ-ċiklu ta' l-innovazzjoni f'dawn is-swieq u meta l-partijiet ikunu f'dan iċ-ċiklu ta' innovazzjoni.

Ftehim ta' koperazzjoni

8.12. Sa liema medda il-ftehim ta' koperazzjoni (orizzonati, vertikali, jew oħrajn) huma eżistenti fis-swieq affettwati?

8.13. Għati dettalji tal-ftehim ta' koperazzjoni l-aktar importanti involuti mill-partijiet fil-konċentrazzjoni f'dawk is-swieq affettwati, bħal ma hija r-riċerka u l-iżvilupp, il-liċenzi, il-produzzjoni konġunta, l-ispeċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni, il-forniment b'termini fit-tul u l-ftehim tal-iskambju ta' l-informazzjoni, u, meta meqjusa utili, ipprovdi kopja ta' dawn il-ftehim.

Għaqdiet tal-kummerċ

8.14.

Fir-rigward ta' għaqdiet tal-kummerċ fis-swieq affettwati:

(a) identifika dawk li magħhom il-partijiet fil-konċentrazzjoni huma membri; u

(b) identifika l-għaqdiet tal-kummerċ l-aktar importanti li magħhom il-klienti u l-fornituri tal-partijiet fil-konċentrazzjoni jappartienu.

Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz e-mail tal-persuna xierqa bħala kuntatt għal-għaqdiet tal-kummerċ kollha elenkati hawn fuq.

SEZZJONI 9

Il-kuntest u l-effiċċjenzi globali tas-suq

9.1.

Għati deskrizzjoni fil-kuntest b'aspett mondjali tal-konċentrazzjoni proponuta, indika il-posizzjonii ta' kull waħda mil-partijiet fil-konċentrazzjoni li tinsab il-barra mit-territorju ŻEE f'termini ta' daqs u saħħa kompetittiva.

9.2.

Għati deskrizzjoni ta' kif il-konċentrazzjoni proponuta aktarx li taffettwa l-interessi ta' konsumaturi intermedji u finali u l-iżvilupp tal-progress tekniku u ekonomiku.

9.3.

Jekk inti tixtieq li l-Kummissjoni speċifikament tikkonsidra mill-bidu nett ( 32 ) jekk l-akkwisti ta' l-effiċjenza iġġenerati mill-konċentrazzjonijiet li aktarx li jkunu jsaħħu l-abilità u l-inċentiva tad-dħul ta' l-entità l-ġdida sabiex taġixxi pro-kompetittività għall-benefiċju tal-konsumaturi, int mitlub li tipprovdi deskrizzjoni ta', u dokumenti b'appoġġ li jirrigwardjaw il-tali effiċċjenza (inklużi t-tfaddil fl-ispejjeż, l-introduzzjoni ta' prodott ġdid, u t-tittjib fis-servizz jew fil-prodott) li l-partijiet janteċiġaw li jirriżultaw mill-konċentrazzjoni proponuta fir-rigward ta' xi prodott relevanti ( 33 ).

Għal kull effiċċjenti kif iddikjarata, ipprovdi:

(i) spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-konċentrazzjoni proponuta aktarx li tippermetti lid-dħul il-ġdid li jilħaq l-effiċċjenza. Speċifika il-passi li l-partijiet jantiċipaw li jieħdu sabiex jilħqu l-effiċċjenza, ir-riskji involuti fl-akkwista ta' l-effiċċjenza, u ż-żmien u l-ispiża maħtieġa sabiex din tkun milħuqha;

(ii) meta raġjonevolemnt possibbli, għati kwantifikazzjoni ta' l-effiċċjenza u spjegazzjoni dettaljata ta' kif il-kwantifikazzjoni kienet ikkalkolata. Meta relevanti, ipprovdi wkoll estimi tas-sinifikanza ta' l-effiċċjenzi relatati ma l-introduzzjoni ta' prodott ġdid jew fit-titjib tal-kwalità. Għall-effiċċjenzi li jinvolvu tnaqis fl-ispejjeż, stqarr separatament l-akkwist ta' tnaqis ta' darba mill-ispejjeż fissi, it-tfaddil mill-ispejjeż fissi rekorrenti, u t-tfaddil mill-ispejjeż varjabli (fi euro għal kull unità u fi euro għal kull sena);

(iii) il-medda li dwarha il-klienti aktarx li jibbenefikaw mill-effiċċjenza u spjegazzjoni dettaljata ta' kif tkun saret din il-kalkolazzjoni; u

(iv) ir-raġuni il-għala il-parti jew il-partijiet ma jkunux jistgħu jilħqu l-effiċċjenza sal-medda simili b'meżżi oħrajn apparti milli permezz tal-konċentrazzjoni proponuta, u l-manjera li pjuttost ma tqajjem l-enda tħassib mill-kompetizzjoni.

SEZZJONI 10

Effetti koperattivi ta' l-impriża konġunta

10. Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 2(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, wieġeb għal dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:

(a) Stqarr jekk tnejn jew aktar impriżi paterni iżommu attivitajiet sa medda sinifikanti fl-istess suq bħal ta' l-impriża konġunta jew f'suq li huwa fil-bidu jew fit-tmiem minn dik l-impriża konġunta jew minn suq qarib li jkun relatat mill-qrib ma dan is-suq? ( 34 )

Jekk it-tweġiba hija iva, int mitlub li tindika għal kull wieħed mis-swieq referuti hawnhekk:

— in-negozju globali ta' kull kumpanija paterna fis-sena finanzjarja preċedenti;

— is-sinifikanza ekonomika ta' l-attivitajiet ta' l-impriża konġunta b'relazzjoni ma dan in-negozju globali;

— is-sehem tas-suq għal kull kumpanija paterna.

Jekk it-tweġiba hija fin-negattiv, int mitlub li tiġġustifika it-tweġiba tiegħek.

▼M2

(b) Jekk ir-risposta għal (a) tkun pożittiva u fil-fehma tiegħek il-ħolqien ta’ l-impriża konġunta ma jwassalx għal koordinazzjoni bejn impriżi indipendenti li tirrestrinġi l-kompetizzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE, u, fejn ikun applikabbli, tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE ( 35 ), agħti r-raġunijiet tiegħek.

▼B

(ċ)  ►M2  Mingħajr preġudizzju għar-risposti għal (a) u (b) u sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel valutazzjoni kompluta tal-każ, jekk jogħġbok spjega kif japplikaw il-kriterji ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat KE u, fejn ikun applikabbli, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE ( 36 ). Taħt l-Artikolu 81(3), jista’ jiġi ddikjarat li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(1) ma jkunux applikabbli jekk l-operazzjoni: ◄

(i) tikkontribwixxi għal titjib fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni ta' l-oġġetti, jew għal tħeġġiġ fil-progress tekniku jew ekonomiku;

(ii) tippermetti lill-konsumaturi sehem xieraq mill-benefiċċju li jirriżulta';

(iii) ma jkun jimponi fuq l-impriżi kkonċernati l-ebda restrizzjonijiet li ma humiex indispensabbli għal l-akkwist ta' dawn l-objettivi; u

(iv) ma jkunx jippermetti lill-impriżi bħal dawn il-possibiltà ta' l-eliminazzjoni ta' kompetizjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali tal-prodotti f'dan il-każ.

SEZZJONI 11

Dikjarazzjoni

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni jistrqarr li meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' l-impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun takkumpanja in-notifika.

In-notifika għandha tispiċċa b'din id-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tkun iffermata minn, jew f'isem, il-partijiet notifikanti kollha:

Il-parti jew il-partijiet notifikanti jiddikjaraw li, sa l-aħjar konoxxenza u twemmin tagħhom, l-informazzjoni mogħtija f'din in-notifika hija vera, korretta, u kompluta, li kopji vera u kompluti tad-dokumenti meħtieġa mill-Formula KO huma fornuti, li l-estimi kollha huma identifikati bħala tali u li huma l-aħjar estimi tagħhom sabiex jaċċennaw il-fatti, u li l-opinjonijiet kollha kif espressi huma sinċieri.

Huma konxji bid-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

image




ANNESS II

IL-FORMOLA QASIRA DWAR IN-NOTIFIKA TA' KONĊENTRAZZJONI BIS-SAĦĦA TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 139/2004

1.   INTRODUZJONI

1.1.   L-iskop tal-Formula l-Qasira

Il-formula l-qasira tispeċifika l-informazzjoni li għanda tkun ipprovduta mill-partijiet notifikanti meta jipprreżentaw notifika lejn il-Kummissjoni Ewropea ta' ċerti inkorporazzjonijiet ipproponuti, l-akkwist jew konċentrazzjonijiet oħrajn li aktarx iqajjmu tħasib dwar il-kompetizzjoni.

▼M2

Meta timla din il-Formola, nixtieq niġbidlek l-attenzjoni għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]”), u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-Regolament li Jimplimenta”), li magħhom hija annessa din il-Formola ( 37 ). It-test ta’ dawn ir-regolamenti, kif ukoll dokumenti rilevanti oħrajn, jistgħu jinstabu fuq il-paġna tal-Kompetizzjoni tas-sit web Europa tal-Kummissjoni. Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni anki għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Ftehim ŻEE”) ( 38 ).

▼B

Bħala regola ġenerali, il-Formula l-Qasira tista tkun użata għall-iskop tan-notifika tal-konċentrazzjonijiet, meta waħda minn dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin tkun milħuqha:

1. fil-każ ta' impriża konġunta, l-impriza konġunta ma jkollhiex, jew inkella b'ammont negliġibbli, attivitajiet attwali jew previsti fi ħdan it-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE). Tali każi iseħħu meta:

(a) in-negozju globali ta' l-impriża konġunta u/jew in-negozju globali ta' l-attivitajiet kontribwiti ikun anqas minn 100 miljun EUR fit-territorju ŻEE; u

(b) il-valur totali ta' l-assi trasferiti lejn l-impriża konġunta ikun anqas minn 100 miljun EUR fit-territorju ŻEE;

2. ħadd mill-partijiet fil-konċentrazzjoni ma jkun involut f'attivitajiet tan-negozju fl-istesss prodott relevanti u suq ġeografiku (l-ebda trikkib orizzontali), jew f'suq li huwa fil-bidu jew fit-tmiem tal-katina tas-suq li fih parti oħra fil-konċentrazzjoni tkun involuta (l-ebda relazzjoni vertikali);

3. tnejn jew aktar mill-partijiet fil-konċentrazzjoni jkunu nvoluti f'attivitajiet tan-negozju fl-istesss prodott relevanti u suq ġeografiku (relazzjonijiet orizzontali), basta li s-sehem miġmugħ tagħhom fis-suq ikun anqas minn 15 %; u/jew waħda jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni ikunu nvoluti fl-attivitajiet tan-negozju f'suq ta' prodott li jkun fil-bidu jew fit-tmien tal-katina tas-suq ta' suq ta' prodott li fih xi parti oħra fil-konċentrazzjoni tkun involuta (relazzjonijiet vertikali), u basta li l-ebda ishma tagħhom kemm individwali jew miġmugħa tas-suq fi kwalunkwe livell ma jkunu 25 % jew aktar; jew

4. il-parti tkun sejra takkwista kontroll uniku ta' impriża li fuqha hija diġa jkollha kontroll konġunt.

Il-Kummissjoni tista takkwista formula sħiħa tan-notifika meta jkun jidher jew li l-kondizzjonijiet għall-użu tal-Formula l-Qasira ma jkunux milħuqa, jew, eċċezzjonalemnt, meta dawn ikunu milħuqa, il-Kummissjoni tiddetermina, xorta waħda, li notifika permezz tal-Formula KO hija meħtieġa għal investigazzjoni adekwata tat-tħassib possibli dwar il-kompetizzjoni.

Eżempji ta' każi meta n-notifika permezz tal-Formula KO tista tkun meħtieġa huma konċentrazzjonijiet meta jkun diffiċli li jkunu definiti is-swieq relevanti (per eżempju, fi swieq li qiegħdin jiżviluppaw ġodda jew meta ma jkunx hemm prattika ta' każ stabbilit); meta parti tkun introduzzjoni ġdida jew potenzali, jew li jkollha l-pussess ta' privattiva importanti; meta ma jkunx possibbli li adekwatament ikunu iddetterminat is-sehem tas-suq tal-partijiet; fi swieq b'barrieri qawwija kontra d-dħul; meta mill-anqas żewġ partijiet fil-konċentrazzjoni huma preżenti fi swieq viċini relatati mill-qrib ( 39 ) l u f'konċentrazzjonijiet meta l-istesss kwistjoni tinħoloq dwar il-kordinazzjoni, bħal ma hu referut fl-Artikolu 2(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. L-istesss, notifika bil-Formula KO tista tkun meħtieġa fil-każ ta' parti li takkwista l-kontroll uniku ta' impriża konġunta li fih hija preżentament ikollha il-kontroll konġunt, meta l-parti li takkwista u l-impriża konġunta, flimkien, ikollhom posizzjonii qawwija fis-suq, jew li l-impriża konġunta u l-parti li takkwista jkollhom posizzjonijiet qawwija fi swieq vertikali relatati.

1.2.   Treġġiegħ lura lejn il-Formula KO sħiħa tan-notifika

Meta tkun studjata jekk konċentrazzjoni tustgħax tkun notifikata permezz tal-Formula l-Qasira, il-Kummissjoni għandha tassigura li ċ-ċirkostanzi relevanti kollha huma stabbiliti bi kjarezza suffiċjenti. F'dan ir-rigward, ir-responsabiltà li tkun ipprovduta informazzjoni korretta u sħiħa taqgħa fuq il-partijiet notifikanti.

Jekk, wara li l-konċentrazzjoni tkun ġiet notifikata, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-każ ma jkunx xieraq għal notifika permezz tal-Formula l-Qasira, il-Kummissjoni tista tkun teħtieġ, bis-sħiħ, jew meta xieraq parzjalment, notifika permezz tal-Formula KO. Dan jista jkun il-każ meta:

— jkun jidher li l-kondizzjonijiet għall-użu tal-Formula l-Qasira ma jkunu milħuqa;

— għalkemm il-kondizzjonijiet dwar l-użu tal-Formula l-Qasira jkunu milħuqa, notifika sħiħa jew ġarzjali permezz tal-Formula KO tidher li tkun meħtieġa għal investigazzjoni adekwata tat-tħassib possibbli dwar il-kompetizzjoni jew sabiex ikun stabbilit li t-transazzjoni hija konċentrazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3 tar-Reagolament KE ta' l-Inkorporazzjoni;

— il-Formula l-Qasira jkun fiha informazzjoni mhux korretta jew li tqarraq;

▼M2

— Stat Membru jew Stat EFTA jesprimi tħassib sostanzjat dwar il-kompetizzjoni rigward il-konċentrazzjoni nnotifikata fi żmien 15-il jum ta’ xogħol minn meta jirċievi kopja tan-notifika; jew

▼B

— parti terza tersprimi tħasib sostanzjat dwar il-kompetizzjoni matul il-limitu ta' żmien stabbilit mill-Kummissjoni dwar tali kummenti.

