<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0600495501.case.xml"><NO.CASE>C-409/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CJ0409</NO.CELEX><NO.SEQ>0004.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-4957</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-4972</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>16</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAD-<DATE ISO="20110609">9.6.2011</DATE> — KAWŻA C-409/09</LEFT><RIGHT>AMBRÓSIO LAVRADOR U OLIVAL FERREIRA BONIFÁCIO</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tielet Awla)</P><P><DATE ISO="20110609">9 ta’ Ġunju 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-409/09,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 234 KE, imressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20091002">2 ta’ Ottubru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20091027">27 ta’ Ottubru 2009</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">José Maria Ambrósio Lavrador,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Maria Cândida Olival Ferreira Bonifácio</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President tal-Awla, D. Šváby (Relatur), G. Arestis, J. Malenovský u T. von Danwitz, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-4958"?><P>Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20110127">27 ta’ Jannar 2011</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal J. M. Ambrósio Lavrador u M. C. Olival Ferreira Bonifácio, minn L. Saraiva, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għal Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA, minn J. M. Fonseca, advogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u D. Marinho Pires, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller u J. Kemper, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Latvjan, minn K. Drēviņa u M. Borkoveca, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Yerrell u M. Teles Romão, kif ukoll minn P. Guerra e Andrade, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="I-4959"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p 10, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ewwel direttiva<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>tieni direttiva<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), kif ukoll tat-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-<DATE ISO="19900514">14 ta’ Mejju 1990</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249, iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>tielet direttiva<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn J. M. Ambrósio Lavrador u M. C. Olival Ferreira Bonifácio, minn naħa waħda, u Companhia de Seguros Fidelidade-Mundial SA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Fidelidade-Mundial<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), min-naħa l-oħra, dwar il-kumpens min-naħa ta’ din tal-aħħar, ibbażat fuq ir-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għad-danni subiti mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, wara inċident tat-traffiku li seħħ bejn il-wild minuri tagħhom, li kien għaddej b’rota u vettura li r-responsabbiltà ċivili tagħha hija koperta minn Fidelidade-Mundial.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4960"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3(1) tal-ewwel direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kull Stat Membru għandu […] jieħu l-miżuri kollha approprjati biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward ta’ l-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu ikun kopert minn assigurazzjoni. Il-limiti koperti tar-responsabbiltà [Id-danni koperti] u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu ddeterminati fuq il-bażi ta’ dawn il-miżuri<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) tat-tieni direttiva jipprovdi li</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri neċessarji biex jassigura li kull dispożizzjoni statutorja jew kull klawsola kontrattwali li tkun tinstab fil-polza ta’ l-assigurazzjoni maħruġa skond l-Artikolu 3(1) ta[l-ewwel direttiva], li teskludi mill-assigurazzjoni l-użu jew is-sewqan ta’ vetturi minn:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>persuni li ma jkollhomx l-awtorizzazzjoni espressa jew implikata għal dan,</P><P>jew</P></ITEM><?PAGE NO="I-4961"?><ITEM><P>persuni li ma jkollhomx liċenzja li tippermettilhom isuqu l-vettura kkonċernata,</P><P>jew</P></ITEM><ITEM><P>persuni li ma jissodisfawx il-ħtiġiet tekniċi statutorji li jikkonċernaw il-kondizzjoni u s-sigurtà tal-vettura kkonċernata, għandha,</P></ITEM></LIST><P>għall-iskopijiet ta’ l-Artikolu 3(1) ta[l-ewwel direttiva], titqies nulla fir-rigward ta’ pretensjonijiet minn partijiet terzi li kienu vittmi ta’ inċident.