<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-488/16 P</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0488</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:673">EU:C:2018:673</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20180906">6.9.2018</DATE> – Kawża C-488/16 P</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise vs EUIPO</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20180906">6 ta’ Settembru 2018</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Appell</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark tal-Unjoni Ewropea</KEYWORD><KEYWORD>Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità</KEYWORD><KEYWORD>Trade mark verbali NEUSCHWANSTEIN</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 207/2009</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 7(1)(b) u (c)</KEYWORD><KEYWORD>Raġunijiet assoluti għal rifjut</KEYWORD><KEYWORD>Karattru deskrittiv</KEYWORD><KEYWORD>Indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika</KEYWORD><KEYWORD>Karattru distintiv</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 52(1)(b)</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Mala fide</HT></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑488/16 P,</P><P>li għandha bħala suġġett appell skont l-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fit-<DATE ISO="20160913">13 ta’ Settembru 2016</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bundesverband Souvenir</HT> – <HT TYPE="BOLD">Geschenke</HT> – <HT TYPE="BOLD">Ehrenpreise eV</HT>, stabbilita f’Veitsbronn (il-Ġermanja), irrappreżentata minn B. Bittner, Rechtsanwalt,</P><PARTY.STATUS>appellanti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>il-partijiet l-oħra fil-kawża huma:</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)</HT>, irrappreżentat minn D. Botis, A. Schifko u D. Walicka, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P><HT TYPE="BOLD">Freistaat Bayern</HT>, irrappreżentat minn M. Müller, Rechtsanwalt,</P><PARTY.STATUS>intervenjent fl-ewwel istanza,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn J. L. da Cruz Vilaça, President ta’ Awla, E. Levits, A. Borg Barthet (Relatur), M. Berger u F. Biltgen, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: R. Şereş, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20171129">29 ta’ Novembru 2017</DATE>,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20180111">11 ta’ Jannar 2018</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise eV qiegħda titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-<DATE ISO="20160705">5 ta’ Lulju 2016</DATE>, Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise vs EUIPO – Freistaat Bayern (NEUSCHWANSTEIN) (T-167/15, mhux ippubblikata, iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>sentenza appellata<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:391">EU:T:2016:391</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors tagħha għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-<DATE ISO="20150122">22 ta’ Jannar 2015</DATE> (Każ R 28/2014-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn l-appellanti u Freistaat Bayern (l-Istat Ħieles ta’ Bayern, il-Ġermanja) (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>deċiżjoni kontenzjuża<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 7, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Raġunijiet assoluti għal rifjut<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-<DATE ISO="20090226">26 ta’ Frar 2009</DATE> dwar it-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="078" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 78, p. 1</REF.DOC.OJ>), jipprevedi, fil-paragrafu 1(b) u (c) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Dawn li ġejjin ma jistgħux jiġu rreġistrati:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>trade marks li mhumiex ta’ karattru distintiv;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>trade marks li jikkonsistu esklussivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jintużaw fil-kummerċ sabiex jindikaw ix-xorta, il-kwalità, il-kwantità, l-użu intenzjonat, il-valur, l-oriġini ġeografika jew il-ħin ta’ produzzjoni tal-prodotti jew ta’ meta ingħata s-servizz, jew karatteristiċi oħrajn tal-prodotti jew servizzi;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 52, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Raġunijiet assoluti ta’ invalidità<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, ta’ dan ir-regolament jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Trade mark [tal-Unjoni Ewropea] għandha tiġi ddikjarata bħala invalida wara applikazzjoni lill-Uffiċċju jew fuq il-bażi ta’ kontrotalba fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni,</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>meta t-trade mark [tal-Unjoni Ewropea] tkun ġiet irreġistrata kuntrarju tad-disposizzjonijiet tal-Artikolu 7;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta l-applikant jkun aġixxa morożament [<HT TYPE="ITALIC">in mala fide</HT>] meta jkun ippreżenta l-applikazzjoni għat-trade mark.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għat-tilwima</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20110722">22 ta’ Lulju 2011</DATE>, l-Istat Ħieles ta’ Bayern ippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea quddiem l-EUIPO, skont r-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>It-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni hija s-sinjal verbali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>NEUSCHWANSTEIN<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>trade mark ikkontestata<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-prodotti u s-servizzi li fir-rigward tagħhom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jaqgħu fil-klassijiet 3, 8, 14 sa 16, 18, 21, 25, 28, 30, 32 sa 36, 38 u 44 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-<DATE ISO="19570615">15 ta’ Ġunju 1957</DATE>, kif irrivedut u emendat, u jikkorrispondu, għal kull waħda minn dawn il-klassijiet, għad-deskrizzjoni segwenti:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>klassi 3: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Oġġetti ta’ fwieħa, oġġetti għall-kura tal-ġisem u tas-sbuħija<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 8: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Skieken, frieket u mgħaref ta’ metall prezzjuż<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 14: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Oġġetti ta’ ġojjellerija; arloġġi u arloġġi tal-idejn<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 15: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Strumenti mużikali; kaxxi mużikali; strumenti mużikali elettriċi u elettroniċi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 16: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Karta