F'tali każi, in-notifika tista tkun trattata bħala li ma tkunx kompluta fir-rigward materjali bis-saħħa ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-kitba lill-partijietnotifikanti jew lir-rapreżentanti tagħhom dwar dan u tagħmel hekk mingħajr dewmien. In-notifika għandha biss issir effettiva fid-data li fih l-informazzjoni kollha meħtieġa tkun wasslet.

1.3.   L-importanza ta' kuntatti qabel in-notifika

L-esperjnza wriet li l-kuntatti ta' qabel in-notifika huma estremament utili kemm għall partijiet notifikanti u wkoll għall-Kummissjoni fid-determinazzjoni ta' l-ammont preċiż ta' l-informazzjoni meħtieġa fin-notifika. Ukoll, fil-każi li fihom il-partijiet jixtiequ li jippreżentaw notifika bil-Folmula l-Qasira, dawn huma avżati sabiex jidħlu f'kuntatti mal-Kummissjoni ta' qabel in-notifika sabiex jiddiskutu jekk il-każ ikunx wieħed li huwa xieraq għall-użu fil-Formula l-Qasira. Il-partijiet tan-notifika jitgħu jirreferu għall-Aħjar Prattiċi ta' l-Imġieda tal-Kummissjoni dwar il-Proċedimenti tal-KE dwar il-Kontroll ta' l-Inkorporazzjoni, li jipprovdu gwida dwar il-kuntatti ta' qabel in-notifika u l-preprazzjoni tan-notifiki.

1.4.   Min għandu jippreżenta n-notifika

Fil-każ ta' inkorporazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni jew ta' l-akkwist ta' kontroll konġunt ta' impriża fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, in-notifika għandha tkun mimlija b'mod konġunt mill-partijiet ta' l-inkorporazzjoni jew minn dawk li jakkwistaw kontroll konġunt, skond ma jista jkun il-każ ( 40 ).

Fil-każ ta' l-akkwist ta' interess ta' kontroll f'impriża waħda minn oħra, dak li jakkwista għandu jimla in-notifika.

Fil-każ ta' offerta publika għall-akkwist ta' l-impriża, min jagħmel l-offerta għandu jimla in-notifika.

Kull parti li timla in-notifika hija responsabbli għall-eżatezza ta' l-informazzjoni li hija tipprovdi.

1.5.   Il-ħtieġa ta' notifika korretta u sħiħa

L-informazzjoni kollha meħtieġa b'din il-Fomula għandha tkun korretta u sħiħa. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun fornuta fis-Sezzjoni xierqa ta' din il-Formula.

Partikolarment wieħed għandu jinnota li:

(a) B'konformita ma l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE ta' l-Inkorportazzjoni u l-Atikolu 5(2) u (4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni, il-limiti taż-żmien tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni marbuta man-notifika m'għandhomx jibdew jgħoddu qabel ma l-informazzjoni kollha li tkun ġiet fornuta man-notifika tkun wasslet għand il-Kummissjoni. Din il-ħtieġa hija sabiex tassigura li l-Kummissjoni tkun tista tassessja il-konċentrazzjoni notifikata fil-limiti ta' żmien stretti li hemm provvediment dwarhom fir-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

(b) Il-partijiet tan-notifika għandhom jivverifikaw, matul il-korsa tat-tħejjija tan-notifika tagħhom, l-isem u n-numru tal-kuntatt, u partikolarment in-numri tal-fax u l-indizzi e-mail, kif ipprovduti lill-Kummissjoni, huma eżatti, relevanti u aġġornati.

(ċ) Informazzjoni fin-notifika, mhux korretta jew li tqarraq, għandha tkun meqjusa bħala informazzjoni mhux kompluta (l-Artikolu 5(4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni).

(d) Jekk notifika ma tkun kompluta, il-Kummissjoni għandha tinforma bil-miktub u mingħajr dewmien lill-partijiet tan-notifika jew lir-rapreżentanti tagħhom. In-notifika għandha ssir effettiva biss fid-data li fiha l-informazzjoni kompluta u eżatta tkun waslet għand il-Kummissjoni (l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, l-Artikoli 5(2) u (4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni).

(e) Permezz ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-partijiet notifikanti li, jew b'intenzjoni jew inkella b'negliġenza, jfornu informazzjonimhux korretta jew li tqarraq, jistgħu jkunu responsabbli għal penali sa 1 % tan-negozju globabli aggregat ta' l-impriża ikkonċernata. B'żieda, bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)(a) u l-Artikolu 8(6)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-Kummissjoni tista tirevoka id-deċiżjoni tagħha dwar il-kampattibbiltà tal-konċentrazzjoni notifikata meta din tkun ibbażata fuq informazzjoni mhux korretta li dwarha l-impriżi huma responsabbli.

(f) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li n-notifika tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali informazzjoni ma tkunx raġjonevolment disponibbli għall-persuna, parzjalment jew totalment (per eżempju, minħabba n-nuqqas ta' disponabbiltà ta' l-informazzjoni dwar kumpanija fil-mira matul l-offerta ikkontestata).

Il-Kummissjoni għandha tikonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet dwar in-nuqqas ta' disponabbiltà ta' dik l-informazzjoni, u basta li din tipprovdi l-aħjar estimi dwar id-data nieqsa flimkien mas-sorsi ta' l-estimi. Meta possibbli, indikazzjonijiet għandhom ikunu ipprovduti dwar jekk uħud mill-informazzjoni mitluba li ma tkunx disponibbli għal-persuna, jekk tkunx tista tiġi akkwistata minn għand il-Kummissjoni.

(g) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li n-notifika tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali persuna tqis li xi informazzjoni partikolari tista ma tkunx meħtieġa, għall-eżaminazzjoni tal-każ mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni għandha tikkonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet adekwati il-għala tali informazzjoni ma tkunx relevanti u meħtieġa għall-inkjesta tagħha dwar l-operazzjoni notifikata. Wieħed għandu jispjega dan matul il-kuntatti ta' qabel in-notifika li jsiru mal-Kummissjoni u, jippreżenta talba bil-miktub għal rinunzja, jitlob lill-Kummissjoni li tagħti dispensa mill-obbligazzjoni li tkun ipprovduta tali informazzjoni, bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni.

1.6.   Kif issir in-notifika

In-notifika għandha tkun mimlija f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Komunità Ewropea. Din il-lingwa għandha imbagħad tkun il-lingwa tal-proċedimenti għall-partijiet notifikaturi kollha. Meta in-notifiki jsiru skond l-Artikolu 12 tal-Protokoll 24 tal-Ftehom ŻEE f'linwa uffiċjali ta' Stat EFTA li ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, in-notifika għandha simultanjament tkun issuplementata bi traduzzjoni f'lingwa uffiċjali tal-Komunità.

L-informazzjoni mitluba b'din il-Formula għandha tkun elenkata bl-użu tan-numri tas-sezzjonijiet u l-paragrafi tal-Formula, bil-firma ta' dikjarazzjoni kif hemm provvediment dwar dan fis-Sezzjoni 9, u bl-anness ta' dokumentazzjoni bħala appoġġ. Fil-mili tas-Sezzjoniji 7 ta' din il-Formula, il-partijiet notifikanti huma mistiedna li jikkonsidraw jekk, għall-iskopijiet taċ-ċarezza, li din is-sezzjoni tkun l-aħjar ippreżentata f'ordni numerika, jew jekk ikunu jistgħu jinġabru flimkien għal kull suq individwali affettwat (jew gruppi ta' swieq affettwati).

F'ġieħ iċ-ċarezza. ċerta informazzjoni tista tkun ipprovduta fl-annessi. B'dana kollu, huwa essenzali li l-biċċiet ewlenija sostantivi kolha ta' l-informazzjoni, partikolarment, l-informazzjoni dwar is-sehem tas-suq għall-partijiet u l-akbar kompetituri tagħhom, ikunu ippreżentati fil-parti prinċipali ta' din il-Formula. L-annessi ta' din il-Formula għandhom ikunu użati biss bħala supplement ta' l-informazzjoni fornuita fil-Formula innifisha.

Dettalji tal-kuntatt għandhom ikunu ipprovduti fil-format kif ipprovdut mid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (DĠ Kompetizzjoni). Għall-proċess investigatorju xieraq., huwa essenzali li d-dettalji tal-kuntatt ikunu eżatti. Numru ta' każi ta' dettalji ħżiena dwar il-kuntatt jistgħu ikunu il-bażi li notifika tkun iddikjarata mhux kompluta.

Dokumenti b'appoġġ għandhom ikunu ippreżentati fil-lingwa oriġinali tagħhom; meta din ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, dawn għandhom ikunu tradotti fil-lingwa tal-proċediment (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni).

Id-dokumenti b'appoġġ jistgħu ikunu l-oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali. F'dan il-każ ta' l-aħħar, il-parti tan-notifika għandha tikkonferma li dawn ikunu vera u kompluti.

Oriġinal wieħed u ►M1  37 ◄ kopja tal-Formula l-Qasira u tad-dokumenti bħala appoġġ għandhom ikunu ippreżentati lid-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Kompetizzjoni.

In-notifika għandha tkun imwassla fl-indirizz referut fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni u fil-format speċifikat mill-Kummissjoni minn żmien għal żmien. Dan l-indirizz għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. In-notifika għandha tkun imwassla għand il-Kummissjoni matul il-jiem utili kif definti fl-Artikolu 24 tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni. Sabiex tkun faċilitata ir-reġistrazzjoni fl-istesss jum, din għandha tkun imwassla qabel is-siegħa 17.00 minn nhar ta' Tnejn sa nhar ta' Ħamis u qabel is-siegħa 16.0 nhar ta' Ġimgħa u fil-jiem utili li jippreċedu btala pubbklika u btajjel oħrajn kif determinati mill-Kummissjoni u ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-istruzzjonijiet tas-sigurta mogħtija fil-website tat-DĠ Kompetizzjoni għandhom ikunu sgwiti bir-reqqa.

1.7.   Kunfidenzalità

L-Artikolu 287 tat-Trattat u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni kif ukoll id-disposizzjoniijiet korrespondenti tal-Ftehim ŻEE ( 41 ) jeġtieġu li l-Kummissjoni, lill-Istati Membri, lill-Awtorità ta' Sorveljanza EFTA u lill-Istati EFTA lill-uffiċjali u lill-impjegati l-oħrajn li ma jiżvelaw l-ebda informazzjoni li huma jkunu akkwistaw permezz ta' l-applikazzjoni tar-Regolament tat-tip kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali. L-istess prinċipju għandu jkun applikabbli wkoll għall-protezzjoni tal-konfidenzalità bejn il-partijiet notifikanti.

Jekk wieħed jemmen li l-interssi tiegħu isofru danni jekk uħud mill-informazzjoni li jkun mitlub li jforni kellha tkun ippubblikata jew b'mod ieħor żvelata lill-partijiet oħrajn, dan għandu jforni din l-informazzi b'mod separat b'kull paġna kjarament immarkata “Sigrieti tan-Negozju”. Il-persuna għandha wkoll tagħti r-raġunijiet il-għala din l-informazzjoni m'għandhiex tkun żvelata jew ippubblikata.

Fil-każ ta' inkorporazzjoni jew akkwisti konġunti, jew f'każi oħrajn meta n-notifika tkun mimlija b'aktar minn waħda mill-partijiet, is-sigrieti tan-negozju jistgħu ikunu ippreżentati taħt koperta separata, u referuti fin-notifika bħala anness. Tali annessi kollha għandhom ikunu inklużi fil-preżentazzjoni sabiex in-notifika tkun meqjusa bħala kompluta.

1.8.   Definizzjonijiet u istruzzjonijiet għall-iskopijiet ta' din il-Formula

Il-parti jew il-partijiet notifikanti: fil-każi meta in-notifika tkun ippreżentata minn waħda biss mill-impriżi li tkun parti minn operazzjoni, “il-partijiet notifikanti” hija użata sabiex tirreferi biss għall-impriża li attwallment tippreżenta in-notifika.

Parti(jiet) għal konċentrazzjoni jew il-partijiet: dawn it-termini jirrigwardjaw kemm lill-partijiet li jakkwistaw u wkol dawk il-partijiet akkwistati, jew għall-partijiet fl-inkorporazzjoni, inklużi l-impriżi kollha li fihom interess ta' kontroll ikun qiegħed jiġi akkwistat jew li huma s-suġġett ta' offerta pubblika.

Apparti milli kif speċifikat mod ieħor, it-termini tal-parti(jiet) notifikanti u tal-parti(jiet) tal-konċentrazzjoni jinkludu l-impriżi kollha li jappartienu għall-istesss gruppi bħal dawk tal-partijiet.

Sena: ir-referenzi kollha għall-kelma “sena” f'din il-Formula għandhom jinqraw bħala li jfissru is-sena kalendarja, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor. L-informazzjoni kollha meħtieġa f'din il-Formula għandha, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tirrigwardja s-sena preċedenti tan-notifika.

Id-data finanzjarja meħtieġa fis-Sezzjonijiet 3.3 sa 3.5 għandha tkun ipprovduta fi euros bir-rata tal-kambju medja li tkun prevalenti għas-snin jew għall-perijodi f'dak il-każ.

Ir-referenzi kollha li jinsabu f'din il-Formula huma għall-artikoli u l-paragrafi relevanti tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor.

1.9.   Provvediment ta' l-informazzjoni dwar l-Impjegati u r-rapreżentanti tagħhom

Il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għall-obbliġi li dwarhom il-partijiet ta' konċentrazzjoni jistgħu ikunu suġġetti permezz tar-rekoli tal-Komunità u/jew dwar l-informazzjoni u l-konsultazzjoni li jirigwardjaw tranżazzjonijiet ta' natura konċentrattiva vis-à-vis l-impjegati u/jew ir-rapreżentanti tagħhom.

