<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-450/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CJ0450</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:10">EU:C:2021:10</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal-<DATE ISO="20210114">14.1.2021</DATE> – Kawża C‑450/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Kilpailu‑ ja kuluttajavirasto</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20210114">14 ta’ Jannar 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 101 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Akkordji</KEYWORD><KEYWORD>Manipulazzjoni tal-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti</KEYWORD><KEYWORD>Determinazzjoni tat-tul tal-perijodu tal-ksur</KEYWORD><KEYWORD>Inklużjoni tal-perijodu li matulu l-parteċipanti fl‑akkordju implimentaw il-ftehim antikompetittiv</KEYWORD><KEYWORD>Effetti ekonomiċi tal-aġir antikompetittiv</KEYWORD><KEYWORD>Waqfien tal-ksur fil-mument tal-għoti definittiv tal-kuntratt</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑450/19,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Korkein hallinto‑oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190610">10 ta’ Ġunju 2019</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE>, fil-proċedura mressqa minn</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><P><HT TYPE="BOLD">Kilpailu‑ ja kuluttajavirasto,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Eltel Group Oy,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Eltel Networks Oy,</HT></P></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Awla, R. Silva de Lapuerta, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, li qiegħda taġixxi bħala Mħallef tat-Tieni Awla, A. Kumin, T. von Danwitz u P. G. Xuereb, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: G. Pitruzzella,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Kilpailu‑ ja kuluttajavirasto, minn J. Nyländen, J. Broms, K. Leivo u T. Mattila, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għal Eltel Group Oy u Eltel Networks Oy, minn T. Saraste, M. Joutsimo, C. Wik u A. Paanajärvi, asianajajat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Finlandiż, minn J. Heliskoski u A. Laine, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn R. Kanitz u J. Möller, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn V. Soņeca, L. Juškeviča u K. Pommere, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. Paasivirta, G. Meessen u L. Wildpanner, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal‑<DATE ISO="20200910">10 ta’ Settembru 2020</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ proċedura mibdija mill-Kilpailu‑ ja Kuluttajavirasto (l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum, il-Finlandja) fir-rigward tad-deċiżjoni tal-markkinaoikeus (il-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi, il-Finlandja) li tiċħad il-proposta tagħha li tikkundanna <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> lil Eltel Group Oy u Eltel Networks Oy (iktar ’il quddiem, flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Eltel<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) għal multa minħabba ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni Finlandiż u tal-Unjoni li huma wettqu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt Finlandiż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 22 tal-kilpailunrajoituksista annettu laki 480/1992 (il-Liġi 480/1992 dwar ir-Restrizzjonijiet tal-Kompetizzjoni), kif emendata bil‑Liġi 318/2004 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Liġi dwar ir-Restrizzjonijiet tal-Kompetizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), multa ma tistax tiġi imposta fir-rigward, b’mod partikolari, ta’ ksur tal-Artikolu 4 ta’ din l-istess liġi jew tal-Artikolu 101 TFUE jekk ma tiġix sottomessa proposta f’dan is-sens lill-markkinaoikeus (il-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi) fi żmien ħames snin mit-tmiem tar-restrizzjoni tal-kompetizzjoni jew mid-data li fiha l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum tkun saret taf b’din ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20070416">16 ta’ April 2007</DATE>, Fingrid Oyj, l-impriża proprjetarja u responsabbli għall-iżvilupp tan-network ta’ trażmissjoni tal-elettriku b’vultaġġ għoli u l-klijent prinċipali ta’ xogħlijiet ta’ trażmissjoni ta’ dan it-tip ta’ enerġija fil-Finlandja, ippubblikat, għall-attenzjoni tal-operaturi fis-settur, sejħa għal offerti, redatta bl-Ingliż, li tirrigwarda x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta’ linja ta’ trażmissjoni ta’ elettriku ta’ vultaġġ għoli (400 kV) bejn l-entitajiet Finlandiżi ta’ Keminmaa u ta’ Petäjäskoski (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>). Din is-sejħa għal offerti kienet tispeċifika li l-offerti, bi prezz fiss, kellhom jiġu ddepożitati sa mhux iktar tard mill‑<DATE ISO="20070605">5 ta’ Ġunju 2007</DATE>. Id-data tat-tlestija tax-xogħlijiet kienet iffissata mis-sejħa għal offerti għat‑<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20070604">4 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Eltel ressqet l-offerta tagħha u, sussegwentement, rebħet il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fid‑<DATE ISO="20070619">19 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Eltel u Fingrid iffirmaw il-kuntratt dwar ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni. Dawn ix-xogħlijiet intemmu fit‑<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>. Fingrid ħallset lil Eltel l-aħħar parti tal-prezz għal dawn ix-xogħlijiet fis‑<DATE ISO="20100107">7 ta’ Jannar 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, Empower Oy bagħtet talba għal klemenza lill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum li wasslet lil din l-awtorità tibda investigazzjoni dwar eventwali akkordju bejn din il-kumpannija u Eltel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20141031">31 ta’ Ottubru 2014</DATE>, l-imsemmija awtorità aċċettat li Empower tibbenefika mill-klemenza u li din tiġi eżentata minn kull sanzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20141031">31 ta’ Ottubru 2014</DATE>, l-istess awtorità pproponiet lill-markkinaoikeus (il-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi) li tikkundanna lil Eltel Group u Eltel Networks Oy <HT TYPE="ITALIC">in solidum</HT> għal multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">35000000</FT> talli kisru l-Artikolu 4 tal-Liġi dwar ir-Restrizzjonijiet tal-Kompetizzjoni kif ukoll l-Artikolu 101 TFUE, billi dawn ftiehmu ma’ Empower fuq il-prezzijiet, il-marġni u t-tqassim tas-swieq ta’ ddisinjar u ta’ kostruzzjoni ta’ linji ta’ trażmissjoni tal-enerġija elettrika fil-Finlandja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>F’din id-deċiżjoni, l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum qieset, barra minn hekk, li dan kien ksur uniku u kontinwu li ġie implimentat waqt laqgħat bejn ir-rappreżentanti ta’ Empower u ta’ Eltel, li matulhom dawn ittrattaw u saħansitra żviluppaw, flimkien, stimi ppreżentati fil-forma ta’ tabelli fuq il-kuntratti pubbliċi futuri ta’ linji ta’ trażmissjoni ta’ enerġija elettrika, il-prezzijiet tagħhom, il-marġni realizzabbli kif ukoll fuq it-tqassim ta’ ċerti swieq. Dan l-akkordju kien beda l-iktar tard f’Ottubru 2004 u kompla mingħajr interruzzjoni tal-inqas sax-xahar ta’ Marzu 2011. Il-ksur jirrigwarda t-territorju Finlandiż kollu u jista’ jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20160330">30 ta’ Marzu 2016</DATE>, il-markkinaoikeus (il-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi), b’applikazzjoni tal-Artikolu 22 tal-Liġi dwar ir-Restrizzjonijiet tal-Kompetizzjoni, ċaħdet il-proposta ta’ multa, billi qieset li Eltel kienet waqfet tipparteċipa fir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni qabel il‑<DATE ISO="20091031">31 ta’ Ottubru 2009</DATE> u li, għaldaqstant, il-ksur relattiv kien preskritt fil-mument meta din il-proposta ġiet sottomessa lilha mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum, jiġifieri fil‑<DATE ISO="20141031">31 ta’ Ottubru 2014</DATE>. Skont dik il-qorti, l-akkordju kien ċertament ikkonċerna x-xogħlijiet ta’ disinn li ppreċedew ix-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni, li kienu previsti separatament u ntemmu f’Jannar 2007, iżda ma kienx ikopri x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta’ din il-linja ta’ vultaġġ għoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum adixxiet lill-qorti tar-rinviju, il-Korkein