għal ittri u karti għat-teħid ta’ noti; lapsijiet u inka<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 18: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ġilda u imitazzjoni tal-ġilda; umbrelel; basktijiet għall-ivvjaġġar; basktijiet li jinżammu fl-idejn; koperturi għal kostumi; basktijiet; basket għal dokumenti; basktijiet għal oġġetti ta’ iġjene personali (mingħajr dawn l-oġġetti); basktijiet żgħar għal oġġetti ta’ iġjene<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 21: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Oġġetti tal-ħġieg, tal-porċellana u tal-fajjenza li ma humiex inklużi fi klassijiet oħra, kontenituri fejn jitħejja t-te li ma humiex magħmula minn metalli prezzjużi<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 25: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Ħwejjeġ; żrabejn; kpiepel; artikli li jżommu l-kalzetti f’posthom; ċinturini; ċingi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 28: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Logħob, ġugarelli; logħob ta’ fuq il-mejda<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 30: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Kafè; te; kawkaw; zokkor; għasel; xogħol tal-għaġina; kejkijiet; gallettini; ħelu; ġelati; xogħol tal-ħelu; ħwawar<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 32: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Xorb mingħajr alkoħol; birer<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 33: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Xorb alkoħoliku, bl-eċċezzjoni tal-birer<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 34: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Sulfarini; kaxxetti għas-sigaretti, kontenituri għall-irmied tas-sigaretti, oġġetti magħmula minn metalli mhux prezzjużi għal min ipejjep; sigaretti; tabakk<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 35: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Servizzi ta’ aġenziji ta’ pubbliċità<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 36: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Assigurazzjonijiet; finanzi; affarijiet monetarji; affarijiet marbuta ma’ proprjetà immobbli<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 38: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Servizzi ta’ telekomunikazzjonijiet u ta’ komunikazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>;</P></ITEM><ITEM><P>klassi 44: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>Servizzi ta’ kura tal-iġjene u tas-sbuħija għall-irġiel<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata ġiet ippubblikata fil-<HT TYPE="ITALIC">Bulletin des marques communautaires</HT> Nru 166/2011, tat-<DATE ISO="20110902">2 ta’ Settembru 2011</DATE>, u t-trade mark ikkontestata ġiet irreġistrata fit-<DATE ISO="20111212">12 ta’ Diċembru 2011</DATE> bin-numru 10144392.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20120210">10 ta’ Frar 2012</DATE>, l-appellanti ppreżentat talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, skont l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tal-istess regolament, kontra t-trade mark ikkontestata għall-prodotti u għas-servizzi kollha msemmija fil-punt 6 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20131021">21 ta’ Ottubru 2013</DATE>, id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO ċaħdet din it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità billi kkonkludiet li t-trade mark ikkontestata la kienet tikkonsisti f’indikazzjonijiet li setgħu jindikaw l-oriġini ġeografika, u lanqas f’karatteristiċi oħra inerenti għall-prodotti u għas-servizzi kkonċernati, u li għalhekk ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009. Barra minn hekk, hija kkunsidrat li, peress li t-trade mark inkwistjoni kienet distintiva għall-prodotti u għas-servizzi kkonċernati, ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ dan ir-regolament. Fl-aħħar nett, hija kkunsidrat li l-appellanti ma kinitx ipprovdiet prova li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata kienet saret b’<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> u li għalhekk ma kienx hemm ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20131220">20 ta’ Diċembru 2013</DATE>, l-appellanti ppreżentat appell quddiem l-EUIPO, skont l-Artikoli 58 sa 64 tar-Regolament Nru 207/2009, kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO kkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħad l-appell tal-appellanti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali u s-sentenza appellata</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit-<DATE ISO="20150402">2 ta’ April 2015</DATE>, l-appellanti ppreżentat rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kontenzjuża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħha, hija invokat tliet motivi, ibbażati fuq ksur, rispettivament, tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, tal-Artikolu 7(1)(c) ta’ dan ir-regolament u tal-Artikolu 52(1)(b) tal-imsemmi regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet it-tliet motivi invokati mill-appellanti u, għaldaqstant, ċaħdet ir-rikors fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Permezz tal-appell tagħha, l-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla s-sentenza appellata;</P></ITEM><ITEM><P>tannulla r-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata, u</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-Istat Ħieles ta’ Bayern jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tiċħad l-appell u tikkundanna lill-appellanti għall-ispejjeż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-appell</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji bbażati fuq ksur, rispettivament, tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, tal-Artikolu 7(1)(b) tal-imsemmi regolament kif ukoll tal-Artikolu 52(1)(b) ta’ dan l-istess regolament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 meta ddeċidiet li t-trade mark ikkontestata ma kinitx deskrittiva tal-prodotti u tas-servizzi kkonċernati. Dan l-aggravju huwa essenzjalment maqsum f’żewġ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel parti, l-appellanti tikkontesta ċerti evalwazzjonijiet li l-Qorti Ġenerali għamlet fil-punti 22, 26 u 27 tas-sentenza appellata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>B’hekk, fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali allegatament żbaljat meta qieset, fil-punt 22 tas-sentenza appellata, li, fir-rigward ta’ ċerti prodotti li jaqgħu fil-klassi 14, il-livell ta’ attenzjoni tal-pubbliku rilevanti huwa ogħla. Skont l-appellanti, minkejja li din il-klassi ta’ prodotti tinkludi parzjalment prodotti għoljin, xorta waħda ma hemmx lok li jitqies, b’mod ġenerali, li l-livell ta’ attenzjoni ser ikun ogħla fir-rigward tagħhom, u dan sa fejn oġġetti