SEZZJONI 1   Deskrizzjoni tal-konċentrazzjoni

1.1. Għandhek tipprovdi sommarju eżekuttiv tal-konċentrazzjoni, tispeċifika l-partijiet tal-konċentrazzjoni, in-natura tal-konċentrazzjoni (per eżempju, l-inkorporazzjoni, l-akkwist, jew impriża konġunta), l-oqsma l-attività tal-partijiet notifikanti, is-swieq li fihom il-konċentrazzjoni sejra jkollha impatt (inklużi s-swieq ewlenija rapportabbli ( 42 ), u r-razzjonali strateġiku u ekonomiku għall-konċentrazzjoni.

1.2. Għandekk tipprovdi sommarju (sa 50 kelma) ta' l-informazzjoni ipprovdutafis-Sezzjoni 1.1. Huwa ntiż li dan is-sommarju jkun ippubblikat fuq il-website tal-Kummissjoni fid-data tan-notifika. Dan is-sommarju għandu jkun abozzat hekk li ma jkun fih l-ebda informazzjoni konfidenzali jew sigrieti tan-negożju.

SEZZJONI 2   Informazzjoni dwar il-partijiet

2.1.   L-informazzjoni dwar il-parti notifikanti (jew il-partijiet)

Għati d-dettalji ta':

2.1.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

2.1.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

2.1.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjoniji okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

2.1.4. indirizz għas-servizz tal-parti notifikanti (jew ta' kull waħda mill-partijiet notifikanti) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

2.2.   Informazzjoni dwar partijiet oħrajn ( 43 ) tal-konċentrazzjoni

Għal kull parti tal-konċentrazzjoni (apparti milli l-parti jew il-partijiet notifikanti) għati d-dettalji ta':

2.2.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

2.2.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

2.2.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjoniji okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

2.2.4. indirizz għas-servizz tal-parti (jew ta' kull waħda mill-partijiet) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

2.3.   Il-ħatra ta' rapreżentanti

Meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtoriżżati li jaġixxu. Il-prova bil-miktub għandha jkollha l-isem u l-posizzjonii tal-persuni li jagħtu tali awtorità.

Tipprovdi dawn id-dettalji ta' l-informazzjoni li ġejjin dwar xi rapreżentanti li jkunu ġew awtorizzati li jaġixxu għal uħud mill-partijiet tal-konċentrazzjoni, tindika lil min huma jirrapreżentaw:

2.3.1. l-isem tar-rapreżentant;

2.3.2. l-indirizz tar-rapreżentant;

2.3.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail tal-persuna li għandha tkun ikkuntattjata' u

2.3.4. indirizz tar-rapreżentant tas-servizz (fi Brussel jekk disponibbli) li lilu l-korrepondenża tista tkun mibgħuta u d-dokumenti imwassla,

SEZZJONI 3   Dettalji tal-konċentrazzjoni

3.1.2.   Għati deskrizzjoni tan-natura tal-konċentrazzjoni li tkun notifikata. Meta tagħmel dan, għandek tistqarr:

(a) jekk il-konċentrazzjoni proponuta tkun inkorporazzjoni legali sħiħa, akkwista ta' kontroll uniku jew konġunt, impriża konġunta b'funzjoni sħiħa fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) ta' l-Inkorporazzjoni jew kuntratt jew xi mezz ieħor li jikkonferixxi kontroll dirett jew inderett fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni;

(b) jekk it-total jew uħud mill-partijiet ikunux suġġetti tal-konċentrazzjoni;

(ċ) spjegazzjoni qasira tal-istruttura ekonomika u finanzjarja tal-konċentrazzjoni;

(d) jekk xi offerta pubblika għal titoli ta' parti waħda minn parti oħra jkollhom l-appoġġ tal-bordijiet ta' dik l-ewwel parti fis-superviżjoni ta' l-amministrazzjoni jew ta' korpi oħrajn li legalment jirrapreżentaw lil dik il-parti;

(e) id-data proponuta jew mistennija ta' xi okkorrenzi maġġuri iddisinjati sabiex iwasslu għat-twettieq tal-konċentrazzjoni;

(f) l-istuttura proponuta tal-propjtà u l-kontroll wara li tkun twettqet il-konċentrazzjoni;

(g) xi appoġġ finanzjarju jew appoġġ ieħor minn kwalunkwe sorsi (inklużi l-awtoritajiet pubbliċi) minn kwalunkwe mill-partijiet u n-natura u l-ammont ta' dan l-appoġġ; u

(h) is-setturi ekonomiċi involuti f'din il-konċentrazzjoni.

3.2.   Għandhekk tistqarr il-valur tat-transazzjoni (il-prezz tax-xiri jew tal-valur ta' l-assi kollha involuti, skond ma jkun il-każ).

3.3.   Għal kull waħda mill-impriżi ikkonċernati bil-konċentrazzjoni ( 44 ) għandek tipprovdi din id-data li ġejja ( 45 ) għal-aħħar sena finanzjarja:

3.3.1. in-negozju globali ma dwar id-dinja;

3.3.2. in-negozju globali ma dwar il-Komunità;

3.3.3. in-negozju globali ma dwar il-EFTA;

3.3.4. in-negozju globali f'kull Stat Membri;

3.3.5. in-negozju globali f'kull Stat EFTA;

3.3.6. l-Istat Membru, jekk ikun hemm, li fih aktar minn żewġ terzi tan-negozju globali matul il-Komunità ikunu akkwistat; u

3.3.7. l-Istat EFTA, jekk ikun hemm, li fih aktar minn żewġ terzi tan-negozju globali matul il-EFTA ikunu akkwistat.

3.4.   Għll-iskopijiet ta' l-Artikolu 1(3) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, jekk l-operazzjoni ma tkunx tilħaq il-għetiebi stabbiliti fl-Artikolu 1(2), li jipprovdu id-data għall-aħħar sena finanzjarja:

3.4.1. l-Istati Membri, jekk ikun hemm, li fihom in-negozju globali tal-għaqda aggregata ta' l-impriżi kollha ikkonċernati ikun ta' aktar minn 200 miljun EUR; u

3.4.2. l-Istati Membri, jekk ikun hemm, li fihom in-negozju globali tal-għaqda aggregata ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati ikun ta' aktar minn 25 miljun EUR.

3.5.   Għall-iskopijiet tad-determinazzjoni ta' jekk il-konċentrazzjoni tkunx tikkwalifika bħala każ ta' koperazzjoni EFTA ►M2   ( 46 ) ◄ , ipprovdi l-informazzjoni li ġejja fir-rigward ta' l-aħħar sena finanzjarja:

3.5.1. jekk in-negozju globali miġmugħ ta' l-impriżi ikkonċernati fit-territorju tal-Istati EFTA ikunx egwali għal 25 % jew aktar tan-negozju globali totali tagħhom fit-territorju ŻEE?

3.5.2. jekk kull waħda ta' mill-anqas żewġ impriżi ikkonċernati jkollhiex negozju globali li jeċċedi 250 miljun EUR fit-territorju tal-Istati EFTA?

3.6.   Fil-każ ta' tranżazzjoni li tikkonċerna l-akkwist ta' kontrol konġunt f'impriża konġunta, ipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

3.6.1. in-negozju totali ta' l-impriża konġunta u/jew in-negozju globali ta' attivitajiet kontribwiti lejn l-impriża konġunta' u/jew

3.6.2. il-valur totali ta' l-assi trasferiti lejn l-impriża konġunta.

3.7.   Iddeskrivi ir-razzjonalità ekonomika tal-konċentrazzjoni.

SEZZJONI 4   Pussess u kontroll ( 47 )

Għal kull waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni għandek tipprovdi lista ta' l-impriżi kollha li jappartienu għall-istesss grupp.

Din il-lista għandha tinkludi:

4.1. l-impriżi jew il-persuni kollha li jikkontrollaw dawn il-partijiet, direttament jew inderettament;

4.2. l-impriżi attivi kollha fuq xi swieq rapportabbli ( 48 ) li huma ikkontrollati, direttament jew inderettament:

(a) minn dawn il-prtijiet;

(b) minn xi impriża oħra identifikata fi 4.1.

Għal kull dħul elenkat hawn fuq, in-natura u l-meżżi ta' kontroll għandhom ikunu speċifikati.

L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni tista tkun illustrata bl-użu ta' grafika jew diagrammi ta' l-organizzazzjoni li juru l-istruttura tal-propjetà jew tal-kontroll ta' l-impriżi.

SEZZJONI 5   Dokumentazzjoni bħala appoġġ

Il-partijiet notifikanti għandhom jipprovdu dan li ġej:

5.1. kopji tal-verżjonijiet finali jew l-aktar reċenti tad-dokumenti kollha li jwasslu għall-konċentrazzjoni, seww jekk bi ftehim bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni, l-akkwist ta' interess ta' kontroll jew b'offerta pubblika; u

5.2. kopji tar-rapporti u l-kontijiet annwali l-aktar reċenti tal-partijiet kollha fil-konċentrazzjoni.

SEZZJONI 6   Definizzjonijiet tas-suq

Il-prodott u s-swieq ġeografiċi relevanti jiddeterminaw l-iskop li fi ħdanu il-qawwa tas-suq ta' l-entità l-ġdida li tirriżulta mil-konċentrazzjoni għandha tkun studjata. ( 49 )

Il-parti jew il-partijiet notifikanti għandhom jipprovdu id-data mitluba billi jikonsidraw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

I.  Swieq tal-prodotti relevanti

Suq ta' prodott relevanti jinkludi dawk il-prodotti kollha u/jew servizzi li huma meqjusa bħala interkambjabbli u sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagġhom u l-użu intiż tagħhom. Suq ta' prodott relevanti jista jkun f'ċerti każi magħmul minn numru ta' prodotti individwali u/jew servizzi li jippreżentaw karatteristiċi fiżiċi jew tekniċi pjuttost identiċi u huma interkambjabbli.

Il-fatturi relevanti fl-istidju dwar is-suq ta' prodott relevanti jinkludu l-analiżi ta' il-għala il-prodotti jew is-servizzi f'dawn is-swieq humiex inklużi u il-għala oġrajn huma esklużi bl-użu tad-definizzjoni ta' hawn fuq, wara li jkun ikkonsidrat, per eżempju, is-subadattabbilità, il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-prezzijiet, l-elastiċità trasversjali tal-prezzijiet jew tat-talba jew fatturi oħrajn relevanti għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodott (per eżempju, is-subadattabbilità ta' forniment laterali fil-każi xierqa).

II.  Swieq ġeografiċi relevanti

Is-suq ġeografiku relevanti jikkomprendi żona li fiha l-impriżi ikkonċernati ikunu involuti fil-forniment u t-talba ta' prodotti jew servizzi relevanti, li fiha l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma suffeċjentament omoġenizzati u li jistgħu jkunu ddistingwiti minnn żoni ġeografiċi tal-qrib minħabba, partikolarment, li l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma ferm differenti f'dawk iż-żoni.

Il-fatturi relevanti fl-istudju tas-suq ħeografiku relevanti jinkludi, inter alia, in-natura u l-karatteristċi tal-prodotti jew servizzi ikkonċernati, l-eżistenza ta' barieri għad-dħul, il-preferenzi tal-konsumaturi, id-differenzi apprezzabbli fl-ishma tas-suq ta' l-impriżi bejn iż-żoni ġeografiċi tal-qrib, jew differenzi sostanzjali fil-prezz.

III.  Swoeq rapportabbli

Għall-iskopijiet ta' l-informazzjoni meħtieġa f'din il-Formnula, is-swieq rapportabbli jikkonsisti fil-prodott u s-swieq ġeografiċi relevanti kollha, kif ukoll alternattivi plawsibbli tal-prodott relevanti jew tad-definizzjonijiet tas-suq ġeografiku, li fuq il-bażi tagħhom:

(a) tnejn jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni huma nvoluti f'attivitajiet tan-negozju fl-istesss suq relevanti (relazzjonijiet orizzontali);

(b) waħda jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni hija nvoluta f'attivitajiet tan-negozju fis-suq tal-prodott, li huwa jew in-naħa tal-bidu jew inkella fin-naħa tat-tmiem tal-katina tas-suq li fiħa xi parti oħra tal-konċentrazzjoni tkun involuta, independentament minn jekk jew le tkun teżisti relazzjoni ta' bejn il-fornitur/klient bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni (relazzjonijiet vertikali).

6.1. Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet tas-suq ta' hawn fuq, għandek tidentifika is-swieq rapportabbli kollha.

SEZZJONI 7   Informazzjoni dwar is-swieq

Għal kull suq rapportabbli deskritt fis-Sezzjoni 6, għas-sena preċedenti ta' l-operazzjoni, għandek tipprovdi dan li ġej: ( 50 )

7.1. estimi tad-daqs totali tas-suq f'termini tal-valur tal-bejgħ (fi euro) u l-volum (unitajiet) ( 51 ). Indika il-bażi u s-sorsi tal-kalkolazzjoni u ipprovdi dokumenti meta disponibbli sabiex ikunu ikkonformati dawn il-kalkoli;

7.2. il-bejgħ f'valur u f'volum, kif ukoll l-estimi tal-ishma tas-suq, għal kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni. Indika jekk ikunx hemm tibdiliet sinifikanti fl-ishma tal-bejgħ u tas-suq għall-aħħar tlett snin finanzjarji; u

7.3. għal relazzjonijiet orizzontali u vertikali, estimi tas-sehem tas-suq fil-valur (u meta xieraq, fil-volum) ta' l-akbar tlett kompetituri (indika il-bażi ta' l-estimi). Ipprovdi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indizz e-mail tal-kap tad-dipartiment legali (jew ta' xi persuna oħra li teżerċita funzjonijiet simili; u fil-każi meta ma jkunx hemm tali persuna, allura l-eżekuttiv ewlieni) ta' kull wieħed minn dawn il-kompetituri.

SEZZJONI 8   Effetti koperattivi ta' l-impriża konġunta

8.

Għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 2(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, int mitlub li twieġeb għal dawn il-mistoqsijiet li ġejjin:

(a) Stqarr jekk tnejn jew aktar impriżi paterni iżommu attivitajiet sa medda sinifikanti fl-istesss suq bħal ta' l-impriża konġunta jew f'suq li huwa fil-bidu jew fit-tmiem minn dik l-impriża konġunta jew minn suq qarib li jkun relatat mill-qrib ma dan is-suq? ( 52 )

Jekk it-tweġiba hija iva, int mitlub li tindika għal kull wieħed mis-swieq referuti hawnhekk:

— in-negozju globali ta' kull kumpanija paterna fis-sena finanzjarja preċedenti;

— is-sinifikanza ekonomika ta' l-attivitajiet ta' l-impriża konġunta b'relazzjoni ma dan in-negozju globali;

— is-sehem tas-suq għal kull kumpanija paterna.