hallinto-oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema, il-Finlandja), b’appell mid-deċiżjoni tal-markkinaoikeus (il-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi) fejn talbet l-annullament tagħha kif ukoll il-kundanna ta’ Eltel għall-multa proposta. Din l-awtorità ssostni li l-proposta tagħha ta’ multa waslet il-markkinaoikeus (il-Qorti tal-Affarijiet Ekonomiċi) fit-terminu ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 22 tal-Liġi dwar ir-Restrizzjonijiet tal-Kompetizzjoni. Fil-fatt, sas‑<DATE ISO="20100107">7 ta’ Jannar 2010</DATE>, data li fiha Fingrid ħallset lil Eltel l-aħħar parti tal-prezz tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni, il-kuntratt li jorbot lil dawn il-kumpanniji kien għadu fis-seħħ u ġiet applikata t-tariffikazzjoni illegali li tirriżulta mill-akkordju. Sussidjarjament, l-imsemmija awtorità ssostni li r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni ġiet fi tmiemha mhux qabel it‑<DATE ISO="20091112">12 ta’ Novembru 2009</DATE>, id-data tat-tlestija ta’ dawn ix-xogħlijiet. Skont l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum, kuntratt għal xogħlijiet li ngħata lil operatur li pparteċipa f’akkordju jipproduċi effetti konkreti ħafna u fit-tul għall-parti kontraenti li hija obbligata tħallas prezz ogħla minn dak li kien jipprevali fin-nuqqas ta’ akkordju peress li l-ħlas ta’ dan il-prezz kien mifrux fuq diversi snin skont il-progress tal-proġett. B’hekk, f’kull skadenza annwali ta’ ħlas ta’ parti mix-xogħlijiet li kienu s-suġġett tal-akkordju, l-effetti dannużi tal-kuntratt ikollhom effett dirett fuq l-ispejjeż ta’ attività tal-parti kontraenti għas-sena kkonċernata u, konsegwentement, fuq ir-riżultati ekonomiċi tagħha kif ukoll, ulterjorment, fuq il-kompetittività tagħha fis-suq ikkonċernat. F’dan il-każ, peress li Fingrid ħallset għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni prezz ogħla minn dak li kien jiġi pprattikat fin-nuqqas ta’ akkordju, din l-ispiża addizzjonali kienet ukoll riflessa fil-prezz ta’ trasport tal-elettriku mħallas mill-utenti finali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Eltel tiċħad, għal raġunijiet marbuta mal-evalwazzjoni tal-provi, l-eżistenza ta’ kull akkordju bejnha u Empower dwar il-linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni. Barra minn hekk, hija ssostni li t-tul tal-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni għandu jiġi ddeterminat billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-perijodu li matulu l-impriżi li wettqu l-ksur implimentaw l-aġir ipprojbit. Fil-każ ta’ xogħlijiet li kienu s-suġġett ta’ sejħa għal offerti, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-jum tas-sottomissjoni tal-offerta, jiġifieri, f’dan il-każ l‑<DATE ISO="20070604">4 ta’ Ġunju 2007</DATE>. Sussidjarjament, Eltel issostni li, meta l-prezz ikun għadu jista’ jiġi nnegozjat wara s-sottomissjoni tal-offerta, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri mill-jum tal-konklużjoni tal-kuntratt definittiv, f’dan il-każ id‑<DATE ISO="20070619">19 ta’ Ġunju 2007</DATE>. Wara s-sottomissjoni tal-offerta jew, l-iktar tard, wara l-iffirmar ta’ dan il-kuntratt, il-prezz offrut jew miftiehem ma jkollu ebda effett fuq il-kuntratt, anki jekk it-twettiq tal-proġett inkwistjoni jew il-ħlas tal-porzjonijiet ta’ ħlas relatati miegħu jinfirxu ulterjorment fuq diversi snin. La r-ritmu tal-iżvolġiment tax-xogħlijiet u lanqas il-pjan tal-pagamenti relatati magħhom ma għandhom effett fuq il-kompetizzjoni fis-suq ikkonċernat peress li dawn il-fatturi ma jbiddlux iktar il-prezz miftiehem.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li l-Qorti tal-Ġustizzja għadha ma tatx deċiżjoni dwar il-kwistjoni tad-determinazzjoni tal-effetti ekonomiċi ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tat-tul tiegħu f’sitwazzjoni li fiha, l-ewwel nett, parti f’akkordju kkonkludiet ma’ terz kuntratt għal xogħlijiet bil-prezz miftiehem fil-kuntest ta’ dan l-akkordju, it-tieni nett, ix-xogħlijiet jintemmu diversi snin wara l-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt u, it-tielet nett, il-ħlas tal-prezz huwa mqassam fi ħlasijiet li wħud minnhom isiru wara li jitlestew ix-xogħlijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Mis-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19760615">15 ta’ Ġunju 1976</DATE>, <NAME.CASE>EMI Records</NAME.CASE> (<NO.CASE>51/75</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1976:85">EU:C:1976:85</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850703">3 ta’ Lulju 1985</DATE>, <NAME.CASE>Binon</NAME.CASE> (<NO.CASE>243/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:284">EU:C:1985:284</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Quinn Barlo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑70/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:351">EU:C:2013:351</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jirriżulta li huma l-effetti ekonomiċi tal-aġir antikompetittiv, u mhux il-forma ġuridika tiegħu li huma importanti għall-finijiet tal-evalwazzjoni tat-tul tiegħu. L-effetti ekonomiċi ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni jistgħu jkomplu anki wara l-waqfien formali ta’ ksur uniku u kontinwu, pereżempju, sat-tmiem tal-perijodu li matulu l-prezzijiet kollużivi kienu fis-seħħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, din il-ġurisprudenza tissostanzja t-teżi li ksur tal-Artikolu 101 TFUE, bħal dak identifikat mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum fil-kawża prinċipali, ikompli sakemm il-parti kontraenti leża mill-akkordju tkun ħallset il-prezz kollużiv kollu fejn dan il-prezz jipproduċi effetti ekonomiċi fuq l-attività tagħha matul il-perijodu kollu tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt. Madankollu, l-imsemmija ġurisprudenza tista’ wkoll tissostanzja indirettament it-teżi li l-effetti tal-prezz kollużiv fuq il-kompetizzjoni jibqgħu fis-seħħ sad-data tas-sottomissjoni tal-offerta jew tal-konklużjoni tal-kuntratt definittiv peress li l-imsemmi prezz ma jipproduċix iktar effetti fis-suq wara din id-data.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Korkein hallinto oikeus (il-Qorti Amministrattiva Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Is-sistema ta’ kompetizzjoni tal-Artikolu 101 TFUE għandha tiġi interpretata fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn parteċipant f’akkordju jkun ikkonkluda, ma’ terz barra mill-akkordju, kuntratt ta’ kostruzzjoni bħal dak li huwa s-suġġett tal-akkordju, il-ksur tar-regoli ta’ kompetizzjoni jissokta, minħabba l-effetti ekonomiċi kkawżati minn tali sitwazzjoni, matul il-perijodu kollu li fih jitwettqu l-obbligi kuntrattwali ta’dan il-kuntratt, jew li fih ikompli jitħallas il-prezz għax-xogħlijiet lill-partijiet kontraenti, jiġifieri sal-punt li fih jitħallas l-aħħar pagament għax-xogħlijiet, jew minn tal-inqas sa kemm jitlestew ix-xogħlijiet inkwistjoni;</P><P>jew inkella huwa possibbli li jitqies li l-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jissokta biss sal-punt li fih l-impriża li tkun wettqet il-ksur tkun ippreżentat offerta rigward ix-xogħlijiet inkwistjoni, jew tkun ikkonkludiet kuntratt għat-twettiq tax-xogħlijiet?<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, f’liema mument għandu jitqies li tintemm l-allegata parteċipazzjoni ta’ impriża fi ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE li jikkonsisti fis-sottomissjoni miftiehma mal-kompetituri tagħha għal sejħa għal offerti, meta din l-impriża tkun rebħet dan u tkun ikkonkludiet, mal-awtorità kontraenti, kuntratt ta’ xogħlijiet li l-eżekuzzjoni u l-ħlas tal-prezz tiegħu huma mifruxa fiż-żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, skont il-qorti tar-rinviju, sabiex jiġi ddeterminat f’liema mument tintemm il-parteċipazzjoni preżunta ta’ impriża fi ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE, huma konċepibbli erba’ mumenti, jiġifieri, rispettivament, dak meta l-imsemmija impriża tkun issottomettiet l-offerta tagħha, dak fejn il-kuntratt ġie konkluż, dak fejn sar il-ħlas tal-aħħar parti tal-prezz miftiehem u dak meta x-xogħol li huwa s-suġġett tal-kuntratt ikun tlesta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 101(1) TFUE, huma inkompatibbli mas-suq intern u pprojbiti kull ftehim bejn impriżi, kull deċiżjoni ta’ assoċjazzjonijiet bejn impriżi u kull prattika miftiehma li jistgħu jolqtu l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li għandhom bħala għan jew effett il-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorsjoni tal-kompetizzjoni fi ħdan is-suq intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex ikun hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, huwa meħtieġ sempliċement li l-impriżi inkwistjoni jkunu esprimew l-intenzjoni komuni tagħhom li jaġixxu fis-suq b’mod speċifiku (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19700715">15 ta’ Lulju 1970</DATE>, <NAME.CASE>ACF Chemiefarma vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>41/69</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1970:71">EU:C:1970:71</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19801029">29 ta’ Ottubru 1980</DATE>, <NAME.CASE>van Landewyck <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>209/78 sa 215/78 u 218/78</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1980:248">EU:C:1980:248</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0086">86</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>prattika miftiehma<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, fis-sens tal-Artikolu 101(1) TFUE, ikopri forma ta’ koordinazzjoni bejn impriżi li, mingħajr ma tkun wasslet għall-konklużjoni ta’ ftehim inkwantu tali, tissostitwixxi intenzjonalment kooperazzjoni prattika bejniethom għar-riskji tal-kompetizzjoni (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Duravit <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑609/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:46">EU:C:2017:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Dawn il-kriterji ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>prattika miftiehma<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, fis-sens tal-istess dispożizzjoni, għandhom jiġu interpretati fid-dawl tal-kunċett inerenti għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-kompetizzjoni li skontu kull operatur ekonomiku għandu jiddetermina awtonomament il-politika li huwa għandu l-intenzjoni jadotta fis-suq intern (sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Duravit <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑609/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:46">EU:C:2017:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 101(1) TFUE jipprekludi kull kuntatt, dirett jew indirett, bejn operaturi ekonomiċi, li jista’ jinfluwenza l-aġir fis-suq ta’ kompetitur attwali jew potenzjali, jew li jiżvela lil tali kompetitur l-aġir li l-operatur ekonomiku nnifsu ddeċieda li japplika jew li għandu l-intenzjoni li jadotta fis-suq meta dawn il-kuntatti jkollhom bħala għan jew bħala effett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170126">26 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Duravit <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑609/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:46">EU:C:2017:46</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0072">72</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-ftehimiet dwar it-tqassim tal-klijentela jaqgħu, bħal kull ftehim ieħor dwar il-prezzijiet, taħt il-kategorija tar-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar serji (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>ING Pensii</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑172/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:484">EU:C:2015:484</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar ukoll li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>ksur uniku u kontinwu<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, kif irrikonoxxut fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, jippreżumi l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>pjan ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, li minnu jagħmlu parti diversi atti, minħabba l-għan identiku tagħhom ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern, u dan indipendentement mill-fatt li wieħed jew iktar minn dawn l-atti jistgħu wkoll jikkostitwixxu, fihom<?PAGE NO="6"?