ta’ ġojjellerija u arloġġi jistgħu jiġu proposti wkoll bi prezzijiet raġonevoli ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali allegatament żbaljat meta qieset, fil-punt 26 tas-sentenza appellata, li l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, li litteralment ifisser il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>ġebla l-ġdida taċ-ċinju<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, huwa isem fittizju u oriġinali li madankollu ma jippermettix lill-pubbliku rilevanti jistabbilixxi rabta mal-kategoriji ta’ prodotti u ta’ servizzi kkonċernati. Skont l-appellanti, din il-konstatazzjoni timplika analiżi tal-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> li ma titwettaqx mill-pubbliku rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, l-appellanti ssostni li l-punt 27 tas-sentenza appellata jinkludi kontradizzjoni sa fejn il-Qorti Ġenerali tammetti, minn naħa, li l-kastell ta’ Neuschwanstein jista’ jiġi llokalizzat minn perspettiva ġeografika, filwaqt li ssostni, min-naħa l-oħra, li ma jistax jitqies li huwa post ġeografiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fir-raba’ u l-aħħar lok, l-appellanti tqis li l-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fil-punt 27 tas-sentenza appellata, fis-sens li l-kastell ta’ Neuschwanstein huwa qabel kollox mużew, ma hijiex preċiża. Fil-fatt, l-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali allegatament tikkontradixxi ruħha sa fejn tindika, f’dan l-istess punt, li dan il-kastell huwa magħruf għall-arkitettura unika tiegħu, li ma huwiex il-każ għal mużew. It-tieni nett, skont l-appellanti, il-pubbliku rilevanti jipperċepixxi l-imsemmi kastell bħala bini li l-aspett partikolari tiegħu huwa marbut ukoll mas-sitwazzjoni ġeografika tiegħu u mhux bħala mużew. Fl-aħħar nett, l-importanza ta’ mużew tiġi evalwata fid-dawl tal-oġġetti li jkunu esposti fih. Issa, il-pubbliku jżur dan l-istess kastell sabiex jammira l-arkitettura unika tiegħu u mhux l-oġġetti li huma esposti fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti tikkritika lill-Qorti Ġenerali li naqset milli tosserva l-interess ġenerali li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll il-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Windsurfing Chiemsee</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑108/97 u C‑109/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:230">EU:C:1999:230</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), meta ddeċidiet, fil-punt 27 tas-sentenza appellata, li peress li l-kastell ta’ Neuschwanstein ma huwiex post ta’ produzzjoni ta’ prodotti jew ta’ provvista ta’ servizzi bħala tali, it-trade mark ikkontestata ma setgħetx tkun indikattiva tal-oriġini ġeografika tal-prodotti u tas-servizzi koperti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-appellanti, mis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Windsurfing Chiemsee</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑108/97 u C‑109/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:230">EU:C:1999:230</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li, fir-rigward tal-ismijiet ġeografiċi, jeżisti interess ġenerali li tkun ippreżervata d-disponibbiltà tagħhom b’mod partikolari minħabba l-kapaċità tagħhom li jinfluwenzaw il-preferenzi tal-konsumaturi, pereżempju billi jorbtu l-prodotti ma’ post li jista’ jqajjem sentimenti pożittivi. Skont l-appellanti, tali sentimenti pożittivi jistgħu jitqajmu b’mod partikolari permezz ta’<?PAGE NO="6"?> memorji ta’ btajjel, b’tali mod li l-pubbliku rilevanti jistabbilixxi rabta bejn il-prodotti u s-servizzi kkonċernati u l-post turistiku tal-kastell ta’ Neuschwanstein, u mhux bejn dawn il-prodotti u servizzi u impriża partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Dejjem skont l-appellanti, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, fil-punt 37 tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Windsurfing Chiemsee</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑108/97 u C‑109/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:230">EU:C:1999:230</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li r-rabta bejn prodott u post ġeografiku ma tiddependix neċessarjament mill-fabbrikazzjoni ta’ dan il-prodott f’dan il-post. Fil-każ ta’ ta’ suveniers, il-post ta’ kummerċjalizzazzjoni huwa determinanti għall-pubbliku rilevanti peress li tali oġġetti huma kkummerċjalizzati kważi esklużivament fil-madwar immedjat tas-sit turistiku kkonċernat. Għaldaqstant, il-post ta’ kummerċjalizzazzjoni għandu jitqies ukoll li huwa indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-appellanti ssostni li, billi bbażat ruħha, fil-punt 29 tas-sentenza appellata, esklużivament fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-imsemmija prodotti u servizzi mill-operatur tal-kastell stess, il-Qorti Ġenerali naqset milli tosserva l-interess ġenerali li jikkonsisti f’li tiġi ggarantita d-disponibbiltà tal-isem ta’ sit turistiku magħruf mad-dinja kollha fir-rigward ta’ suveniers.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-Istat Ħieles ta’ Bayern iqisu, prinċipalment, li l-ewwel aggravju għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli. Fi kwalunkwe każ, huma jsostnu li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod korrett il-ġurisprudenza rilevanti u l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tal-ewwel aggravju, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 256 TFUE u mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-appell huwa limitat għal punti ta’ liġi. Il-Qorti Ġenerali għandha kompetenza esklużiva sabiex tikkonstata u tevalwa l-fatti rilevanti kif ukoll sabiex tevalwa l-provi. Għaldaqstant, l-evalwazzjoni ta’ dawn il-fatti u ta’ dawn il-provi ma hijiex, ħlief fil-każ tal-iżnaturament tagħhom, punt ta’ liġi li huwa suġġett, bħala tali, għall-istħarriġ tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest ta’ appell (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100902">2 ta’ Settembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>Calvin Klein Trademark Trust vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑254/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:488">EU:C:2010:488</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Issa, il-konstatazzjonijiet magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 22, 26 u 27 tas-sentenza appellata, fis-sens li l-pubbliku rilevanti jagħti livell ta’ attenzjoni ogħla għall-prodotti u għas-servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 14 u 36, fis-sens li l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> huwa isem fittizju u oriġinali, fis-sens li l-kastell li għandu dan l-isem ma jistax jitqies li huwa post ġeografiku u fis-sens li l-kastell huwa prinċipalment mużew, jikkostitwixxu tali evalwazzjonijiet fattwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat li, permezz tal-argumenti li tressaq insostenn tal-ewwel parti, l-appellanti qiegħda sempliċement tikkontesta l-imsemmija evalwazzjonijiet fattwali mwettqa mill-Qorti Ġenerali u qiegħda fil-verità tipprova tikseb evalwazzjoni ġdida ta’ dawn il-fatti min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr madankollu ma qiegħda tallega xi tip ta’ żnaturament tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti ssostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali naqset milli tosserva l-interess ġenerali li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Windsurfing Chiemsee</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑108/97 u C‑109/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:230">EU:C:1999:230</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), meta ddeċidiet, fil-punt 27 tas-sentenza appellata, li, peress li l-kastell ta’ Neuschwanstein ma huwiex post ta’ produzzjoni ta’ prodotti jew ta’ provvista ta’ servizzi bħala tali, it-trade mark ikkontestata ma tistax tkun indikattiva tal-oriġini ġeografika tal-prodotti u tas-servizzi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, permezz tat-tieni parti tal-ewwel aggravju, l-appellanti qiegħda tikkritika lill-Qorti Ġenerali talli ma kklassifikatx l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> bħala indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika tal-prodotti u tas-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, b’tali mod li l-imsemmija parti tqajjem punt ta’ liġi, li huwa ammissibbli fil-kuntest ta’ appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 jipprojbixxi r-reġistrazzjoni ta’ trade marks tal-Unjoni Ewropea li jkunu kkostitwiti esklużivament minn sinjali jew minn indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex tiġi indikata l-oriġini ġeografika tal-prodott jew tas-servizz li fir-rigward tagħhom tkun saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, din id-dispożizzjoni għandha għan ta’ interess ġenerali, li jeżiġi li s-sinjali jew l-indikazzjonijiet deskrittivi tal-kategoriji ta’ prodotti jew ta’ servizzi li fir-rigward tagħhom tkun saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni għandhom ikunu jistgħu jintużaw b’mod liberu minn kulħadd, inklużi bħala trade marks kollettivi jew fi trade marks kumplessi jew grafiċi. Għaldaqstant, din id-dispożizzjoni tipprekludi li tali sinjali jew indikazzjonijiet jiġu rriżervati għal impriża waħda minħabba r-reġistrazzjoni tagħhom bħala trade mark (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Windsurfing Chiemsee</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑108/97 u C‑109/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:230">EU:C:1999:230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE>, <NAME.CASE>BSH vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑126/13 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2065">EU:C:2014:2065</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fir-rigward, b’mod iktar partikolari, ta’ sinjali jew ta’ indikazzjonijiet li jistgħu jservu sabiex tiġi indikata l-oriġini ġeografika tal-kategoriji ta’ prodotti li fir-rigward tagħhom saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark, b’mod partikolari l-ismijiet ġeografiċi, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li hemm interess ġenerali li tiġi ppreżervata d-disponibbiltà tagħhom b’mod partikolari minħabba l-kapaċità tagħhom mhux biss li eventwalment juru l-kwalità u karatteristiċi oħra tal-kategoriji tal-prodotti kkonċernati, iżda wkoll li jinfluwenzaw b’modi differenti l-preferenzi tal-konsumaturi, pereżempju billi jorbtu l-prodotti ma’ post li jista’ jqajjem sentimenti pożittivi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Windsurfing Chiemsee</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑108/97 u C‑109/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:230">EU:C:1999:230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li r-reġistrazzjoni ta’ sinjal tista’ tiġi rrifjutata fuq il-bażi tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 fil-każ biss li l-isem ġeografiku li għalih tkun saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni bħala trade mark jindika post li, fil-mument tal-applikazzjoni, ikollu, f’għajnejn il-kategorija ta’ persuni kkonċernati, rabta mal-kategorija ta’ prodotti kkonċernati jew jekk ikun raġonevoli li jitqies li tali rabta tista’ tiġi stabbilita fil-futur (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Windsurfing Chiemsee</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑108/97 u C‑109/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:230">EU:C:1999:230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040212">12 ta’ Frar 2004</DATE>, <NAME.CASE>Koninklijke KPN Nederland</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑363/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:86">EU:C:2004:86</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li, bħala prinċipju, l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 ma jipprekludix ir-reġistrazzjoni ta’ ismijiet ġeografiċi li ma jkunux magħrufa mill-kategorija ta’ persuni kkonċernati jew, minn tal-inqas, li ma jkunux magħrufa bħala isem ta’ post ġeografiku jew inkella ta’ ismijiet li fir-rigward tagħhom, minħabba l-karatteristiċi tal-post identifikat, ma huwiex verosimili li l-kategorija ta’ persuna kkonċernati tista’ tqis li l-kategorija ta’ prodotti kkonċernata toriġina minn dan il-post (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Windsurfing Chiemsee</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑108/97 u C‑109/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:230">EU:C:1999:230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali essenzjalment iddeċidiet, fil-punt 27 tas-sentenza appellata, li l-kastell ta’ Neuschwanstein huwa qabel kollox mużew, li l-funzjoni prinċipali tiegħu ma hijiex il-fabbrikazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta’ suveniers jew il-provvista ta’ servizzi, iżda l-konservazzjoni tal-patrimonju u li dan il-kastell ma huwiex magħruf għas-suveniers li jbigħ jew għas-servizzi li joffri. Minn dan il-Qorti Ġenerali ddeduċiet li, peress li l-imsemmi kastell ma huwiex post ta’ produzzjoni ta’ prodotti jew ta’ provvista ta’ servizzi bħala tali, it-trade mark ikkontestata ma tistax tkun indikattiva tal-oriġini ġeografika tal-prodotti u tas-servizzi koperti minnha. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tivverifika jekk, kif qiegħda ssostni l-appellanti, din l-evalwazzjoni tirriżultax minn nuqqas ta’ osservanza tal-interess ġenerali li fuqu huwa bbażat l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi eżaminat l-argument tal-appellanti fis-sens li l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> huwa deskrittiv fis-sens tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn il-memorja li għaliha jirreferi dan l-isem tirrifletti kwalità jew karatteristika essenzjali tal-prodotti u tas-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata ta’ natura li tippermetti lill-pubbliku rilevanti jistabbilixxi rabta bejn dawn il-prodotti u dawn is-servizzi u l-kastell ta’ Neuschwanstein.