6.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 113/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9696 — ArcelorMittal Neel Tailored Blanks/TT Steel Service India/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 113/06)

1.   

Fis-26 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ArcelorMittal Neel Tailored Blanks Private Limited (“ANTB”, il-Lussemburgu/l-Indja), ikkontrollata bi sħab minn ArcelorMittal Tailored Blanks Lorraine SAS tal-Indja (finalment ikkontrollata minn ArcelorMittal tal-Lussemburgu) u Neel Metal Products Limited tal-Indja,

—

TT Steel Service India Private Limited (“TTSSI”, l-Indja), li tappartjeni għat-Toyota Group,

—

ArcelorMittal Neel TT Private Limited (“ANTT”, l-Indja), ikkontrollati bi sħab minn ANTB u TTSSI.

ANTB u TTSSI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ ANTT.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ANTB: il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċjalizzazzjoni, u l-bejgħ ta’ prodotti tal-azzar, inklużi blanks iwweldjati mfassla apposta. Hija tissupplixxi l-azzar għal diversi applikazzjonijiet inklużi għall-karozzi, il-kostruzzjoni, tagħmir tad-dar, u l-imballaġġ,

—

TTSSI: tħaddem Steel Service Center (SSC),

—

ANTT: Produzzjoni u kummerċjalizzazzjoni ta’ blanks iwweldjati mfassla apposta, esklużivament fl-Indja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9696 — ArcelorMittal Neel Tailored Blanks/TT Steel Service India/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.