</P><P>Madanakollu d-dispożizzjoni jew il-klawsola msemmija fl-ewwel inċiż tista’ tiġi invokata kontra persuni li minn jeddhom daħlu fil-vettura li kkaġunat il-ħsara jew il-korriment, meta l-assiguratur jista’ jipprova li dawn kienu jafu li l-vettura kienet misruqa.</P><P>Stati Membri għandu jkollhom l-għażla – fil-każ ta’ inċidenti li jseħħu fit-territorju tagħhom – li ma japplikawx id-dispożizzjoni ta’ l-ewwel subparagrafu jekk u sakemm il-vittma tkun tista’ takkwista kumpens għall-ħsara li saritilha minn korp ta’ sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tat-tielet direttiva jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 2(1) tat-[tieni direttiva], l-assigurazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3(1) ta[l-ewwel direttiva] għandha tkopri r-responsabbiltà għal korrimenti fuq il-persuna tal-passiġġieri, apparti minn għax-xufier, li joriġinaw mill-użu ta’ vettura.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4962"?><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2005/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE>, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE u 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2005">ĠU L 149, p. 14</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Emendi għad-Direttiva 90/232/KEE<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>l-Artikolu li ġej għandu jiġi mdaħħal:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="2"><ARTICLE IDENTIFIER="001A"><TI.ART><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Artikolu 1a</TI.ART><ALINEA>L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3(1) ta[l-ewwel direttiva] għandha tkopri danni personali u ħsara lill-proprjetà mġarrba minn dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u dawk li jużaw it-triq mingħajr mutur li, bħala konsegwenza ta’ inċident fejn vettura b’mutur tkun involuta, huma intitolati għal kumpens skond il-liġi ċivili nazzjonali. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju kemm għar-responsabbiltà ċivili kif ukoll għall-ammont ta’ danni.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/></ALINEA></ARTICLE></QUOT.S></P></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-premessa 16 tad-Direttiva 2005/14:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Danni personali u ħsara lill-proprjetà mġarrba minn dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u dawk li jużaw it-triq mingħajr muturi, li s-soltu huma l-partijiet l-iżjed dgħajfa f’inċident, għandhom jiġu koperti mill-assigurazzjoni obbligatorja tal-vettura<?PAGE NO="I-4963"?> involuta fl-inċident fejn dawn il-persuni ikunu intitolati għall-kumpens skond il-liġi ċivili nazzjonali. Din id-dispożizzjoni ma tippreġudikax ir-responsabbiltà jew l-għotja għad-danni f’inċident speċifiku, taħt leġiżlazzjoni nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE>, dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>), intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Kategoriji speċjali ta’ vittmi<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/> jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1), l-assigurazzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 3 għandha tkopri r-responsabbiltà għal danni personali tal-passiġġieri kollha, minbarra x-xufier [s-sewwieq], ikkawżati mill-użu ta’ vettura.</P></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-assigurazzjoni msemmija fl-Artikolu 3 għandha tkopri danni personali u ħsara lill-proprjetà li jsofru dawk li jkunu mexjin, ċiklisti u dawk li jużaw it-triq mingħajr vettura bil-mutur li, b’konsegwenza ta’ inċident fejn vettura b’mutur tkun involuta, huma intitolati għal kumpens skont il-liġi ċivili nazzjonali.</P><P>Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju kemm għar-responsabbiltà ċivili kif ukoll għall-ammont ta’ kumpens<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>.</P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4964"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 503(1) tal-Kodiċi Ċivili Portugiż:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kull persuna li effettivament issuq vettura bil-mutur u li tużaha għall-ħtiġijiet tagħha, anki jekk permezz ta’ persuna inkarigata minnha, hija responsabbli għad-danni li jirriżultaw mir-riskji konnessi mal-vettura nnifisha, kemm jekk tintuża u kemm jekk ma tkunx qed tintuża.<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 504(1) ta’ dan il-kodiċi jistipula:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Ir-responsabbiltà għad-danni kkawżati minn vetturi topera favur terzi, kif ukoll il-persuni passiġġieri<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 505 tal-imsemmi kodiċi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 570, ir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 503(1), hija eskluża biss meta l-inċident ikun imputabbli lill-vittma jew lil terz, jew meta jirriżulta minn każ ta’ forza maġġuri li ma jkollux x’jaqsam mal-funzjonament tal-vettura<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-4965"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikolu 570 tal-istess kodiċi jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="570.