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, li ebda waħda mill-klassijiet fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice ma tikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>suveniers<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>. Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali kellha raġun meta qieset, kif jirriżulta mill-punti 22 u 27 tas-sentenza appellata, li l-prodotti koperti mit-trade mark ikkontestata huma prodotti ta’ konsum normali u li s-servizzi kkonċernati huma prestazzjonijiet tal-ħajja ta’ kuljum li jippermettu l-ġestjoni u l-operat tal-kastell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-proċess ma jirriżultax li l-imsemmija prodotti u servizzi intiżi għal użu ta’ kuljum għandhom karatteristiċi partikolari jew kwalitajiet speċifiċi li għalihom il-kastell ta’ Neuschwanstein huwa tradizzjonalment magħruf u li fir-rigward tagħhom huwa verosimili li l-pubbliku rilevanti jista’ jqis li ġejjin minn dan il-post jew li huma ffabbrikati jew ipprovduti hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>B’mod partikolari, fir-rigward tal-prodotti koperti mit-trade mark ikkontestata, għandu jiġi enfasizzat li l-fatt li dawn jinbiegħu bħala suveniers ma huwiex rilevanti sabiex jiġi evalwat il-karattru deskrittiv tal-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>. Fil-fatt, il-funzjoni ta’ suvenier attribwita lil prodott ma tikkostitwixxix karatteristika oġġettiva u inerenti għan-natura tal-prodott peress li din il-funzjoni tiddependi mir-rieda ħielsa tax-xerrej u tiddependi biss mill-intenzjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Sa fejn l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> jidentifika l-kastell b’dan l-isem, għandu jitqies li s-sempliċi tqegħid ta’ dan l-isem, b’mod partikolari fuq il-prodotti kkonċernati, jippermetti lill-pubbliku rilevanti jqis li dawn il-prodotti, ta’ konsum normali, huma wkoll suveniers. Il-fatt li dawn jikkostitwixxu suveniers bis-sempliċi tqegħid ta’ dan l-isem ma jikkostitwixxix, fih innifsu, karatteristika essenzjali deskrittiva tal-imsemmija prodotti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma huwiex raġonevoli li jitqies li, f’għajnejn il-pubbliku rilevanti, il-memorja li għaliha jirreferi l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/> tirrifletti kwalità jew karatteristika essenzjali tal-prodotti u tas-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, għandu jiġi eżaminat l-argument tal-appellanti fis-sens li l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> huwa deskrittiv tal-oriġini ġeografika tal-prodotti u tas-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata sa fejn il-post ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti u servizzi għandu jitqies li huwa element ta’ rabta tagħhom mal-kastell ta’ Neuschwanstein.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fis-sentenza tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19990504">4 ta’ Mejju 1999</DATE>, <NAME.CASE>Windsurfing Chiemsee</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑108/97 u C‑109/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1999:230">EU:C:1999:230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, għalkemm huwa minnu li l-indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika ta’ prodott hija, fil-każijiet normali, l-indikazzjoni tal-post fejn dan il-prodott ġie ffabbrikat jew jista’ jiġi ffabbrikat, ma jistax jiġi eskluż li r-rabta bejn prodott u post ġeografiku tiddependi minn elementi ta’ rabta oħra, pereżempju mill-fatt li dan il-prodott ġie ppjanat u ddisinjat f’dan il-post ġeografiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti tal-Ġustizzja ma llimitatx l-elementi ta’ rabta għall-post ta’ fabbrikazzjoni tal-prodotti kkonċernati. Madankollu, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punt 41 tal-konklużjonijiet tiegħu, dan ma jimplikax neċessarjament li l-post ta’ kummerċjalizzazzjoni jista’ jservi bħala element ta’ rabta bejn il-prodotti u s-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata u l-post ikkonċernat, u dan anki għal oġġetti mibjugħa bħala suveniers.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fil-fatt, is-sempliċi fatt li l-imsemmija prodotti u servizzi huma offruti f’post partikolari ma jistax jikkostitwixxi indikazzjoni deskrittiva tal-oriġini ġeografika tagħhom, sa fejn il-post ta’ bejgħ tal-imsemmija prodotti u servizzi ma jistax, bħala tali, jidentifika karatteristiċi, kwalitajiet jew partikolaritajiet speċifiċi marbuta mal-oriġini ġeografika tagħhom, bħalma huma artiġġjanat, tradizzjoni jew klima li jikkaratterizzaw post partikolari, kif osserva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 42 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif qieset il-Qorti Ġenerali fil-punti 27 u 29 tas-sentenza appellata, il-kastell ta’ Neuschwanstein ma huwiex magħruf għas-suveniers li jbigħ jew għas-servizzi li joffri, iżda huwa magħruf għall-arkitettura unika tiegħu. Barra minn hekk, mill-proċess ma jirriżultax li t-trade mark ikkontestata tintuża sabiex jiġu kkummerċjalizzati suveniers speċifiċi u sabiex jiġu proposti servizzi partikolari li għalihom din it-trade mark hija tradizzjonalment magħrufa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 41 tas-sentenza appellata, is-servizzi kollha koperti mit-trade mark ikkontestata ma humiex offruti direttament fuq is-sit tal-kastell ta’ Neuschwanstein. Fir-rigward tal-prodotti kkonċernati, kif tammetti l-appellanti stess fl-appell tagħha, ma huwiex eskluż li dawn jinbiegħu lil hinn mill-madwar ta’ dan il-kastell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma huwiex raġonevoli li jitqies li, f’għajnejn il-pubbliku rilevanti, il-post ta’ kummerċjalizzazzjoni, bħala tali, li għalih jirreferi l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, jikkostitwixxi deskrizzjoni ta’ kwalità jew ta’ karatteristika essenzjali tal-prodotti u tas-servizzi koperti mit-trade mark ikkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali ma wettqitx żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 27 tas-sentenza appellata, li, peress li l-kastell ta’ Neuschwanstein ma huwiex post ta’ produzzjoni ta’ beni jew ta’ provvista ta’ servizzi bħala tali, it-trade mark ikkontestata ma setgħetx tkun indikattiva tal-oriġini ġeografika tal-prodotti u tas-servizzi koperti minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni parti tal-ewwel aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata u li l-ewwel aggravju għandu għalhekk jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>It-tieni aggravju huwa kkostitwit minn żewġ partijiet. Permezz tal-ewwel parti, l-appellanti ssostni, l-ewwel nett, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 sa fejn, sabiex tevalwa l-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata, affermat biss, fil-punti 41 u 42 tas-sentenza appellata, li s-sempliċi tqegħid tal-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> fuq il-prodotti u s-servizzi kkonċernati jippermetti li dawn jiġu distinti minn dawk mibjugħa jew ipprovduti f’żoni kummerċjali jew turistiċi oħra. Skont l-appellanti, din il-konstatazzjoni ma tippermettix li tinstilet konklużjoni fir-rigward tal-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata. Fil-fatt, oġġett li jkollu fuqu l-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>Munich<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> huwa neċessarjament distint minn oġġett li jkollu fuqu l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>Hamburg<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, u dan sa fejn il-konsumaturi jistgħu jassumu li l-ewwel oġġett ġie ffabbrikat fi Munich u t-tieni wieħed f’Hamburg.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>It-tieni nett, fil-punt 41 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali tadotta, skont l-appellanti, raġunamenti ċirkolari meta ssostni li s-sinjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>NEUSCHWANSTEIN <QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> ma jidentifikax biss il-kastell ta’ Neuschwanstein fil-kwalità tiegħu ta’ mużew, iżda wkoll it-trade mark ikkontestata stess. B’hekk, il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali tantiċipa d-deċiżjoni dwar jekk l-imsemmi sinjal jistax jikkostitwixxi trade mark jew le.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-appellanti ssostni li l-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali, li tinsab fil-punt 42 tas-sentenza appellata, fis-sens li t-trade mark ikkontestata tippermetti, taħt is-sinjal tagħha, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti jew il-provvista ta’ servizzi li l-Istat Ħieles ta’ Bayern jista’ jikkontrolla l-kwalità tagħhom, ma hijiex indizju tal-karattru distintiv tas-sinjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>NEUSCHWANSTEIN<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, iżda hija konsegwenza tar-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tieni aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali kien imissha ħadet inkunsiderazzjoni, minn tal-inqas b’mod indikattiv, id-digriet tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja) tat-<DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>, li annulla r-reġistrazzjoni bħala trade mark nazzjonali tas-sinjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>NEUSCHWANSTEIN<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-Istat Ħieles ta’ Bayern iqisu li l-ewwel parti tat-tieni aggravju hija inammissibbli u li t-tieni parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tat-tieni aggravju, għandu jiġi osservat li, għalkemm il-formulazzjoni tal-appell ma hijiex ċara f’dan ir-rigward, mill-argumenti tal-appellanti jista’ jiġi dedott li din qiegħda ssostni, essenzjalment, li l-Qorti Ġenerali mmotivat b’mod insuffiċjenti l-evalwazzjoni tagħha tal-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Meta takkuża lill-Qorti Ġenerali li mmotivat b’mod insuffiċjenti l-konstatazzjoni li t-trade mark ikkontestata għandha karattru distintiv, l-appellanti tqajjem punt ta’ liġi li jista’, bħala tali, jiġi invokat fil-kuntest ta’ appell (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110705">5 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Edwin vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑263/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:452">EU:C:2011:452</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-obbligu ta’ motivazzjoni li għandha l-Qorti Ġenerali jirrikjedi li din tindika b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament segwit minnha, b’mod li l-persuni kkonċernati jkunu jistgħu jagħrfu l-ġustifikazzjonijiet tad-deċiżjoni meħuda u b’mod li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>3F vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑646/11 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:36">EU:C:2013:36</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, wara li fakkret, fil-punti 36 sa 39 tas-sentenza appellata, il-ġurisprudenza rilevanti sabiex jiġi evalwat il-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata, il-Qorti Ġenerali qieset, fil-punt 41 tas-sentenza appellata, li l-prodotti u s-servizzi kkonċernati huma prodotti maħsuba għall-konsum normali, mingħajr ma kien meħtieġ li ssir distinzjoni għal dawk li jistgħu jaqgħu f’kategoriji ta’ suveniers tipiċi, kif ukoll ta’ servizzi tal-ħajja ta’ kuljum, li huma distinti minn suveniers jew minn servizzi oħra relatati ma’ attività turistika minħabba s-sempliċi isem tagħhom, sa fejn dan l-isem ma jidentifikax biss il-kastell fil-kwalità tiegħu ta’ mużew iżda wkoll it-trade mark ikkontestata stess. Il-Qorti Ġenerali żiedet li l-prodotti kkonċernati ma humiex iffabbrikati fis-sit stess tal-kastell iżda sempliċement jinbiegħu hemmhekk u li, għalkemm uħud mis-servizzi kienu intiżi għall-ġestjoni tal-kastell, mhux kollha kienu offruti fuq il-post.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-punt 42 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-element verbali li jikkostitwixxi t-trade mark ikkontestata, li huwa identiku għall-isem tal-kastell, huwa isem ta’ fantażija mingħajr rabta deskrittiva mal-prodotti u mas-servizzi kkummerċjalizzati jew offruti. Fil-fatt, skont il-Qorti Ġenerali, peress li l-isem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> ifisser il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>ġebla l-ġdida taċ-ċinju<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, is-sempliċi tqegħid tat-trade mark ikkontestata fuq l-oġġetti mibjugħa u s-servizzi offruti jippermetti li dawn il-prodotti u servizzi jiġu distinti minn dawk, li wkoll ikunu ta’ konsum normali, mibjugħa jew ipprovduti f’żoni kummerċjali jew turistiċi oħra. Il-Qorti Ġenerali żiedet li t-trade mark ikkontestata tippermetti, taħt<?PAGE NO="11"?