Jekk it-tweġiba hija fin-negattiv, int mitlub li tiġġustifika it-tweġiba tiegħek.

▼M2

(b) Jekk ir-risposta għal (a) tkun pożittiva u fil-fehma tiegħek il-ħolqien ta’ l-impriża konġunta ma jwassalx għal koordinazzjoni bejn impriżi indipendenti li tirrestrinġi l-kompetizzjoni fit-tifsira ta’ l-Artikolu 81(1) tat-Trattat KE, u, fejn ikun applikabbli, tad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE ( 53 ), agħti r-raġunijiet tiegħek.

▼B

(ċ)  ►M2  Mingħajr preġudizzju għar-risposti għal (a) u (b) u sabiex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel valutazzjoni kompluta tal-każ, jekk jogħġbok spjega kif japplikaw il-kriterji ta’ l-Artikolu 81(3) tat-Trattat KE u, fejn ikun applikabbli, id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE ( 54 ). Taħt l-Artikolu 81(3), jista’ jiġi ddikjarat li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 81(1) ma jkunux applikabbli jekk l-operazzjoni: ◄

(i) tikkontribwixxi għal titjib fil-produzzjoni jew fid-distribuzzjoni ta' l-oġġetti, jew għal tħeġġiġ fil-progress tekniku jew ekonomiku;

(ii) tippermetti lill-konsumaturi sehem xieraq mill-benefiċċju li jirriżulta'

(iii) ma jkun jimponi fuq l-impriżi kkonċernati l-ebda restrizzjonijiet li ma humiex indispensabbli għal l-akkwist ta' dawn l-objettivi; u

(iv) ma jkunx jippermetti lill-impriżi bħal dawn il-possibiltà ta' l-eliminazzjoni ta' kompetizjoni fir-rigward ta' parti sostanzjali tal-prodotti f'dan il-każ.

SEZZJONI 9   Dikjarazzjoni

L-Artikolu 2(2) tar-Regolament ta' l-Implementazzjoni jistrqarr li meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' l-impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun takkumpanja in-notifika.

In-notifika għandha tispiċċa b'din id-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tkun iffermata minn, jew f'isem, il-partijiet notifikanti kollha:

Il-parti jew il-partijiet notifikanti jiddikjaraw li, sa l-aħjar konoxxenza u twemmin tagħhom, l-informazzjoni mogħtija f'din in-notifika hija vera, korretta, u kompluta, li kopji vera u kompluti tad-dokumenti meħtieġa minn din il-Formula huma fornuti, li l-estimi kollha huma identifikati bħala tali u li huma l-aħjar estimi tagħhom sabiex jaċċennaw il-fatti, u li l-opinjonijiet kollha kif espressi huma sinċieri.

Huma konxji bid-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

image




ANNEX III

IL-FORMULA PR

(PR = preżentazzjoni raġġjonata bos-saħħa ta' l-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004)

IL-FORMULA PR TIRRIGWARDJA PREŻENTAZZJONIJIET RAĠĠJONATI

BIS-SAĦĦA TA' L-ARTIKOLI 4(4) U 4(5) TAR-REGOLAMENT (KE) Nru 139/2004

INTRODUZJONI

▼M2

A.   L-iskop ta’ din il-Formola

Din il-Formola tispeċifika l-informazzjoni li l-partijiet li qed jagħmlu t-talba għandhom jipprovdu meta jagħmlu sottomissjoni raġunata għal referenza ta’ qabel in-notifika taħt l-Artikolu 4(4) jew (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]”) ( 55 ).

Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni għar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet] u għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 802/2004 (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “ir-Regolament tal-KE li Jimplimenta l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]”), li magħhom hija annessa din il-Formola RS. It-test ta’ dawn ir-regolamenti, kif ukoll dokumenti rilevanti oħrajn, jistgħu jinstabu fuq il-paġna tal-Kompetizzjoni tas-sit web Europa tal-Kummissjoni. Nixtieq niġbidlek l-attenzjoni anki għad-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (li minn hawn “il quddiem se jissejjaħ ‘il-Ftehim ŻEE”) ( 56 ).

L-esperjenza wriet li l-kuntatti minn qabel huma ferm ta’ siwi kemm għall-partijiet kif ukoll għall-awtoritajiet rilevanti biex jiġu ddeterminati l-ammont u t-tip preċiżi ta’ l-informazzjoni meħtieġa. Għalhekk, il partijiet qed jiġu mħeġġa jikkonsultaw lill-Kummissjoni u lill-Istat(i) Membru(i) jew lill-Istat(i) EFTA rilevanti dwar l-adegwatezza ta’ l-ambitu u tat-tip ta’ informazzjoni li fuqhom biħsiebhom jibbażaw is-sottomissjoni raġunata tagħhom.

▼B

B.   Il-ħtieġa għal preżentazzjoni raġġjonata li tkun korretta u kompluta

L-informazzjoni kollha meħtieġa b'din il-Fomula għandha tkun korretta u sħiħa. L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun fornuta fis-Sezzjoni xierqa ta' din il-Formula.

Informazzjoni mhux korretta jew li tqarraq fil-preżentazzjoni raġġjonata għandha tkun meqjusa bħala informazzjoni mhux kompluta (l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni ta' l-Inkorporazzjoni).

Jekk il-partijiet jippreżentaw informazzjoni mhux korretta, il-Kummissjoni għandha l-poter li tirrevoka kalunkwe deċiżjoni ta' l-Artikolu 6 jew 8 li hija tadotta bħala diferiment ta' l-Artikolu 4(5), bis-saħħa ta' l-Artikolu 6(3)(a) jew 8(6)(a) tar-Regolament ta' l-Inkorporazzjoni. B'segwiment tar-revoka, il-liġijiet tal-kompetizzjoni nazzjonali ikunu għal darba oħra applikabbli għat-tranżazzjoni. Fil-każ ta' diferimenti permezz ta' l-Artikolu 4(4) magħmula fuq il-bażi ta' informazzjoni mhux koretta, il-Kummissjoni tista tkun teħtieġ notifika bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(1). B'żieda, il-Kummissjoni għandha jkollha l-poter li timponi multi għal preżentazzjoni mhux korretta jew informazzjoni li tqarraq, bis-saħħa ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. (Ara l-punt d ta' hawn taħt). ►M2  Fl-aħħarnett, il-partijiet għandhom ikunu konxji wkoll li, jekk issir referenza fuq il-bażi ta’ informazzjoni inkorretta, li tqarraq jew li mhix kompluta inkluża fil-Formola RS, il-Kummissjoni u/jew l-Istati Membri u l-Istati EFTA jistgħu iqisu li jagħmlu referenza ta’ wara n-notifika li tirrettifika kwalunkwe referenza magħmula fl-istadju ta’ qabel in-notifika. ◄

Partikolarment wieħed għandu jinnota li:

(a)  ►M2  Skond l-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet], il-Kummissjoni hija obbligata tittrażmetti mingħajr dewmien sottomissjonijiet irraġunati lill-Istati Membri u lill-Istati EFTA. Il-limiti ta’ żmien biex titqies sottomissjoni raġunata se jibdew malli l-Istat(i) Membru(i) jew l-Istat(i) EFTA rilevanti jirċievu s-sottomissjoni. ◄ Id-deċiżjoni dwar jekk jew le li tkun aċċettata l-preżentazzjoni raġġonata għandha normalment tkun meħudha fuq il-bażi ta' l-informazzji li tkun tinsab fiha, mingħajr aktar sforzi ta' l-investigazzjoni ma jkunu jittieħdu mill-awtoritajiet involuti.

(b) Il-partijiet tal-preżentazzjoni għandhom għalhekk jivverifikaw, fil-korsa tal-preparazzjoni tal-preżentazzjoni raġġjonata tagħhom, li l-informazzjoni u l-argumenti li jkun utilizzaw ikunu appoġġjati b'mod suffiċċjenti minn sorsi independenti.

(ċ) Permezz ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-partijiet li jagħmlu preżentazzjoni raġġjonata, jew b'intenzjoni jew inkella b'negliġenza, li jfornu informazzjoni mhux korretta jew li tqarraq, jistgħu jkunu responsabbli għal penali ta' sa 1 % tan-negozju globabli aggregat ta' l-impriża ikkonċernata.

(d) Wieħed jista jitlob bil-kitba lill-Kummissjoni li taċċetta li l-preżentazzjoni raġġjonata tkun kompluta minkejja n-nuqqas li tkun ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa b'din il-Formula, jekk tali informazzjoni ma tkunx raġjonevolment disponibbli għall-persuna, parzjalment jew totalment (per eżempju, minħabba n-nuqqas ta' disponabbiltà ta' l-informazzjoni dwar kumpanija fil-mira matul l-offerta ikkontestata).

Il-Kummissjoni għandha tikonsidra tali talba, basta li l-persuna tagħti raġunijiet dwar in-nuqqas ta' disponabbiltà ta' dik l-infoirmazzjoni, u basta li din tipprovdi l-aħjar estimi dwar id-data nieqsa flimkien mas-sorsi ta' l-estimi. ►M2  Fejn ikun possibbli, għandhom jiġu pprovduti anki indikazzjonijiet dwar fejn kwalunkwe informazzjoni mitluba li ma tkunx disponibbli għalik tista’ tinkiseb mill-Kummissjoni jew mill-Istat(i) Membru(i) jew mill-Istat(i) EFTA rilevanti. ◄

▼M2

(e) Tista’ titlob li l-Kummissjoni taċċetta li s-sottomissjoni raġunata tkun kompluta minkejja li ma tipprovdix xi informazzjoni mitluba minn din il-Formola, jekk tqis li kwalunkwe informazzjoni partikolari mitluba minn din il-Formola tista’ ma tkunx meħtieġa għall-eżami tal-każ min-naħa tal-Kummissjoni jew ta’ l-Istat(i) Membru(i) jew ta’ l-Istat(i) EFTA rilevanti.

Il-Kummissjoni se tqis talba bħal din, sakemm inti tagħti raġunijiet adegwati għaliex dik l-informazzjoni ma tkunx rilevanti u meħtieġa biex tiġi ttrattata t-talba tiegħek għal referenza ta’ qabel in-notifika. Inti għandek tispjega dan matul il-kuntatti preċedenti mal-Kummissjoni u ma’ l-Istat(i) Membru(i) jew ma’ l-Istat(i) EFTA rilevanti, u għandek tissottometti talba bil-miktub għal rinunzja fejn titlob li l-Kummissjoni twarrab l-obbligu li tipprovdi dik l-informazzjoni, skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-KE li Jimplimenta l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet]. Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta lill-awtorità jew lill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru jew ta’ l-Istat EFTA rilevanti qabel ma tiddeċiedi jekk tilqax talba bħal din.

▼B

Ċ.   Persuni intitolati li jippreżentaw preżentazzjoni raġġjonata

Fil-każ ta' inkorporazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni jew ta' l-akkwist ta' kontroll konġunt ta' impriża fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, il-preżentazzjoni raġġjonata għandha tkun mimlija b'mod konġunt mill-partijiet ta' l-inkorporazzjoni jew minn dawk li jakkwistaw kontroll konġunt, skond ma jista jkun il-każ.

Fil-każ ta' l-akkwist ta' interess ta' kontroll f'impriża waħda minn oħra, dak li jakkwista għandu jimla il-preżentazzjoni raġġjonata.

Fil-każ ta' offerta publika għall-akkwist ta' l-impriża, min jagħmel l-offerta għandu jimla il-preżentazzjoni raġġjonata.

Kull parti li timla il-preżentazzjoni raġġjonata hija responsabbli għall-eżatezza ta' l-informazzjoni li hija tipprovdi.

D.   Kif tagħmel preżentazzjoni raġġjonata

Il-preżentazzjoni raġġjonata għandha tkun mimlija f'waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Din il-lingwa għandha imbagħad tkun il-lingwa tal-proċedimenti għall-partijiet kollha tal-preżentazzjoni.

▼M2

Sabiex ikun iffaċilitat it-trattament tal-Formola RS mill-awtoritajiet ta’ l-Istat Membru u ta’ l-Istat EFTA, il-partijiet qed jiġu ferm imħeġġa biex jipprovdu lill-Kummissjoni bi traduzzjoni tas-sottomissjoni raġunata tagħhom f’lingwa jew lingwi li se tinftiehem (jinftiehmu) mid-destinatarji kollha ta’ l-informazzjoni. Dwar it-talbiet għal referenza lil Stat(i) Membru(i) jew Stat(i) EFTA, il-partijiet li qed jagħmlu t-talba qed jiġu ferm imħeġġa biex jinkludu kopja tat-talba fil-lingwa(i) ta’ l-Istat(i) Membru(i) u ta’ l-Istat(i) EFTA li mingħandhom qed tintalab referenza.

▼B

L-informazzjoni mitluba b'din il-Formula għandha tkun elenkata bl-użu tan-numri tas-sezzjonijiet u l-paragrafi tal-Formula, bil-firma ta' dikjarazzjoni fil-parti ta' isefl, u bl-anness ta' dokumentazzjoni bħala appoġġ. F'ġieħ iċ-ċarezza. ċerta informazzjoni tista tkun ipprovduta fl-annessi. B'dana kollu, huwa essenzajli għall-biċċjiet essenzali sostantivi kollha ta' l-informazzjoni ikunu ippreżentati fil-parti ewlenija tal-Formula PR. L-annessi ta' din il-Formula għandhom ikunu użati biss bħala supplement ta' l-informazzjoni fornuita fil-Formula innifisha.

Dokumenti b'appoġġ għandhom ikunu ippreżentati fil-lingwa oriġinali tagħhom; meta din ma tkunx lingwa uffiċjali tal-Komunità, dawn għandhom ikunu tradotti fil-lingwa tal-proċediment.

Id-dokumenti b'appoġġ jistgħu ikunu l-oriġinali jew kopji ta' l-oriġinali. F'dan il-każ ta' l-aħħar, il-parti tal-preżentazzjoni għandha tikkonferma li dawn ikunu vera u kompluti.

Oriġinal wieħed u ►M1  37 ◄ kopja tal-Formola PR u tad-dokumenti bħala appoġġ għandhom ikunu ippreżentati lill-Kummissjoni. Il-preżentazzjoni raġġjonata għandha tkun imwassla fl-indirizz referut fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni u fil-format speċifikat mis-servizzi tal-Kummissjoni.

