Official Journal L 100 , 17/04/1997 P. 0067 - 0067
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 78/96 tat-13 ta' Diċembru 1996 li temenda l-Anness VI (Sigurtà Soċjali) għall-Ftehim IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif aġġustat bil-Protokoll li Jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala l-Ftehim, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi l-Anness VI għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 64/96 tat-22 ta' Novembru 1996 [1]; Billi d-Deċiżjoni Nru 163 tal-31 ta' Mejju 1996 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 22(1)(A) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 fir-rigward ta' persuni li jkunu qegħdin jagħmlu dijalisi jew terapija ta' l-ossiġenu, adottata mill-Kummissjoni Amministrattiva tal-Komunitajiet Ewropej dwar is-sigurtà soċjali għal ħaddiema li jmorru jaħdmu f'pajjiż ieħor [2], għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 It-test ta' punt 24 (Deċiżjoni Nru 123) fl-Anness VI għall-Ftehim għandu jiġi mħassar. Artikolu 2 Dan il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 42h (Deċiżjoni Nru 162) fl-Anness VI għall-Ftehim: "42i. 396 D 0555: Deċiżjoni Nru 163 tal-31 ta' Mejju 1996 dwar l-interpretazzjoni ta' l-Artikolu 22(1) (A) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71 fir-rigward ta' persuni li jkunu qegħdin jagħmlu dijalisi jew terapija ta' l-ossiġenu (ĠU L 241,tal-21.9.1996, p. 31)." . Artikolu 3 It-testi tad-Deċiżjoni Nru 163 fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li huma annessi għall-verżjonijiet tal-lingwi rispettivi ta' din id-Deċiżjoni, huma awtentiċi. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar l-1 ta' Jannar 1997, sakemm ikunu ġew magħmula n-notifiki kollha meħtieġa taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE. Artikolu 5 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Diċembru 1996. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President H. Hafstein [1] ĠU L 71, tat 13.3.1997, p. 34. [2] ĠU L 241, tat- 21.9.1996, p. 31. --------------------------------------------------