> is-sinjal tagħha, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u l-provvista ta’ servizzi li l-Istat Ħieles ta’ Bayern jista’ jikkontrolla l-kwalità tagħhom, irrispettivament minn jekk jagħmilx dan direttament jew indirettament fil-kuntest ta’ kuntratti ta’ liċenzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Fil-punt 43 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali, barra minn hekk, qieset b’mod partikolari li t-trade mark ikkontestata tippermetti lill-pubbliku rilevanti, permezz tan-natura tal-isem tagħha, mhux biss li jirreferi għal żjara fil-kastell iżda wkoll li jiddistingwi l-oriġini kummerċjali tal-prodotti u tas-servizzi kkonċernati, b’tali mod li jikkonkludi li l-prodotti u s-servizzi kollha identifikati permezz tat-trade mark ikkontestata ġew iffabbrikati, ikkummerċjalizzati jew ipprovduti taħt il-kontroll tal-Istat Ħieles ta’ Bayern, li jista’ jitqies li huwa responsabbli għall-kwalità tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Mill-punti 41 sa 43 tas-sentenza appellata jirriżulta li, sabiex tevalwa l-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata, il-Qorti Ġenerali eżaminat il-prodotti u s-servizzi koperti minnha u evalwat l-element verbali li jikkostitwixxi l-imsemmija trade mark, li, skont il-Qorti Ġenerali, huwa isem ta’ fantażija mingħajr rabta deskrittiva mal-prodotti u mas-servizzi kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, għandu jiġi osservat li l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li t-trade mark ikkontestata ma hijiex deskrittiva tal-oriġini ġeografika tal-imsemmija prodotti u servizzi mhijex deċiżjoni antiċipata tal-karattru distintiv tagħha, iżda tikkostitwixxi għall-kuntrarju kundizzjoni neċessarja għall-possibbiltà li tiġi rreġistrata trade mark li ma hijiex mingħajr karattru distintiv. Huwa preċiżament minħabba l-assenza ta’ karattru deskrittiv tat-trade mark ikkontestata li huwa possibbli li entità, bħall-Istat Ħieles ta’ Bayern, tapplika għar-reġistrazzjoni bħala trade mark tal-Unjoni tal-isem tal-mużew li huwa l-proprjetà tagħha, peress li r-Regolament Nru 207/2009, bħala prinċipju, ma jipprekludix dan. Għaldaqstant, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali ma jistax jitqies li huwa raġunament ċirkolari f’dan ir-rigward, kif indika l-Avukat Ġenerali fil-punti 55 u 56 tal-konklużjonijiet tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi konkluż li, meta temmet l-evalwazzjoni tagħha tal-karattru distintiv tat-trade mark ikkontestata mwettqa fid-dawl tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 36 tas-sentenza appellata li tipprovdi li l-karattru distintiv ta’ trade mark ifisser li din it-trade mark tippermetti li l-prodotti u s-servizzi li fir-rigward tagħhom saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni jiġu identifikati bħala li joriġinaw minn impriża partikolari, il-Qorti Ġenerali mmotivat, b’mod suffiċjenti għall-finijiet tal-liġi, l-eżistenza tal-imsemmi karattru distintiv billi affermat li s-sempliċi tqegħid tal-imsemmija trade mark fuq il-prodotti u s-servizzi kkonċernati jippermetti lill-pubbliku rilevanti jiddistingwixxihom minn dawk mibjugħa jew ipprovduti f’żoni kummerċjali jew turistiċi oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Għall-kuntrarju, sa fejn l-affermazzjoni tal-Qorti Ġenerali li tinsab fil-punt 42 tas-sentenza appellata, fis-sens li t-trade mark ikkontestata tippermetti, taħt is-sinjal tagħha, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti u l-provvista ta’ servizzi li l-Istat Ħieles ta’ Bayern jista’ jikkontrolla l-kwalità tagħhom, tikkostitwixxi motiv superfluwu, għandu jitqies li l-argumenti tal-appellanti kontra dan il-motiv huma ineffettivi (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180201">1 ta’ Frar 2018</DATE>, <NAME.CASE>Kühne + Nagel International <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑261/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:56">EU:C:2018:56</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0069">69</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160114">14 ta’ Jannar 2016</DATE>, <NAME.CASE>Royal County of Berkshire Polo Club vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑278/15 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:20">EU:C:2016:20</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-ewwel parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala parzjalment infondata u parzjalment ineffettiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tat-tieni aggravju, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-deċiżjonijiet li l-Bordijiet tal-Appell ikunu meħtieġa jieħdu, skont ir-Regolament Nru 207/2009, fir-rigward tar-reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark tal-Unjoni, jaqgħu taħt l-eżerċizzju ta’ kompetenza limitata u mhux taħt setgħa diskrezzjonali, b’tali mod li l-legalità tad-deċiżjonijiet ta’ dawn l-istess bordijiet tal-appell għandha tiġi evalwata biss fuq il-bażi ta’ dan ir-regolament, kif interpretat mill-qorti tal-Unjoni (sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120119">19 ta’ Jannar 2012</DATE>, <NAME.CASE>UASI vs Nike International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑53/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:27">EU:C:2012:27</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-punt 44<?PAGE NO="12"?> tas-sentenza appellata, is-sistema tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea hija sistema awtonoma, ikkostitwita minn grupp ta’ regoli, li ssegwi għanijiet speċifiċi għaliha, u għalhekk l-applikazzjoni tagħha hija indipendenti minn kull sistema nazzjonali (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131212">12 ta’ Diċembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Rivella International vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑445/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:826">EU:C:2013:826</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Qorti Ġenerali ma kinitx meħtieġa tieħu inkunsiderazzjoni d-digriet tal-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) tat-<DATE ISO="20120308">8 ta’ Marzu 2012</DATE>. Għaldaqstant, it-tieni parti tat-tieni aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni aggravju għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet aggravju</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>It-tielet aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009, huwa kkostitwit minn żewġ partijiet. Permezz tal-ewwel parti, l-appellanti ssostni, l-ewwel nett, li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet, fil-punt 55 tas-sentenza appellata, li mill-atti fil-proċess ma jirriżultax li t-trade mark ikkontestata kienet intużat, sa minn qabel id-data tar-reġistrazzjoni tagħha, għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ suveniers speċifiċi u għall-proposta ta’ servizzi partikolari. Fil-fatt, minn naħa, hija allegatament ippreżentat diversi eżempji ta’ suveniers bl-indikazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>Neuschwanstein<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> bħala annessi mar-rikors promotur tagħha. Min-naħa l-oħra, l-Istat Ħieles ta’ Bayern, bħala l-proprjetarju tal-kastell, għandu preżenza fuq il-post u kellu jkun jaf bil-kummerċjalizzazzjoni ta’ suveniers li għandhom dan l-isem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali, skont l-appellanti, wettqet żball ta’ liġi meta qieset, fil-punt 57 tas-sentenza appellata, li l-intimazzjoni mibgħuta fit-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE>, mill-Istat Ħieles ta’ Bayern, lill-kumpannija N. ma turix l-intenzjoni ħażina ta’ dan l-Istat li jirreġistra t-trade mark ikkontestata sabiex jipprekludi lil terzi milli jużaw is-sinjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>NEUSCHWANSTEIN<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. L-appellanti tiċċita, f’dan ir-rigward, dikjarazzjoni tal-kelliem tal-Istat Ħieles ta’ Bayern li hija attestazzjoni ta’ din l-intenzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni parti tat-tielet aggravju, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball meta, fil-punt 58 tas-sentenza appellata, eskludiet il-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> tal-Istat Ħieles ta’ Bayern għar-raġuni li kien qiegħed isegwi l-għan leġittimu ta’ konservazzjoni u ta’ preżervazzjoni tal-mużew. L-appellanti tqis li s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Chocoladefabriken Lindt &amp; Sprüngli</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:361">EU:C:2009:361</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li għaliha tirreferi l-Qorti Ġenerali, ma tippermettix li jiġi konkluż li għan leġittimu jeskludi l-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT>. Sabiex tiġi evalwata din tal-aħħar, hemm lok li wieħed jibbaża ruħu fuq il-mezzi implimentati għal dan il-għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>L-EUIPO u l-Istat Ħieles ta’ Bayern isostnu li t-tielet aggravju huwa inammissibbli u, fi kwalunkwe każ, infondat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel parti tat-tielet aggravju, għandu jiġi osservat li, fil-punt 55 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod partikolari li l-appellanti ma pproduċietx provi li jippermettu li jiġu ġġustifikati ċ-ċirkustanzi oġġettivi li fihom l-Istat Ħieles ta’ Bayern kien jaf bl-eżistenza tal-kummerċjalizzazzjoni mill-appellanti jew minn terzi oħra ta’ wħud mill-prodotti u mis-servizzi kkonċernati. Fil-punt 57 tal-imsemmija sentenza, il-Qorti Ġenerali eżaminat l-intimazzjoni mibgħuta fit-<DATE ISO="20080612">12 ta’ Ġunju 2008</DATE> mill-Istat Ħieles ta’ Bayern lill-kumpannija N. u osservat, f’dan ir-rigward, li l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali verbali NEUSCHWANSTEIN, ippreżentata minn din il-kumpannija, kellha d-data tal-<DATE ISO="20080115">15 ta’ Jannar 2008</DATE>. Issa, il-Qorti Ġenerali<?PAGE NO="13"?> osservat li l-Istat Ħieles ta’ Bayern kien ippreżenta, minn naħa, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark nazzjonali verbali NEUSCHWANSTEIN fit-<DATE ISO="20050128">28 ta’ Jannar 2005</DATE> quddiem id-Deutsches Patent- und Markenamt (l-Uffiċċju Ġermaniż tal-Privattivi u tat-Trade Marks), li rreġistraha fl-<DATE ISO="20051004">4 ta’ Ottubru 2005</DATE>, u, min-naħa l-oħra, applikazzjoni għar-reġistrazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva fil-<DATE ISO="20030711">11 ta’ Lulju 2003</DATE> quddiem l-EUIPO, li rreġistraha fl-<DATE ISO="20060914">14 ta’ Settembru 2006</DATE>. Għaldaqstant, minn dan il-Qorti Ġenerali kkonkludiet li kienet il-kumpannija N. li kellha għarfien minn qabel tat-trade mark tal-Istat Ħieles ta’ Bayern u mhux il-kuntrarju, u, għalhekk, li dan l-Istat ma kienx aġixxa <HT TYPE="ITALIC">in mala fide</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li, permezz tal-argumenti mressqa insostenn tal-ewwel parti tat-tielet aggravju, l-appellanti qiegħda fil-verità tipprova ddaħħal inkwistjoni mill-ġdid l-evalwazzjonijiet tal-provi magħmula mill-Qorti Ġenerali fil-punti 55 u 57 tas-sentenza appellata, mingħajr madankollu ma tinvoka xi żnaturament tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, konformement mal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, l-ewwel parti tat-tielet aggravju għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tieni parti tat-tielet aggravju, għandu jiġi kkonstatat li l-argumenti tal-appellanti huma bbażati fuq qari żbaljat tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Chocoladefabriken Lindt &amp; Sprüngli</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑529/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:361">EU:C:2009:361</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’dik is-sentenza, li għaliha tirreferi l-Qorti Ġenerali fil-punt 58 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Ġustizzja essenzjalment iddeċidiet, fir-rigward tal-intenzjoni tal-applikant fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea, li, anki fil-każ li dan ikun ippreżenta applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal bl-uniku skop li jikkompeti b’mod żleali ma’ kompetitur li juża sinjal simili, ma jistax jiġi eskluż li l-applikant ikun qiegħed isegwi, permezz tar-reġistrazzjoni ta’ dan is-sinjal, għan leġittimu. Il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li dan seta’ jkun il-każ b’mod partikolari meta l-applikant ikun jaf, fil-mument tal-preżentata tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, li terz, li jkun operatur reċenti fis-suq, ikun qiegħed jipprova jibbenefika mill-imsemmi sinjal billi jikkopja l-preżentazzjoni tiegħu, li jwassal lill-applikant sabiex jirreġistrah bil-għan li jipprekludi l-użu ta’ din il-preżentazzjoni (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Chocoladefabriken Lindt &amp; Sprüngli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑529/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:361">EU:C:2009:361</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, minn din is-sentenza ma jirriżultax li l-evalwazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">mala fide</HT> għandha tkun ibbażata neċessarjament fuq il-mezzi implimentati sabiex jintlaħaq tali għan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li t-tieni parti tat-tielet aggravju għandha tiġi miċħuda bħala infondata u li, għaldaqstant, it-tielet aggravju għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, l-appell għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 184(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-appell ma jkunx fondat, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 138(1) ta’ dawn ir-Regoli, applikabbli għall-proċedura tal-appell bis-saħħa tal-Artikolu 184(1) tagħhom, il-parti li titlef għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise eV tilfet fir-rigward tal-aggravji tagħha, hija għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-EUIPO u mill-Istat Ħieles ta’ Bayern.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-appell huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="14"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Bundesverband Souvenir – Geschenke –Ehrenpreise eV hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>