Il-preżentazzjoni għandha tkun imwassla fl-indirizz tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (DĠ Kompetizzjoni). Dan l-indirizz għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Il-preżentazzjoni għandha tkun imwassla għand il-Kummissjoni matul il-jiem utili kif definti fl-Artikolu 24 tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni ta' l-Inkorporazzjoni. Sabiex tkun faċilitata ir-reġistrazzjoni fl-istesss jum, din għandha tkun imwassla qabel is-siegħa 17.00 minn nhar ta' Tnejn sa nhar ta' Ħamis u qabel is-siegħa 16.0 nhar ta' Ġimgħa u fil-jiem utili li jippreċedu btala pubbklika u btajjel oħrajn kif determinati mill-Kummissjoni u ippublikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. L-istruzzjonijiet tas-sigurta mogħtija fil-website tat-DĠ Kompetizzjoni għandhom ikunu sgwiti bir-reqqa.

E.   Kunfidenzalità

▼M2

L-Artikolu 287 tat-Trattat u l-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet [Amalgamazzjonijiet], kif ukoll id-dispożizzjonijiet korrispondenti tal-Ftehim ŻEE( ( 57 ) jeħtieġu li l-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-Awtorità ta’ Sorveljanza EFTA u l-Istati EFTA, l-uffiċjali u l-impjegati l-oħra tagħhom ma jiżvelawx informazzjoni li jkunu kisbu permezz ta’ l-applikazzjoni tar-Regolament tat-tip kopert mill-obbligu tas-segretezza professjonali. L-istess prinċipju jrid japplika wkoll biex tiġi protetta l-kunfidenzjalità bejn il-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika.

▼B

Jekk wieħed jemmen li l-interssi tiegħu isofru danni jekk uħud mill-informazzjoni li tkun fornuta kellha tkun ippubblikata jew b'mod ieħor żvelata lill-partijiet oħrajn, dan għandu jforni din l-informazzi b'mod separat b'kull paġna kjarament immarkata “Sigrieti tan-Negozju”. Il-persuna għandha wkoll tagħti r-raġunijiet il-għala din l-informazzjoni m'għandhiex tkun żvelata jew ippubblikata.

Fil-każ ta' inkorporazzjoni jew akkwisti konġunti, jew f'każi oħrajn meta l-preżentazzjoni raħħjunata tkun mimlija b'aktar minn waħda mill-partijiet, is-sigrieti tan-negozju jistgħu ikunu ippreżentati taħt koperta separata, u referuti fil-preżentazzjoni bħala anness. Tali annessi għandhom ikunu nklużi fil-preżentazzjoni raġġjonata.

F.   Definizzjonijiet u istruzzjonijiet għall-iskopijiet ta' din il-Formula

Il-parti jew il-partijiet tal-preżentazzjoni: fil-każi meta il-preżentazzjoni raġġjonata tkun ippreżentata minn waħda biss mill-impriżi li tkun parti minn operazzjoni, “il-partijiet tal-preżentazzjoni” hija użata sabiex tirreferi biss għall-impriża li attwallment tagħmel il-preżentazzjoni.

Parti(jiet) għal konċentrazzjoni jew il-partijiet: dawn it-termini jirrigwardjaw kemm lill-partijiet li jakkwistaw u wkol dawk il-partijiet akkwistati, jew għall-partijiet fl-inkorporazzjoni, inklużi l-impriżi kollha li fihom interess ta' kontroll ikun qiegħed jiġi akkwistat jew li huma s-suġġett ta' offerta pubblika.

Apparti milli kif speċifikat mod ieħor, it-termini “tal-parti(jiet) tal-preżentazzjoni” u “il-parti(jiet) tal-konċentrazzjoni” jinkludu l-impriżi kollha li jappartienu għall-istess gruppi bħal dawk “il-partijiet”.

Swieq affettwati: Is-Sezzjoni 4 ta' din il-Formula teħtieġ li l-partijiet tal-preżentazzjoni sabiex jiddiffenixxu is-swieq relevanti tal-prodott, u li aktar jiddiffenixxu liema minn dawk is-swieq relevanti aktarx li jkunu affettwati bl-operazzjoni notifikta. Din id-definizzjoni dwar is-swieq affettwati hija wżata bħala il-bażi għall-ħtieġa ta' l-informazzjoni għal numru ta' mistoqsijiet oħrajn li jinsabu f'din il-Fomula. Id-definiżżjonijiet hekk ippreżentati mill-partijiet tal-preżentazzjoni huma referuti f'din il-Formula bħala is-suq(swieq) affettwat(i). Dan it-terminu jista jirreferi wkoll għal suq relevanti li jkun jikkonsisti minn prodotti jew servizzi.

Sena: ir-referenzi kollha għall-kelma “sena” f'din il-Formula għandhom jinqraw bħala li jfissru is-sena kalendarja, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor. L-informazzjoni kollha meħtieġa f'din il-Formula tirrigwardja, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, is-sena preċedenti tal-preżentazzjoni raġġjonata.

Id-data finanzjarja mitluba f'din il-Formula għandha tkun ipprovduta fi euros bir-rata medja tal-kambju li tkun prevalenti għas-snin jew għall-perijodi f'dak il-każ.

Ir-referenzi kollha li jinsabu f'din il-Formula huma għall-artikoli u l-paragrafi relevanti tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni, sakemm ma jkunx mistqarr mod ieħor.

SEZZJONI 1   Informazzjoni bħala sfond

1.0.   Indika jekk il-preżentazzjoni raġġjonata tkunx magħmulha permezz ta' l-Artikolu 4(4) jew (5).

— l-Artikolu 4(4) deferiment

— l-Artikolu 4(5) deferiment

1.1.   L-informazzjoni dwar il-parti tal-preżentazzjoni (jew il-partijiet)

Għati d-dettalji ta':

1.1.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

1.1.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

1.1.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz ta' l-e-mail, il-posizzjonii okkupata minn, il-persuna xierqa tal-kuntatt; u

1.1.4. indirizz għas-servizz tal-parti tal-preżentazzjoni (jew ta' kull waħda mill-partijiet tal-preżentazzjoni) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indiriss ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

1.2.   Informazzjoni dwar partijiet l-oħrajn ( 58 ) tal-konċentrazzjoni

Għal kull parti tal-konċentrazzjoni (apparti milli l-parti jew il-partijiet tal-preżentazzjoni) għati d-dettalji ta':

1.2.1. l-isem u l-indirizz ta' l-impriża;

1.2.2. in-natura tan-negozju ta' l-impriża;

1.2.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz elettroniku, il-posizzjonii okkupata mil-persuna xierqa tal-kuntatt;

1.2.4. indirizz għas-servizz tal-parti (jew ta' kull waħda mill-partijiet) li lilhom id-dokumenti u, partikolarment, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni jistgħu jkunu mwassla. L-isem, in-numru tat-telefon u l-indirizz ta' l-e-mail ta' persuna f'dan l-indirizz li tkun awtorizzata li taċċetta s-servizz, għandhom ikunu ipprovduti.

1.3.   Il-ħatra ta' rapreżentanti

Meta l-preżentazzjonijiet raġġjonati jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' l-impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtoriżżati li jaġixxu. Il-prova bil-miktub għandha jkollha l-isem u l-posizzjonii tal-persuni li jagħtu tali awtorità.

Tipprovdi dawn id-dettalji tal-kuntatt li ġejjin dwar xi rapreżentanti li jkunu ġew awtorizzati li jaġixxu għal uħud mill-partijiet tal-konċentrazzjoni, tindika lil min huma jirrapreżentaw:

1.3.1. l-isem tar-rapreżentant;

1.3.2. l-indirizz tar-rapreżentant;

1.3.3. l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon, in-numru tal-fax u l-indirizz e-mail tal-persuna li għandha tkun ikkuntattjata' u

1.3.4. indirizz tar-rapreżentant (fi Brussel jekk disponibbli) li lilu l-korrepondenża tista tkun mibgħuta u d-dokumenti imwassla,

SEZZJONI 2   L-isfond ġenerali u d-dettalji tal-konċentrazzjoni

2.1.   Iddeskrivi l-isfond ġenerali tal-konċentrazzjoni. Partikolarment, għati l-parametri tar-raġunijiet ewlenija għat-tranżazzjoni, inkluż ir-razzjonal ta' l-ekonomija u l-istrateġija tagħha.

Għandhek tipprovdi sommarju eżekuttiv tal-konċentrazzjoni, tispeċifika l-partijiet tal-konċentrazzjoni, in-natura tal-konċentrazzjoni (per eżempju, l-inkorporazzjoni, l-akkwist, jew impriża konġunta), l-oqsma l-attività tal-partijiet tal-preżentazzjoni, is-swieq li fihom il-konċentrazzjoni sejra jkollha l-impatt ewlieni u r-razzjonali strateġiku u ekonomiku għall-konċentrazzjoni ( 59 ).

2.2.   Iddeskrivi n-natura legali tat-transazzjoni li hija s-suġġett tal-preżentazzjoni raġġjonata. Meta tagħmel dan, għandek tindika:

(a) jekk it-total jew uħud mill-partijiet ikunux suġġetti tal-konċentrazzjoni;

(b) id-data proponuta jew mistennija ta' xi okkorrenzi maġġuri iddisinjati sabiex iwasslu għat-twettieq tal-konċentrazzjoni;

(ċ) l-istuttura proponuta tal-propjtà u l-kontroll wara li tkun twettqet il-konċentrazzjoni; u

(d) jekk it-tranżazzjoni proponuta tkun konċentrazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 3 tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

2.3.   Għati lista tas-setturi ekonomiċi involuti f'din il-konċentrazzjoni.

2.3.1. Għandhekk tistqarr il-valur tat-transazzjoni (il-prezz tax-xiri jew tal-valur ta' l-asi kollha involuti, skond ma jkun il-każ).

2.4.   Ipprovdi data finanzjarja suffiċċjenti jew data oħra li turi l-l-konċentrazzjoni tkun tilħaq JEW ma tkunx tilħaq l-għetiebi ġursidizzjonali permezz ta' l-Artikolu 1 tar-Regolament KE ta' l-Inkorportazzjoni.

2.4.1. Ipprovdi tqassim tan-negozju globali matul il-Komunità kollha li jkun milħuq mill-impriżi ikonċernati, indika, meta applikabbli, l-Istat Membru, jekk ikun hemm, li fih żewġ terzi ta' dan in-negozju globali jkun milħuq.

▼M2

2.4.2. Ipprovdi tqassim tal-fatturat ma’ l-EFTA kollha miksub mil-impriżi kkonċernati, u indika, fejn ikun applikabbli, l-Istat EFTA, jekk ikun hemm, fejn inkiseb aktar minn żewġ terzi ta’ dan il-fatturat.

▼B

SEZZJONI 3   Pussess u kontroll ( 60 )

Għal kull waħda mill-partijiet tal-konċentrazzjoni għandek tipprovdi lista ta' l-impriżi kollha li jappartienu għall-istess grupp.

Din il-lista għandha tinkludi:

3.1. l-impriżi jew il-persuni kollha li jikkontrollaw dawn il-partijiet, direttament jew inderettament;

3.2. l-impriżi kollha attivi fuq xi swieq affettwati ( 61 ) li huma ikkontrollati, direttament jew inderettament:

(a) minn dawn il-prtijiet;

(b) minn xi impriża oħra identifikata fi 3.1.

Għal kull dħul elenkat hawn fuq, in-natura u l-meżżi ta' kontroll għandhom ikunu speċifikati.

L-informazzjoni mitluba f'din is-sezzjoni tista tkun illustrata bl-użu ta' grafika jew diagrammi ta' l-organizzazzjoni li juru l-istruttura tal-propjetà jew tal-kontroll ta' l-impriżi.

SEZZJONI 4   Definizzjonijiet tas-suq

Il-prodott u s-swieq ġeografiċi relevanti jiddeterminaw l-iskop li fi ħdanu il-qawwa tas-suq ta' l-entità l-ġdida li tirriżulta mil-konċentrazzjoni għandha tkun studjata. ( 62 )

Il-parti jew il-partijiet tal-preżentazzjoni għandhom jipprovdu id-data mitluba billi jikkonsidraw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

I.   Swieq tal-prodotti relevanti

Suq ta' prodott relevanti jinkludi dawk il-prodotti kollha u/jew servizzi li huma meqjusa bħala interkambjabbli u sostitwibbli mill-konsumatur, minħabba l-karatteristiċi tal-prodotti, il-prezzijiet tagġhom u l-użu intiż tagħhom. Suq ta' prodott relevanti jista jkun f'ċerti każi magħmul minn numru ta' prodotti individwali u/jew servizzi li jippreżentaw karatteristiċi fiżiċi jew tekniċi pjuttost identiċi u huma interkambjabbli.

Il-fatturi relevanti fl-istidju dwar is-suq ta' prodott relevanti jinkludu l-analiżi ta' il-għala il-prodotti jew is-servizzi f'dawn is-swieq humiex inklużi u il-għala oġrajn huma esklużi bl-użu tad-definizzjoni ta' hawn fuq, wara li jkun ikkonsidrat, per eżempju, is-subadattabbilità, il-kondizzjonijiet tal-kompetizzjoni, il-prezzijiet, l-elastiċità trasversjali tal-prezzijiet jew tat-talba jew fatturi oħrajn relevanti għad-definizzjoni tas-swieq tal-prodott (per eżempju, is-subadattabbilità ta' forniment laterali fil-każi xierqa).

II.   Swieq ġeografiċi relevanti

Is-suq ġeografiku relevanti jikkomprendi żona li fiha l-impriżi ikkonċernati ikunu involuti fil-forniment u t-talba ta' prodotti jew servizzi relevanti, li fiha l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma suffeċjentament omoġenizzati u li jistgħu jkunu ddistingwiti minnn żoni ġeografiċi tal-qrib minħabba, partikolarment, li l-kondizzjonijiet ta' kompetizjoni huma ferm differenti f'dawk iż-żoni.

Il-fatturi relevanti fl-istudju tas-suq ħeografiku relevanti jinkludi, inter alia, in-natura u l-karatteristċi tal-prodotti jew servizzi ikkonċernati, l-eżistenza ta' barieri għad-dħul, il-preferenzi tal-konsumaturi, id-differenzi apprezzabbli fl-ishma tas-suq ta' l-impriżi bejn iż-żoni ġeografiċi tal-qrib, jew differenzi sostanzjali fil-prezz.

