European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2026/2546

16.11.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2546

tas-16 ta’ Novembru 2026

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Mejju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 (1).

(2)

Bħala parti mill-azzjoni sostnuta, imfassla u koordinata tal-Unjoni kontra atturi persistenti ta’ theddid ċibernetiku, jenħtieġ li entità waħda tiżdied mal-lista tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi stabbiliti fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797. Dik l-entità hija responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha, kif ukoll għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra Stati terzi.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

K. KALLAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (ĠU L 129 I, 17.5.2019, p. 13, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/797/oj).


ANNESS

Fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/797, l-entrata li ġejja tiżdied taħt l-intestatura “B. Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”:

 

Isem

Informazzjoni identifikattiva

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“12.

NoName057(16)

Psewdonimi: 05716nnm, Nnm05716,

NoName057,

NoName05716

NoName057(16) huwa grupp ta’ hackers favur ir-Russja li feġġ għall-ewwel darba f’Marzu 2022 u jieħu r-responsabbiltà għall-attakki ċibernetiċi fuq korpi governattivi, infrastruttura kritika, u kumpaniji privati tal-Ukrajna, tal-Istati Uniti tal-Amerka u tal-Istati Membri.

NoName057(16) juża s-sett ta’ għodda DDoSia, li permezz tiegħu jwettaq attakki permezz ta’ ċaħda ta’ servizz (DDoS) billi ripetutament joħroġ talbiet għan-network lil siti web fil-mira. Wara dawk l-attakki, il-grupp jieħu r-responsabbiltà għal dawk l-attakki, jindirizza l-miri u joħroġ theddid fuq id-dark web jew permezz ta’ mezzi ta’ Telegram.

NoName057(16) huwa involut f’attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti, li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha. NoName057(16) qiegħed fil-mira servizzi meħtieġa għaż-żamma ta’ attivitajiet soċjali jew ekonomiċi essenzjali u funzjonijiet kritiċi tal-Istati Membri, inkluż portali governattivi, servizzi tal-intelligence militari, partiti politiċi u kandidati waqt proċessi elettorali, is-settur industrijali u tal-enerġija, l-infrastruttura tat-trasport, il-faċilitajiet tal-provvista tal-ilma, il-banek, istituzzjonijiet finanzjarji u servizzi ta’ pagament online, u uffiċċji nazzjonali tal-posta.

Għalhekk, NoName057(16) huwa responsabbli għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti li jikkostitwixxu theddida esterna għall-Istati Membri. NoName057(16) huwa responsabbli wkoll għal attakki ċibernetiċi b’effett sinifikanti kontra Stati terzi.

16.11.2026”.


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2546/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)