> innifishom u kkunsidrati individwalment, ksur tal-Artikolu 101 TFUE (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201022">22 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Silver Plastics u Johannes Reifenhäuser vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑702/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:857">EU:C:2020:857</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0081">81</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-aġir tal-impriżi kkonċernati mill-investigazzjoni tal-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum, identifikat minnha, kien jikkonsisti fiż-żamma ta’ laqgħat bejn rappreżentanti ta’ dawn l-impriżi, li matulhom dawn ittrattaw u xi kultant żviluppaw, flimkien, stimi ppreżentati fil-forma ta’ tabelli fuq is-sejħiet għal offerti pubbliċi futuri għall-kostruzzjoni ta’ linji ta’ trażmissjoni ta’ enerġija elettrika, fuq il-prezzijiet tagħhom, fuq il-marġni li jistgħu jitwettqu u fuq it-tqassim ta’ dawn is-sejħiet għal offerti kif ukoll fuq is-sottomissjoni miftiehma tal-imsemmija sejħiet għal offerti. Din l-awtorità kklassifikat dan l-aġir bħala ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-aħħar aġir ta’ Eltel li l-imsemmija awtorità kkunsidrat li jaqa’ taħt dan il-ksur, mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li din l-awtorità kkunsidrat li, qabel it-tressiq tal-offerti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti li tirrigwarda l-kostruzzjoni tal-linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni, li kien jirrikjedi li kull offerent jagħmel offerta bi prezz fiss, Eltel kienet ikkonkludiet mal-kompetitur tagħha Empower il-prezz tal-offerti rispettivi tagħhom. Sussegwentement, dawn il-kumpanniji ssottomettew l-offerti tagħhom u Eltel rebħet il-kuntratt fuq il-bażi tal-offerta tagħha. Din kienet fis-seħħ sad‑<DATE ISO="20070619">19 ta’ Ġunju 2007</DATE>, data li fiha ġie konkluż kuntratt bejn Eltel u Fingrid bil-prezz indikat fl-imsemmija offerta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet esposti fil-punti 20 sa 26 ta’ din is-sentenza jirriżulta li tali aġir, jekk in-natura materjali tiegħu tiġi stabbilita, jista’, bħala prinċipju, jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tmiem tal-parteċipazzjoni ta’ impriża fi ksur bħal dan, hija ġurisprudenza stabbilita li s-sistema ta’ kompetizzjoni stabbilita mill-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE tikkonċerna r-riżultati ekonomiċi tal-ftehimiet, jew ta’ kull forma paragunabbli ta’ ftehim jew ta’ koordinazzjoni, iktar milli l-forma ġuridika tagħhom. Konsegwentement, fil-każ ta’ akkordji li waqfu milli jkunu fis-seħħ, jeħtieġ sempliċement, sabiex ikun applikabbli l-Artikolu 101 TFUE, li l-effetti tagħhom ikomplu wara l-waqfien formali tal-kuntatti kollużivi. Minn dan jirriżulta li t-tul tal-perijodu tal-ksur jista’ jiġi evalwat skont dak li matulu l-impriżi inkriminati implimentaw aġir ipprojbit mill-imsemmija dispożizzjoni. Pereżempju, it-tul tal-ksur jista’ jinkludi l-perijodu kollu li matulu l-prezzijiet kollużivi kienu fis-seħħ, minkejja li l-akkordju jkun diġà waqaf formalment milli jkun fis-seħħ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130530">30 ta’ Mejju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Quinn Barlo <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑70/12 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:351">EU:C:2013:351</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta, kif inhu mfakkar fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, li s-sottomissjoni miftiehma għas-sejħa għal offerti għall-kuntratt li jirrigwarda l-kostruzzjoni tal-linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni tikkostitwixxi l-aħħar aġir ta’ Eltel li l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum qieset li jaqa’ taħt il-ksur uniku u kontinwu tal-Artikolu 101(1) TFUE. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju tindika li, skont din l-awtorità, Eltel u Empower, minn naħa, ftiehmu fuq il-prezzijiet tal-offerti rispettivi tagħhom u, min-naħa l-oħra, implimentaw dan il-ftehim billi ssottomettew offerti kkoordinati b’dan il-mod.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, bla ħsara għal evalwazzjoni definittiva mill-qorti tar-rinviju fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha li ġew sottomessi lilha, għandu jiġi kkunsidrat li t-tul tal-parteċipazzjoni ta’ Eltel fil-ksur allegat fl-Artikolu 101(1) TFUE jkopri l-perijodu kollu li matulu din l-impriża implimentat il-ftehim antikompetittiv li hija kienet ikkonkludiet mal-kompetituri tagħha, li jinkludi l-perijodu li matulu l-offerta bi prezz fiss li l-imsemmija impriża ssottomettiet kienet fis-seħħ jew setgħet tiġi ttrasformata f’kuntratt definittiv bejn Eltel u Fingrid.