III.   Swieq affettwati

▼M2

Għall-iskopijiet ta’ l-informazzjoni meħtieġa f’din il-Formola, is-swieq affettwati jikkonsistu fis-swieq tal-prodotti rilevanti fejn, fit-territorju ŻEE, fil-Komunita’, fit-territorju ta’ l-Istati EFTA, u fi kwalunkwe Stat Membru jew kwalunkwe Stat EFTA:

▼B

(a) tnejn jew aktar mill-partijiet fil-konċentrazzjoni huma involuti f'attivitajiet tan-negozju fl-istes suq tal-prodott u meta l-konċentrazzjoni tkun twassal għal sehem mgħaqud tas-suq ta' 15 % jew aktar. Dawn huma relazzjonijiet orizzontali;

(b) waħda jew aktar partijiet fil-konċentrazzjoni hija nvoluta f'attivitajiet tan-negozju fis-suq tal-prodott, li huwa jew in-naħa tal-bidu jew inkella fin-naħa tat-tmiem tal-katina tas-suq li fiħa xi parti oħra tal-konċentrazzjoni tkun involuta, u xi ishma individwali jew magħquda tas-suq tkun jew fil-livell ta' 25 % jew aktar, independentament minn jekk jew le tkun teżisti relazzjoni ta' bejn il-fornitur/klient bejn il-partijiet fil-konċentrazzjoni ( 63 ). Dawn huma relazzjonijiet orizzontali.

Fuq il-bażi tad-definizzjonijiet ta' hawn fuq u l-għetiebi tas-sehem tas-suq, ipprovdi din l-informazzjoni li ġejja:

▼M2

4.1. Identifika kull suq affettwat fit-tifsira tat-Taqsima III:

(a) fuq il-livell taż-ŻEE, tal-Komunità jew ta’ l-EFTA;

(b) fil-każ ta’ talba għal referenza skond l-Artikolu 4(4), fuq il-livell ta’ kull Stat Membru jew Stat EFTA individwali;

(ċ) fil-każ ta’ talba għal referenza skond l-Artikolu 4(5), fuq il-livell ta’ kull Stat Membru jew kull Stat EFTA li ġie identifikat fit-Taqsima 6.3.1 ta’ din il-Formola bħala li jkun kapaċi jistħarreġ il-konċentrazzjoni.

▼B

4.2. B'żieda, għati spjegazzjoni dwar il-veduti tal-partijiet tal-preżentazzjoni dwar l-iskop tas-suq ġeografiku relevanti fil-qofol tat-tifsira tas-Sezzjoni II b'relazzjoni ma kull suq affettwat identifikat fi 4.1 ta' hawn fuq.

SEZZJONI 5   Informazzjoni dwar is-swieq affettwati

▼M2

Għal kull suq ta’ prodotti rilevanti affettwat, għall-aħħar sena finanzjarja,

(a) għat-territorju ŻEE, għall-Komunità kollha u għall-Istati EFTA kollha;

(b) fil-każ ta’ talba għal referenza skond l-Artikolu 4(4), individwalment għal kull Stat Membru/Stat EFTA fejn il-partijiet għall-konċentrazzjoni jagħmlu n-negozju; u

(ċ) fil-każ ta’ talba għal referenza skond l-Artikolu 4(5), individwalment għal kull Stat Membru/Stat EFTA li ġie identifikat fit-Taqsima 6.3.1 ta’ din il Formola bħala li jkun kapaċi jistħarreġ il-konċentrazzjoni fejn il-partijiet għall-konċentrazzjoni jagħmlu n-negozju; u

▼B

(d) meta fl-opinjoni tal-partijiet tal-preżentazzjoni, is-suq ġeografiku relevanti huwa differenti;

int mitlub li tipprovdi l-informazzjoni li ġejja:

5.1. estimi tad-daqs totali tas-suq f'termini tal-valur tal-bejgħ (fi euro) u l-volum (unitajiet) ( 64 ). Indika il-bażi u s-sorsi tal-kalkolazzjoni u ipprovdi dokumenti meta disponibbli sabiex ikunu ikkonformati dawn il-kalkoli;

5.2. il-bejgħ f'valur u f'volum, kif ukoll estimi tal-ishma tas-suq, għal kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni;

5.3. estimi tas-seħem tas-suq fil-valur (u meta xieraq, fil-volum) tal-kompetituri kollha (inklużi l-importaturi) li jkollhom mill-anqas 5 % tas-suq ġeografiku f'din il-konsiderazzjoni;

Fuq dan il-bażi, ipprovdi estimi ta' l-indiċi IHH ( 65 ) kemm ta' qabel u wkoll ta' wara l-inkorporazzjoni, u d-differenza bejn it-tnejn (id-delta) ( 66 ). Indika l-proporzjon tal-ishma tas-suq użati bħala il-bażi tal-IHH; Identifika s-sorsi użati għal-kalkolazzjoni ta' dawn l-ishma tas-suq u ipprovdi dokumenti, meta disponibli, sabiex jikkonfermaw il-kalkolazzjoni;

5.4. l-akbar ħames klienti independenti tal-partijiet f'kull wieħed mis-swieq affettwati u s-seħem individwali tagħhom fil-bejgħ totali għal tali prodotti kif meqjusa minn kull wieħed minn dawk il-klienti.

5.5. in-natura u l-medda ta' l-integrazzjoni vertikali ta' kull waħda mill-partijiet fil-konċentrazzjoni meta mqabbla ma l-akbar kompetituri tagħhom;

5.6. identifika l-akbar ħames fornituri independenti ( 67 ) tal-partijiet;

5.7. Matul l-aħħar ħames snin, kien hemm xi dħul sinifikanti f'uħud mis-swieq affettwati? Fl-opinjoni tal-partijiet tal-preżentazzjoni, hemm xi impriżi (inklużi dawk li preżentament joperaw biss fis-swieq il-barra mill-Komunità) li aktarx sejrin jidħlu fis-suq? Int mitlub li tispeċifika.

5.8. Sa liema medda il-ftehim ta' koperazzjoni (orizzonati, vertikali) huma eżistenti fis-swieq affettwati?

5.9. Jekk il-konċentrazzjoni hija azzjenda konġunta, għid jekk tnejn jew aktar impriżi paterni iżommux attivitajiet sa medda sinifikanti fl-istess suq bħal ta' l-impriża konġunta jew f'suq li huwa fil-bidu jew fit-tmiem minn dik l-impriża konġunta jew minn suq qarib li jkun relatat mill-qrib ma dan is-suq? ( 68 )

5.10. Għati deskrizzjoni ta' kif il-konċentrazzjoni proponuta aktarx li jkollha impatt fuq il-kompetizzjoni fis-swieq affettwati u kif il-konċentrazzjoni proponuta aktar li taffettwa l-interessi ta' konsumaturi intermedji u finali u l-iżvilupp tal-progress tekniku u ekonomiku.

SEZZJONI 6   Dettalji tat-talba ta' diferiment u r-raġunijiet il-għala każ għandu jkun diferit

6.1.

Indika jekk il-preżentazzjoni raġġjonata tkun issir bis-saħħa ta' l-Artikolu 4(4) jew 4(5) tar-Regolament KE ta' l-inkorporazzjoni, u imla biss is-sub-sezzjoni relevanti:

— l-Artikolu 4.4. deferiment

— l-Artikolu 4.5. deferiment

Sub-sezzjoni 6.2

L-ARTIKOLU 4(4) DEFERIMENT

▼M2

6.2.1.   Identifika l-Istat(i) Membru(i) jew l-Istat(i) EFTA li, skond l Artikolu 4(4), qed tissottometti li għandu(hom) jeżamina(w) il-konċentrazzjoni, fejn tindika jekk għamiltx kuntatt informali ma’ dan(dawn) l-Istat(i) Membru(i) u/jew l-Istat(i) EFTA jew le.

▼B

6.2.2.   Speċifika jekk inti qiegħedx titlob diferiment ta' parti jew tal-każ kollu.

Jekk qiegħed titlob diferiment ta' parti mill-każ, speċifika kjarament liema parti jew partijiet tal-każ li dwahom inti titlob id-diferiment.

▼M2

Jekk qed titlob referenza tal-każ kollu, trid tikkonferma li m’hemm l-ebda suq affettwat barra mit-territorju ta’ l-Istat(i) Membru(i) u ta’ l-Istat(i) EFTA li qed titlobhom li ssir ir-referenza.

6.2.3.   Spjega b’liema mod kull wieħed mis-swieq affettwati fl-Istat(i) Membru(i) u fl-Istat(i) EFTA li qed titlobhom referenza jippreżenta l-karatteristiċi kollha ta’ suq distint fit-tifsira ta’ l-Artikolu 4(4).

▼B

6.2.4.   Għati spjegazzjoni ta' kif il-kompetizzjoni tista tkun sinifikament affettwata f'kull wieħed mis-swieq distinti msemmija hawn fuq fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 4(4).

▼M2

6.2.5.   FFil-każ li Stat(i) Membru(i) u/jew Stat(i) EFTA jsiru kompetenti biex jistħarrġu l-każ kollu jew parti minnu wara referenza skond l-Artikolu 4(4), inti tagħti l-kunsens tiegħek biex l-informazzjoni inkluża f’din il-Formola tiġi invokata mill-Istat(i) Membru(i) u/jew mill-Istat(i) EFTA in kwistjoni għall-iskop tal-proċeduri nazzjonali tiegħu(tagħhom) relatati ma’ dak il-każ jew ma’ parti minnu? IVA jew LE

▼B

Sub-sezzjoni 6.3

L-ARTIKOLU 4(5) DEFERIMENT

▼M2

6.3.1.   Għal kull Stat Membru/Stat EFTA, speċifika jekk il-konċentrazzjoni tistax tiġi mistħarrġa jew le taħt il-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni tiegħu. Trid tittikkja kaxxa waħda għal kull Stat Membru/Stat EFTA.

Il-konċentrazzjoni tista’ tiġi mistħarrġa taħt il-liġi nazzjonali tal-kompetizzjoni ta’ kull wieħed mill-Istati Membri/mill-Istati EFTA li ġejjin? Trid tagħti risposta għal kull Stat Membru/Stat EFTA. Indika biss IVA jew LE għal kull Stat Membru/Stat EFTA. Jekk ma tindikax IVA jew LE għal kwalunkwe Stat Membru/Stat EFTA jitqies bħallikieku indikajt IVA għal dak l-Istat Membru/l-Istat EFTA.



Il-Belġju:

IVA

LE

Il-Bulgarija:

IVA

LE

Ir-Repubblika Ċeka:

IVA

LE

Id-Danimarka:

IVA

LE

Il-Ġermanja:

IVA

LE

L-Estonja:

IVA

LE

L-Irlanda:

IVA

LE

Il-Greċja:

IVA

LE

Spanja:

IVA

LE

Franza:

IVA

LE

L-Italja:

IVA

LE

Ċipru:

IVA

LE

Il-Latvja:

IVA

LE

Il-Litwanja:

IVA

LE

Il-Lussemburgu:

IVA

LE

L-Ungerija:

IVA

LE

Malta:

IVA

LE

L-Olanda:

IVA

LE

L-Awstrija:

IVA

LE

Il-Polonja:

IVA

LE

Il-Portugall:

IVA

LE

Ir-Rumanija:

IVA

LE

Is-Slovenja:

IVA

LE

Is-Slovakkja:

IVA

LE

Il-Finlandja:

IVA

LE

L-Iżvezja:

IVA

LE

Ir-Renju Unit:

IVA

LE

L-Iżlanda:

IVA

LE

In-Norveġja:

IVA

LE

Il-Liechtenstein:

IVA

LE

6.3.2.   Għal kull Stat Membru/Stat EFTA, ipprovdi biżżejjed data finanzjarja jew ta’ xort’oħra biex turi li l-konċentrazzjoni tilħaq jew ma tilħaqx il-kriterji ġurisdizzjonali rilevanti taħt il-liġi nazzjonali applikabbli.

▼M2

6.3.3.   Spjega għaliex il-każ għandu jiġi eżaminat mill-Kummissjoni. Spjega b’mod partikolari jekk il-konċentrazzjoni tistax taffettwa l-kompetizzjoni lilhinn mit-territorju ta’ Stat Membru/Stat EFTA wieħed.

▼M2 —————

▼B

SEZZJONI 7   Dikjarazzjoni

Jirriżulta mill-Artikoli 2(2) u 6(2) tar-Regolament KE ta' l-Implementazzjoni ta' l-Inkorporazzjoni li meta n-notifiki jkunu iffirmati mir-rapreżentanti ta' l-impriżi, tali rapreżentanti għandhom jipproduċu prova bil-miktub li huma awtorizzati li jaġixxu. Tali awtorizzazzjoni għandha tkun takkumpanja in-notifika.

Il-preżentazzjoni raġġjonata għandha tispiċċa b'din id-dikjarazzjoni li ġejja li għandha tkun iffermata minn, jew f'isem, il-partijiet notifikanti kollha:

Il-parti jew il-partijiet tal-preżentazzjoni jiddikjaraw li, sa l-aħjar konoxxenza u twemmin tagħhom, l-informazzjoni mogħtija f'din il-preżentazzjoni hija vera, korretta, u kompluta, li kopji vera u kompluti tad-dokumenti meħtieġa mill-Formula PR huma fornuti, li l-estimi kollha huma identifikati bħala tali u li huma l-aħjar estimi tagħhom sabiex jaċċennaw il-fatti, u li l-opinjonijiet kollha kif espressi huma sinċieri.

