Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/420/UE, tat-28 ta’ Lulju 2010, li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum modifikat ġenetikament MON89034xNK603 (MON-89Ø34-3xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 197, p. 15).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2) Id-Département du Gers għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.

3) Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tar-Région Centre, tar-Région Picardie, tad-Département de la Haute-Garonne, tar-Région Bretagne, tar-Région Poitou-Charentes, tar-Région Provence-Alpes-Côte d’Azur, tar-Région Bourgogne, tar-Région Midi-Pyrénées, tar-Région Auvergne, tar-Région Pays de la Loire, tar-Région Rhône-Alpes, tad-Département des Côtes d’Armor, tar-Région Île de France u tar-Région Nord-Pas-de-Calais.