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li jsostnu l-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum kif ukoll il-Gvern Finlandiż, Ġermaniż u Latvjan fl-osservazzjonijiet bil-miktub rispettivi tagħhom, ma jistax jitqies li l-parteċipazzjoni ta’ Eltel fil-ksur allegat tal-Artikolu 101(1) TFUE tkopri perijodu li jestendi lil hinn mid-data li fiha ġew iddeterminati b’mod definittiv il-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt li jirrigwarda l-kostruzzjoni tal-linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni u b’mod partikolari l-prezz globali li għandu jitħallas bħala korrispettiv għal dawn ix-xogħlijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif osserva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punti 33 sa 35 tal-konklużjonijiet tiegħu, l-għan li għandu jintlaħaq mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni mfakkar fil-punt 38 tas-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090604">4 ta’ Ġunju 2009</DATE>, <NAME.CASE>T‑Mobile Netherlands <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑8/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:343">EU:C:2009:343</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), intiż li ma jipproteġix biss l-interessi diretti tal-kompetituri jew tal-konsumaturi, iżda l-istruttura tas-suq inkwistjoni u b’hekk il-kompetizzjoni bħala tali, jirrikjedi li jiġi kkunsidrat li ksur tal-Artikolu 101(1) TFUE jdum daqskemm tippersisti r-restrizzjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta mill-aġir ikkonċernat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward tal-aġir ipprojbit mill-Artikolu 101(1) TFUE li jikkonsisti fil-manipulazzjoni ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti organizzata fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku, permezz ta’ ftehim bejn il-kompetituri fuq il-prezzijiet li għandhom jiġu proposti fil-kuntest ta’ din is-sejħa għal offerti u/jew fir-rigward tal-għoti tagħha, l-effetti restrittivi tal-akkordju miftiehem jisparixxu, bħala prinċipju, l-iktar tard mill-mument fejn il-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt, u b’mod partikolari l-prezz globali li għandu jitħallas bħala korrispettiv għall-oġġetti, għax-xogħlijiet, jew għas-servizzi oġġett tal-kuntratt ikunu ġew definittivament iddeterminati, jekk ikun il-każ, bil-konklużjoni ta’ kuntratt bejn l-offerent rebbieħ u l-awtorità kontraenti, billi huwa f’dan il-mument li din tal-aħħar tiġi definittivament imċaħħda mill-possibbiltà li tikseb l-oġġetti, ix-xogħlijiet jew is-servizzi inkwistjoni taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. F’dan il-każ hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika d-data li fiha l-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt inkwistjoni, u b’mod partikolari l-prezz globali li għandu jitħallas bħala korrispettiv għax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni tal-linja ta’ vultaġġ għoli inkwistjoni, ġew iddeterminati b’mod definittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma hijiex imqiegħda inkwistjoni mill-argument imressaq mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum kif ukoll mill-Gvern Finlandiż, Ġermaniż u Latvjan, fl-osservazzjonijiet bil-miktub rispettivi tagħhom, li skontu l-effetti ekonomiċi dannużi tal-akkordju fuq il-prezz miftiehem fil-kuntratt konkluż bejn Eltel u Fingrid immanifestaw ruħhom sal-mument tal-ħlas tal-aħħar parti ta’ dan il-prezz u seta’ kellhom riperkussjonijiet ekonomiċi dannużi iktar ’il quddiem, b’mod partikolari, fil-forma ta’ tariffi ta’ distribuzzjoni tal-elettriku ogħla fuq il-klijenti ta’ Fingrid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punt 39 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandha ssir distinzjoni bejn l-effetti restrittivi tal-akkordju miftiehem, li jikkonsistu fl-esklużjoni tal-kompetituri offerenti u/jew il-limitazzjoni eventwalment artifiċjali tal-għażla tal-klijent, u li jipprekludu l-possibbiltà għall-awtorità kontraenti li tikseb l-oġġetti, ix-xogħlijiet jew is-servizzi miftiehma f’kundizzjonijiet kompetittivi, u l-effetti ekonomiċi ikbar dannużi għall-atturi l-oħra tal-kuntratt li jirriżultaw minn dan u li fir-rigward tagħhom dawn l-atturi