Huma konxji bid-disposizzjoniijiet ta' l-Artikolu 14(1)(a) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

image

▼M2




ANNESS IV

Il-formola rm relatata ma’ l-informazzjoni dwar l-impenji sottomessi skond l-artikolu 6(2) u l-artikolu 8(2) tar-regolament (KE) Nru 139/2004

FORMOLA RM RELATATA MAR-RIMEDJI

INTRODUZZJONI

Din il-formola tispeċifika l-informazzjoni u d-dokumenti li għandhom jiġu sottomessi mill-impriżi kkonċernati fl-istess ħin li joffru l-impenji skond l-Artikolu 6(2) jew l Artikolu 8(2) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004. L-informazzjoni mitluba hija meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista’ teżamina jekk l-impenji jistgħux jagħmlu l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni billi se jipprevjenu ostaklu sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva. Il-Kummissjoni tista’ twarrab l-obbligu li tipprovdi kwalunkwe informazzjoni partikolari fir-rigward ta’ l-impenji offruti, inklużi dokumenti, jew kwalunkwe rekwiżit ieħor stabbilit f’din il-formola fejn tqis li l-konformità ma’ dawk l-obbligi jew ma’ dawk ir-rekwiżiti mhijiex meħtieġa biex jiġu eżaminati l-impenji offruti. Il-livell ta’ informazzjoni meħtieġ se jvarja skond it-tip u l-istruttura tar-rimedju propost. Pereżempju, ir-rimedji ta’ tqassim (carve-out) tipikament se jeħtieġu informazzjoni aktar dettaljata mill-bejgħ ta’ l-assi ta’ negozji awtonomi (stand-alone). Il-Kummissjoni hija disponibbli biex tiddiskuti l-ambitu ta’ l-informazzjoni meħtieġa mal-partijiet bil-quddiem. Jekk tqis li kwalunkwe informazzjoni partikolari mitluba minn din il-Formola tista’ ma tkunx meħtieġa għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni, tista’ tavviċina lill-Kummissjoni u titlobha twarrab ċerti rekwiżiti, filwaqt li tagħti raġunijiet adegwati għaliex dik l-informazzjoni ma tkunx rilevanti.

TAQSIMA 1

Deskrizzjoni ta’ l-impenn

1.1.

Ipprovdi informazzjoni dettaljata dwar

(i) l-għan ta’ l-impenji offruti, u

(ii) il-kondizzjonijiet għall-implimentazzjoni tagħhom.

1.2.

F’każ li l-impenji offruti jikkonsistu fil-bejgħ ta’ l-assi ta’ negozju, it-Taqsima 5 tipprovdi għall-informazzjoni speċifika meħtieġa.

TAQSIMA 2

L-idoneità biex jitneħħa t-tħassib tal-kompetizzjoni

2.

Ipprovdi informazzjoni li turi l-idoneità ta’ l-impenji offruti biex jitneħħa l-ostaklu sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva li ġie identifikat mill-Kummissjoni.

TAQSIMA 3

Devjazzjoni mit-Testi Mudell

3.

Identifika kwalunkwe devjazzjoni ta’ l-impenji offruti mit-testi ta’ l-Impenji Mudell pertinenti li ġew ippubblikati mis-servizzi tal-Kummissjoni, kif ikunu riveduti minn żmien għal żmien, u spjega r-raġunijiet għad-devjazzjonijiet.

TAQSIMA 4

Sommarju ta’ l-impenji

4.

Ipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali tan-natura u ta’ l-ambitu ta’ l-impenji offruti u għaliex, fil-fehma tiegħek, dawn huma adattati biex ineħħu kwalunkwe ostaklu sinifikanti għal kompetizzjoni effettiva. Il-Kummissjoni tista’ tuża dan is-sommarju għat-test tas-suq ta’ l-impenji offruti ma’ partijiet terzi.

TAQSIMA 5

Informazzjoni dwar negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu

5.

F’każ li l-impenji offruti jikkonsistu fil-bejgħ ta’ l-assi ta’ negozju, ipprovdi l-informazzjoni u d-dokumenti li ġejjin.

Informazzjoni ġenerali dwar in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu

Għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni li ġejja rigward il-ħidma kurrenti tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu u t-tibdiliet li diġà ġew ippjanati għall futur:

5.1.

Iddeskrivi n-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu b’mod ġenerali, inklużi l-entitajiet li jappartjenuh, is-sede prinċipali u l-post ta’ ġestjoni tagħhom, postijiet oħrajn għall-produzzjoni jew għall-provvista tas-servizzi, l-istruttura organizzattiva ġenerali, eċċ.

5.2.

Iddikjara jekk hemmx u ddeskrivi kwalunkwe ostaklu legali għat-trasferiment tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu jew l-assi, inklużi d-drittijiet ta’ partijiet terzi u l-approvazzjonijiet amministrattivi meħtieġa.

5.3.

Elenka u ddeskrivi l-prodotti manifatturati jew is-servizzi pprovduti, b’mod partikolari l-karatteristiċi tekniċi u ta’ xort’oħra tagħhom, il-marki (brands) involuti, il-fatturat iġġenerat b’kull wieħed minn dawn il-prodotti jew minn dawn is-servizzi, u kwalunkwe innovazzjoni jew prodott jew servizz ġdid ippjanat.

5.4.

Iddeskrivi l-livell li fuqu l-funzjonijiet essenzjali tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu jitħaddmu jekk ma jitħaddmux fuq il-livell tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu stess, inklużi tali funzjonijiet bħar-riċerka u l-iżvilupp (R&D), il-produzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ, il-loġistika, ir-relazzjonijiet mal-klijenti, ir-relazzjonijiet mal-fornituri, is-sistemi ta’ l-IT, eċċ. Id-deskrizzjoni għandha tinkludi r-rwol imwettaq minn dawk il-livell l-oħra, ir-relazzjonijiet man-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu u r-riżorsi (persunal, assi, riżorsi finanzjarji, eċċ.) involuti fil-funzjoni.

5.5.

Iddeskrivi fid-dettall il-konnessjonijiet bejn in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu u impriżi oħrajn ikkontrollati mill-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika (irrispettivament mid-direzzjoni tal-konnessjoni), bħal

— Kuntratti ta’ fornitura, ta’ produzzjoni, ta’ distribuzzjoni, ta’ servizz jew oħrajn;

— Assi tanġibbli jew intanġibbli kondiviżi;

— Persunal kondiviż jew issekondat;

— Sistemi kondiviżi ta’ l-IT jew sistemi kondiviżi oħrajn; u

— Klijenti kondiviżi.

5.6.

Iddeskrivi f’termini ġenerali l-assi tanġibbli u intanġibbli rilevanti kollha li jintużaw minn u/jew li huma proprjetà tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu, li jinkludu, fi kwalunkwe każ, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-marki (brands).

5.7.

Issottometti ċart organizzattiva li tidentifika n-numru ta’ persunal li bħalissa qed jaħdem f’kull waħda mill-funzjonijiet tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu u lista ta’ dawk l-impjegati li huma indispensabbli għal ħidmet in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu, fejn tiddeskrivi l-funzjonijiet tagħhom.

5.8.

Iddeskrivi l-klijenti tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu, fejn tinkludi lista ta’ klijenti, deskrizzjoni tar-rekords korrispondenti disponibbli u ipprovdi t-turnover totali maħluq min-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu ma' kull wieħed minn dawn il-klijenti (f'EUR u bħala persentaġġ tat-turnover totali tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu).

5.9.

Ipprovdi data finanzjarja għan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu, inklużi l-fatturat u l-EBITDA (qligħ qabel l-imgħax, it-taxxi, id-deprezzament u l-amortizzament) miksuba fl-aħħar sentejn, u t-tbassir għas-sentejn li jmiss.

5.10.

Identifika u ddeskrivi kwalunkwe tibdil, li sar fl-aħħar sentejn, fl-organizzazzjoni tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu jew fil-konnessjonijiet ma’ impriżi oħrajn ikkontrollati mill-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika.

5.11.

Identifika u ddeskrivi kwalunkwe tibdil, ippjanat għas-sentejn li jmiss, fl-organizzazzjoni tan-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu jew fil-konnessjonijiet ma’ impriżi oħrajn ikkontrollati mill-partijiet li qed jippreżentaw in-notifika.

Informazzjoni ġenerali dwar in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu kif ġie deskritt fl-impenji

5.12.

Iddeskrivi kwalunkwe qasam fejn in-negozju li se jinbiegħu l-assi tiegħu kif ġie stabbilit fl-impenji offruti huwa differenti min-natura u mill-ambitu tan-negozju kif qed jaħdem bħalissa.

L-akkwist minn xerrej xieraq

5.13.

Spjega r-raġunijiet għaliex, fil-fehma tiegħek, in-negozju se jiġi akkwistat minn xerrej xieraq fil-perjodu ta’ żmien propost fl-impenji offruti.



( 1 ) ĠU L 24, tad-29.1.2004, p. 1.

( 2 ) ĠU L 395, tat-30.12.1989, p. 1.

( 3 ) ĠU L 180, tad-9.7.1997, p. 1.

( 4 ) ĠU L 61, tat-2.3.1998, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bl-Att ta’ l-Adezzjoni 2003.

( 5 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

( 6 ) Ara b’mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għall-Ftehim ŻEE, il-Protokolli 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzija (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”). Kwalunkwe referenza għall-Istati EFTA għandha tinftiehem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, dawn l-Istati huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

( 7 ) It-termini “konċentrazzjoni” huwa definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni u t-terminu “dimenzjoni Komunitarja” fl-Artikolu 1 tiegħu. Aktar minn hekk, l-Artikolu 4(5) jipprovdi li f'ċerti ċirkostanzi meta l-għetiebi tan-negozju globali tal-Komunità ma jkunux milħuqa, il-partijiet notifikanti jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni li titratta il-konċentrazzjoni proponuta tagħhom bħala li jkollha dimenzjoni Komunitarja.

( 8 ) Ara l-Artikolu 10(1) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

( 9 ) Ara l-Artikolu 10(3) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

( 10 ) Ara l-Artikolu 4(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

( 11 ) Ara, partikolarment, l-Artikolu 122 tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 9 tal-Protokoll 24 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 17(2) tal-Kapitolu XIII tal-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar l-istabbeliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizja (Il-Ftehim ESA).

( 12 ) Ara s-Sezzjoni 6.III dwar id-definizzjoni ta' swieq affettwati.

( 13 ) Dan jinkludi lill-kumpanija immirata fil-każ ta' offerta ikkontestata, f'liema każ id-dettalji għandhom ikunu mimlija sal-limitu possibbli.

( 14 ) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' l-impriżi ikkonċernati.

( 15 ) Ara, ġeneralment, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ilkalkolazzjoni tan-negozju globali. In-negozju globali tal-parti jew tal-partijiet li jakkwistaw il-konċentrazzjoni għandu jinkludi in-negozju globali miġmugħ ta' l-impriżi kollha fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. In-negozju globali tal-parti jew tal-partijiet li jakkwistaw għandu jinkludi in-negozju globali li jirigwardja il-partijiet suġġetti għat-transazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. Disposizzjoniijiet speċjali jinsabu fl-Artikoli 5(3), (4) u 5(5) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni dwar istituzzjonijiet ta' lrediti, asigurazzjoni u finanzjarji oħrajn u ta' impriżi konġunti.

( 16 )  ►M2  Ara l-Artiku 57 tal-Ftehim ŻEE u, b’mod partikolari, l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 24 għall-Ftehim ŻEE. Każ jikkwalifika bħala każ ta’ kooperazzjoni jekk il-fatturat ikkombinat ta’ l-impriżi kkonċernati fit-territorju ta’ l-Istati EFTA jkun daqs 25 % jew aktar tal-fatturat totali tagħhom fit-territorju kopert mill-Ftehim ŻEE; jew kull waħda minn għallinqas żewġ impriżi kkonċernati jkollha fatturat li jeċċedi l-EUR 250 miljun fit-territorju ta’ l-Istati EFTA; jew il-konċentrazzjoni tista’ xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fit-territorji ta’ l-Istati EFTA jew f’parti sostanzjali minnhom, b’mod partikolari minħabba l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti. ◄

( 17 ) Ara l-Artikoli 3(3), 3(4) u 3(5) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

( 18 ) Ara s-Sezzjoni 6 dwar id-definizzjoni ta' swieq affettwati.

( 19 ) Kif stabbilit fil-Partijiet 1.1 u 1.3(g) introduttorji, fil-kuntest tan-notifika bil-quddiem, jekk trid int tkun tista tiddiskuti mal-Kummissjoni sa liema medda id-dispensa (rinunzja) li tipprovdi id-dokumenti mitluba tista tkun xierqa. Meta dispensa tkun mitluba, il-Kummissjoni tista tispeċifika id-dokumenti li għandhom ikunu ipprovduti f'każ partikolari fit-talba għall-informazzjoni permezz ta' l-Artikolu 11 tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

( 20 ) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq relevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

( 21 ) Per eżempju, jekk parti fil-konċentrazzjoni jkollha sehem tas-suq akbar minn 25 % fis-suq li huwa bil-parti tal-bidu tal-katina ġewwa suq li fih il-parti l-oħra tkun attiva, allura kemm is-swieq tan-naħa tal-bidu u wkoll tan-naħa tat-tmiem fil-katina tas-suq huma swieq affettwati. L-istess, jekk kumpanija integrata b'mod vertikali issir inkorporata ma parti oħra li hija attiva fil-level tat-tmiem tal-katina tas-suq, u l-inkorporazzjoni twasal għal sehem miġmugħ tas-suq fil-livell tat-tmiem tal-katina tas-suq ta' 25 % jew aktar, allura kemm is-swieq fin-naħa tal-bidu u wkoll tat-tmiem fil-katina tas-suq huma swieq affettwati.

( 22 ) Kif stabbilit fil-Partijiet 1.1 u 1.3(g) introduttorji, fil-kuntest tan-notifika bil-quddiem, jekk trid int tkun tista tiddiskuti mal-Kummissjoni sa liema medda id-dispensa (rinunzja) li tipprovdi id-dokumenti mitluba tista tkun xierqa għal ċerti swieq affettwati, jew għal ċerti swieq oħrajn (kif deskritt taħt IV).

( 23 ) Prodotti (jew servizzi) huma msejjħa komplimentarji meta, per eżempju, l-użu (jew il-konsum) ta' prodott wieħed essennzjalment jimplika l-użu (jew il-konsum) tal-prodott l-ieħor, bġal ma huma l-magni tal-istaples u l-istaples infushom, il-magni tal-istampar u l-kartuċċi tal-istampar.

( 24 ) Eżempji ta' prodotti li jappartienu għal tali medda ikunu il-whisky u l-ġnibru mibjugħa fil-ħwienet tax-xorb u fir-resturanti, u materjali differenti għall-ippakkjar ta' ċerta kategorija ta' oġġetti mibjugħa lill-produtturi ta' tali oġġetti.

( 25 ) Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta' l-Implimentazzjoni.

( 26 ) Il-valur u l-volum tas-suq għandu jirreffletti il-produzzjoni li minnha titnaqqas l-esportazzjoni u magħha tiżdied l-importazzjoni għal dawk iż-żoni ġeografiċi fil-konsiderazzjoni. Jekk disponibli mingħajr tbgħaja, mitlub li tipprovdi informazzjonui mhux miġmugħa dwar l-importazzjoni u l-esportazzjoni skond il-pajjiż ta' l-oriġini u tad-destinazzjoni, rispettivament.