jistgħu, kif enfasizzat il-qorti tar-rinviju fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, jitolbu l-kumpens quddiem il-qorti nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-kwistjonijiet tat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ tali azzjoni għad-danni, bħal fil-każ ta’ azzjoni eventwali tal-awtorità kontraenti intiża li tikkontesta l-legalità tas-sejħa għal offerti jew li tirrexxindi l-kuntratt, jikkostitwixxu kwistjonijiet legali distinti minn dawk tad-data li fiha ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni jkun intemm u tat-terminu li matulu tista’ tiġi imposta sanzjoni għal dan il-ksur qabel ma tkun ingħalqet il-preskrizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi miċħud l-argument ifformulat mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni u tal-Konsum kif ukoll mill-Gvern Finlandiż u dak Ġermaniż fl-osservazzjonijiet bil-miktub rispettivi tagħhom li skontu l-fatt li jiġi kkunsidrat tul tal-ksur qasir wisq f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali jmur kontra r-rekwiżit ta’ effettività tal-Artikolu 101 TFUE, peress li ammont ogħla ta’ reati jibqa’ mhux issanzjonat minħabba l-applikazzjoni tar-regoli ta’ preskrizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrileva l-Avukat Ġenerali, essenzjalment, fil-punti 45 u 46 tal-konklużjonijiet tiegħu, peress li d-dritt tal-Unjoni, b’applikazzjoni tal-prinċipji karatteristiċi ta’ Unjoni ta’ dritt, jaċċetta l-prinċipju nnifsu tal-preskrizzjoni tal-azzjoni tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni biex jiġi investigat u ssanzjonat il-ksur tal-Artikolu 101 TFUE, l-implimentazzjoni effettiva ta’ din id-dispożizzjoni ma tistax tiġġustifika li t-tul tal-perijodu tal-ksur jiġi estiż b’mod artifiċjali sabiex tkun tista’ ssir il-prosekuzzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti jeħtieġ li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta impriża li allegatament ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu ta’ din id-dispożizzjoni, li l-aħħar element kostituttiv tiegħu kien jikkonsisti fis-sottomissjoni miftiehma mal-kompetituri tagħha ta’ offerta f’sejħa għal offerti intiża għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, tkun rebħet il-kuntratt inkwistjoni u kkonkludiet mal-awtorità kontraenti kuntratt għal xogħlijiet li jiddetermina l-karatteristiċi essenzjali ta’ dan il-kuntratt pubbliku għal xogħlijiet u b’mod partikolari l-prezz globali li għandu jitħallas bħala korrispettiv għall-imsemmija xogħlijiet, li l-eżekuzzjoni u l-ħlas tagħhom ikunu mifruxa maż-żmien, il-perijodu tal-ksur jikkorrispondi għal dak sad-data tal-iffirmar tal-kuntratt konkluż bejn l-imsemmija impriża u l-awtorità kontraenti fuq il-bażi tal-offerta miftiehma li din kienet issottomettiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika d-data li fiha l-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt inkwistjoni, u b’mod partikolari l-prezz globali li għandu jitħallas bħala korrispettiv għax-xogħlijiet, ikunu ġew definittivament iddeterminati.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta impriża li allegatament ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu ta’ din id-dispożizzjoni, li l-aħħar element kostituttiv tiegħu kien jikkonsisti fis-sottomissjoni miftiehma mal-kompetituri tagħha ta’ offerta f’sejħa għal offerti intiża għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, tkun rebħet il-kuntratt inkwistjoni u kkonkludiet mal-awtorità kontraenti kuntratt għal xogħlijiet li jiddetermina l-karatteristiċi essenzjali ta’ dan il-kuntratt pubbliku għal xogħlijiet u b’mod partikolari l-prezz globali li għandu jitħallas bħala korrispettiv għall-imsemmija xogħlijiet, li l-eżekuzzjoni u l-ħlas tagħhom ikunu mifruxa maż-żmien, il-perijodu tal-ksur jikkorrispondi għal dak sad-data tal-iffirmar tal-kuntratt konkluż bejn l-imsemmija impriża u l-awtorità kontraenti fuq il-bażi tal-offerta miftiehma li din kienet issottomettiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika d-data li fiha l-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt inkwistjoni, u b’mod partikolari l-prezz globali li għandu jitħallas bħala korrispettiv għax-xogħlijiet, ikunu ġew definittivament iddeterminati.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>