( 27 ) IHH tintuża għall-Indiċi Herfindahl-Hirschman, li huwa kejl tal-konċentrazzjoni tas-suq. IL-IHH huwa ikkalkolat billi jkunu magħduda il-kwadri ta' l-ishma individwali tas-suq dwar id-ditti kollha fis-suq. Per eżempju, suq li jkun fih ħames ditti b'ishma tas-suq ta' 40 %, 20 %, 15 %, 15 % u 10 %, rispettivament, għandu IHH ta' 2 550 (402 + 202 + 152 + 152 + 102 = 2 550). Il-medda ta' l-IHH tibda minn qrib żero (fi swieq atomistiċi) għal 10 000 (fil-każ ta' monopolju pur). Il-IHH ta' wara l-imkorporazzjoni huwa ikkalkolat fuq l-ipoteżi prattikanti li l-ishma individwali tas-suq tal-kumpanija ma jinbidilx. Għalhekk ikun l-aħjar li jkunu inklużi id-ditti kollha fil-kalkolazzjoni, nuqqas ta' informazzjoni dwar numru ferm żgħir ta' ditti tista ma tkunx importanti minħaba li tali ditti ma jkunux jaffettwaw il-IHH sinifikament.

( 28 ) Iż-żieda fil-konċentrazzjoni kif imkejjla bill-IHH tista tkun ikkalkolata independentament għall-konċentrazzjoni totali tas-suq billi jkun irduppjat il-prodott ta' l-ishma tas-suq tad-ditti fl-inkorporazzjoni. Per eżempju, inkorporazzjoni ta' żewġ ditta b'ishma tas-suq ta' 30 % u 15 % rispettivament tkun iżżid il-IHH bi 900 (30 × 15 × 2 = 900). L-ispjegazzjoni għal din it-teknika hija kif ġej: Qabel l-inkorporazzjoni, l-ishma tas-suq tad-ditti ta' l-imkorporazzjoni li jikkontribwixxu lejn il-IHH bil-kwadri individwali tagħhom: (a)2 + (b)2. Wara l-inkorporazzjoni, il-kontribuzzjoni hija l-kwadru tas-somma tagħhom: (a + b) 2, li hija egwali għal (a) 2 + (b) 2 + 2ab. Iż-żieda fil-IHH hija għalhekk repreżentata bi 2ab.

( 29 ) Iġiefiri, il-fornituri li ma humiex sussidjarji, aġenti jew impriżi li jifformaw parti mill-grupp tal-parti f'dak il-każ. B'żieda ma dawk il-ħames fornituri independenti, il-partijiet notifikanti jistgħu, jekk huma jikkonsidraw li huwa meħtieġ għal kalkolazzjoni xierqa, jidentifikaw il-fornituri intra-grupp. L-istesss għandu jkun japplika fi 8.6 b'relazzjoni mal-klienti.

( 30 ) L-esperjenza wriet li l-eżeminazzjoni ta' każi kumplessi ta' spiss teħtieġ aktar dettalji tal-kuntatt mall-klient. Fil-korsa ta'kuntatti ta' qabel in-notifika, is-servizzi tal-Kummissjoni jistgħu jitolbu għal akter dettalji dwar il-kuntatt mal-klienti dwar ċerti swieq affettwati.

( 31 ) L-intesità tar-riċerka u l-iżvilupp hija defita bħala l-ispiża tar-riċerka ta' l-iżvilupp bħala proporzjoni tan-negozju globali.

( 32 ) Għandu jkun innotat li l-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni b'reazzjoni għas-Sezzjoni 9.3 hija voluntarja. Il-partijiet ma humiex meħtieġa li joffru xi ġustifikazzjoni jekk huma ma jimlewx din is-sezzjoni. Nuqas li tkun ipprovduta l-ifnormazzjoni dwar l-effiċċjenzi m'għandhiex tkun meqjusa bħala li timplika li l-konċentrazzjoni proponuta ma tkunx toħloq effiċċjenzi jew li r-razzjonali tal-konċentrazzjoni ikunu iż-żieda fil-qawwa tas-suq. LI ma tkunx ipprovduta l-informazzjoni mitluba dwar l-effiċċjenzi fl-istadu tan-notifika ma jfixklix milli din l-informazzjoni tkun ipprovduta fi stadju aktar tard. B'dana kollu, aktar ma tkun ipprovduta kmieni din l-informazzjoni, aktar il-Kummissjoni tkun tista tivverifika l-istqarija ta' l-effiċjenza.

( 33 ) Għal aktar gwida dwar l-istudju ta' l-effiċċjenzi, ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-istudju ta' korporazzjonijiet orizzontali.

( 34 ) Għad-definizzjonijiet tas-suq għandek tirreferi għas-Sezzjoni 6.

( 35 ) Ara l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE.

( 36 ) Ara l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE.

( 37 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).

( 38 ) Ara b’mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għall-Ftehim ŻEE, il-Protokolli 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzija (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”). Kwalunkwe referenza għall-Istati EFTA għandha tinftiehem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, dawn l-Istati huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

( 39 ) Is-swieq ta' prodott huma relatati mill-qrib ma swieq ġirien meta l-prodotti huma komplimentarji għall-xulxin jew meta dawn ikunu jappartieni għal medda ta' prodotti li huma ġeneralment mixtrija mill-istesss sett ta' klienti għall-istesss użu finali.

( 40 ) Ara l-Artikolu 4(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni

( 41 ) Ara, partikolarment, l-Artikolu 122 tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 9 tal-Protokoll 24 tal-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 17(2) tal-Kapitolu XIII tal-Protokoll 4 tal-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar l-istabbeliment ta' Awtorità ta' Sorveljanza u ta' Qorti tal-Ġustizja (Il-Ftehim ESA).

( 42 ) Ara s-Sezzjoni 6.III dwar id-definizzjoni ta' swieq rapportabbli.

( 43 ) Dan jinkludi lill-kumpanija immirata fil-każ ta' offerta ikkontestata, f'liema każ id-dettalji għandhom ikunu mimlija sal-limitu possibbli.

( 44 ) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta' l-impriżi ikkonċernati.

( 45 ) Ara, ġeneralment, l-Avviż tal-Kummissjoni dwar ilkalkolazzjoni tan-negozju globali. In-negozju globali tal-parti jew tal-partijiet li jakkwistaw il-konċentrazzjoni għandu jinkludi in-negozju globali miġmugħ ta' l-impriżi kollha fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. In-negozju globali tal-parti jew tal-partijiet li jakkwistaw għandu jinkludi in-negozju globali li jirigwardja il-partijiet suġġetti għat-transazzjoni fil-qofol tat-tifsira ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni. Disposizzjoniijiet speċjali jinsabu fl-Artikoli 5(3), (4) u 5(5) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni dwar istituzzjonijiet ta' lrediti, asigurazzjoni u finanzjarji oħrajn u ta' impriżi konġunti.

( 46 ) Ara l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE u, b’mod partikolari, l-Artikolu 2(1) tal-Protokoll 24 għall-Ftehim ŻEE. Każ jikkwalifika biex jiġi ttrattat bħala każ ta’ kooperazzjoni jekk il-fatturat ikkombinat ta’ l-impriżi kkonċernati fit-territorju ta’ l-Istati EFTA jkun daqs 25 % jew aktar tal-fatturat totali tagħhom fit-territorju kopert mill-Ftehim ŻEE; jew kull waħda minn għallinqas żewġ impriżi kkonċernati jkollha fatturat li jeċċedi l-EUR 250 miljun fit-territorju ta’ l-Istati EFTA; jew il-konċentrazzjoni tista’ xxekkel b’mod sinifikanti l-kompetizzjoni effettiva fit-territorji ta’ l-Istati EFTA jew f’parti sostanzjali minnhom, b’mod partikolari minħabba l-ħolqien jew it-tisħiħ ta’ pożizzjoni dominanti.

( 47 ) Ara l-Artikoli 3(3), 3(4) u 3(5) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament KE ta' l-Inkorporazzjoni.

( 48 ) Ara s-Sezzjoni 6.III dwar id-definizzjoni ta' swieq rapportabbli.

( 49 ) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq relevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

( 50 ) Fil-kuntest tan-notifika bil-quddiem, jekk trid int tkun tista tiddiskuti mal-Kummissjoni sa liema medda id-dispensa (rinunzja) li tipprovdi id-dokumenti mitluba tista tkun xierqa għal ċerti swieq rapportabbli.

( 51 ) Il-valur u l-volum tas-suq għandu jirreffletti il-produzzjoni li minnha titnaqqas l-esportazzjoni u magħha tiżdied l-importazzjoni għal dawk iż-żoni ġeografiċi fil-konsiderazzjoni.

( 52 ) Għad-definizzjonijiet tas-suq għandek tirreferi għas-Sezzjoni 6.

( 53 ) Ara l-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE.

( 54 ) Ara l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE.

( 55 ) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 ta’ l-20 ta’ Jannar 2004 (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.)

( 56 ) Ara b’mod partikolari l-Artikolu 57 tal-Ftehim ŻEE, il-punt 1 ta’ l-Anness XIV għall-Ftehim ŻEE, il-Protokolli 21 u 24 għall-Ftehim ŻEE, kif ukoll il-Protokoll 4 għall-Ftehim bejn l-Istati EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja (li minn hawn ’il quddiem se jissejjaħ “il-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti”). Kwalunkwe referenza għall-Istati EFTA għandha tinftiehem bħala li tfisser dawk l-Istati EFTA li huma Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE. Sa mill-1 ta’ Mejju 2004, dawn l-Istati huma l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

( 57 ) Ara, b’mod partikolari, l-Artikolu 122 tal-Ftehim ŻEE, l-Artikolu 9 tal-Protokoll 24 għall-Ftehim ŻEE u l-Artikolu 17(2) tal-Kapitolu XIII tal-Protokoll 4 għall-Ftehim dwar is-Sorveljanza u l-Qorti.

( 58 ) Dan jinkludi lill-kumpanija immirata fil-każ ta' offerta ikkontestata, f'liema każ id-dettalji għandhom ikunu mimlija sal-limitu possibbli.

( 59 ) Ara s-Sezzjoni 4 dwar id-definizzjoni ta' swieq affettwati.

( 60 ) Ara l-Artikolu 3(3), 3(4) u 3(5) u l-Artikolu 5(4).

( 61 ) Ara s-Sezzjoni 4 dwar id-definizzjoni ta' swieq affettwati.

( 62 ) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni tas-suq relevanti għall-iskopijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Komunità.

( 63 ) Per eżempju, jekk parti fil-konċentrazzjoni jkollha sehem tas-suq akbar minn 25 % fis-suq li huwa bil-parti tal-bidu tal-katina ġewwa suq li fih il-parti l-oħra tkun attiva, allura kemm is-swieq tan-naħa tal-bidu u wkoll tan-naħa tat-tmiem fil-katina tas-suq huma swieq affettwati. L-istess, jekk kumpanija integrata b'mod vertikali issir inkorporata ma parti oħra li hija attiva fil-level tat-tmiem tal-katina tas-suq, u l-inkorporazzjoni twasal għal sehem miġmugħ tas-suq fil-livell tat-tmiem tal-katina tas-suq ta' 25 % jew aktar, allura kemm is-swieq fin-naħa tal-bidu u wkoll tat-tmiem fil-katina tas-suq huma swieq affettwati.

( 64 ) Il-valur u l-volum tas-suq għandu jirreffletti il-produzzjoni li minnha titnaqqas l-esportazzjoni u magħha tiżdied l-importazzjoni għal dawk iż-żoni ġeografiċi fil-konsiderazzjoni.

( 65 ) IHH tintuża għall-Indiċi Herfindahl-Hirschman, li huwa kejl tal-konċentrazzjoni tas-suq. IL-IHH huwa ikkalkolat billi jkunu magħduda il-kwadri ta' l-ishma individwali tas-suq dwar id-ditti kollha fis-suq. Per eżempju, suq li jkun fih ħames ditti b'ishma tas-suq ta' 40 %, 20 %, 15 %, 15 % u 10 %, rispettivament, għandu IHH ta' 2550 (402 + 202 + 152 + 152 + 102 = 2550). Il-medda ta' l-IHH tibda minn qrib żero (fi swieq atomistiċi) għal 10000 (fil-każ ta' monopolju pur). Il-IHH ta' wara l-imkorporazzjoni huwa ikkalkolat fuq l-ipoteżi prattikanti li l-ishma individwali tas-suq tal-kumpanija ma jinbidilx. Għalhekk ikun l-aħjar li jkunu inklużi id-ditti kollha fil-kalkolazzjoni, nuqqas ta' informazzjoni dwar numru ferm żgħir ta' ditti tista ma tkunx importanti minħaba li tali ditti ma jkunux jaffettwaw il-IHH sinifikament.

( 66 ) Iż-żieda fil-konċentrazzjoni kif imkejjla bill-IHH tista tkun ikkalkolata independentament għall-konċentrazzjoni totali tas-suq billi jkun irduppjat il-prodott ta' l-ishma tas-suq tad-ditti fl-inkorporazzjoni. Per eżempju, inkorporazzjoni ta' żewġ ditta b'ishma tas-suq ta' 30 % u 15 % rispettivament tkun iżżid il-IHH bi 900 (30 × 15 × 2 = 900). L-ispjegazzjoni għal din it-teknika hija kif ġej: Qabel l-inkorporazzjoni, l-ishma tas-suq tad-ditti ta' l-imkorporazzjoni li jikkontribwixxu lejn il-IHH bil-kwadri individwali tagħhom: (a)2 + (b)2. Wara l-inkorporazzjoni, il-kontribuzzjoni hija l-kwadru tas-somma tagħhom: (a + b) 2, li hija egwali għal (a) 2 + (b) 2 + 2ab. Iż-żieda fil-IHH hija għalhekk repreżentata bi 2ab.

( 67 ) Iġiefiri, il-fornituri li ma humiex sussidjarji, aġenti jew impriżi li jifformaw parti mill-grupp tal-parti f'dak il-każ. B'żieda ma dawk il-ħames fornituri independenti, il-partijiet notifikanti jistgħu, jekk huma jikkonsidraw li huwa meħtieġ għal kalkolazzjoni xierqa, jidentifikaw il-fornituri intra-grupp. L-istess għandu jkun japplika b'relazzjoni mal-klienti.

( 68 ) Għad-definizzjonijiet tas-suq għandek tirreferi għas-Sezzjoni 4.