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Meta l-vittma tkun, bi ħtija tagħha, ikkontribwiet għall-okkorrenza jew għall-aggravazzjoni tad-danni, il-qorti kompetenti għandha, fid-dawl tal-gravità tal-ħtija ta’ parti waħda jew l-oħra, u tal-konsegwenzi li jirriżultaw minnha, tiddetermina jekk il-kumpens għandux jingħata kollu, jekk għandux jitnaqqas jew jekk għandux jiġi eskluż għalkollox.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="570.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk ir-responsabbiltà tkun ibbażata fuq sempliċi preżunzjoni ta’ ħtija, il-ħtija tal-vittma, sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor, teskludi l-obbligu li jingħata kumpens<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20020712">12 ta’ Lulju 2002</DATE>, it-tifel minuri tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li kien qed juża r-rota tiegħu, kien involut f’inċident ma’ vettura assigurata minn Fidelidade-Mundial. Dan l-inċident ikkawża l-mewt tat-tifel.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tesponi, f’dan ir-rigward, li fl-istanzi preċedenti ġie stabbilit li l-imsemmi inċident seħħ għall-ħabta tat-20:20, f’villaġġ rurali, fi triq mimlija bini, u li t-tifel kien għaddej fuq in-naħa ħażina tat-triq, mingħajr ma osserva r-regoli ta’ prijorità.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali ppreżentaw rikors kontra Fidelidade-Mundial, il-kumpannija tal-assigurazzjoni tal-vettura involuta fl-inċident li safa vittma tiegħu binhom, għal dikjarazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur. Permezz ta’ din ir-rikors, il-persuni kkonċernati qed jitolbu li jingħatalhom<?PAGE NO="I-4966"?> kumpens ta’ EUR <FT TYPE="DECIMAL">207080,78</FT> kif ukoll li jiġu koperti l-ispejjeż mediċi u kull dannu materjali sostnut, bħala kumpens għad-danni patrimonjali u mhux patrimonjali riżultanti minn dan l-inċident.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress li dan ir-rikors ġie miċħud kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell, ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali appellaw quddiem is-Supremo Tribunal de Justiça.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-inċident li tiegħu safa vittma iben ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju, billi tirreferi għad-deċiżjonijiet mogħtija fl-ewwel istanza u fl-appell, tirrileva li l-ħtija hija kollha tal-minuri li kien għaddej fuq in-naħa ħażina tat-triq, mingħajr ma osserva r-regoli ta’ prijorità, u li s-sewwieq tal-vettura ma kiser ebda wieħed mid-dmirijiet imposti fuqu mir-regoli tat-traffiku, b’mod li ma tista’ tiġi imputata lilu ebda responsabbiltà, la għal riskju u lanqas għal ħtija.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju ssemmi, fid-deċiżoni tagħha, l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali li seta’ jiġi mistenni mis-sewwieq tal-vettura li jeżerċita attenzjoni partikolari u li jsuq b’mod estremament prudenti, fid-dawl tal-fatt li kien jaf il-post tal-inċident, post fejn dejjem ikun hemm it-tfal. Aġir negliġenti tal-imsemmi sewwieq kellu, skont l-istess allegazzjonijiet, effett, f’termini ta’ kawżalità, fuq l-iżvolġiment tal-avvenimenti li wasslu għall-inċident.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li filwaqt li tirrikonoxxi li r-responsabbiltà ċivili hija qasam li jibqa’ taħt il-kompeteza tal-Istati Membri, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat, fis-sentenza tagħha tat-<DATE ISO="20050630">30 ta’ Ġunju 2005</DATE>, Candolin <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-537/03" PAGE.ECR="I-5745" YEAR="2005">C-537/03, Ġabra p. I-5745</REF.DOC.ECR>), li dawn tal-aħħar għandhom jeżerċitaw din il-kompetenza filwaqt li josservaw id-dritt tal-Unjoni, u b’hekk ma jistgħux jipprivaw id-dispożizzjonijiet tal-ewwel, it-tieni u t-tielet direttivi mill-effettività tagħhom. L-imsemmija dispożizzjonijiet jiġu pprivati<?PAGE NO="I-4967"?> minn din l-effettività b’mod partikolari jekk, sempliċement għaliex id-danni huma imputabbli lill-vittma stess, leġiżlazzjoni nazzjonali teskludi jew tillimita b’mod sproporzjonat id-dritt li jingħata kumpens.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tas-sistema ta’ responsabbiltà ċivili applikabbli għall-kawża prinċipali mad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fil-punti 3 sa 5 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Supremo Tribunal de Justiça ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tat-Tielet Direttiva […], għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li d-dritt ċivili Portugiż, b’mod partikolari permezz tal-Artikoli 503(1), 504, 505 u 570 tal-Kodiċi Ċivili, fil-każ ta’ inċident tat-traffiku li jseħħ fiż-żmien, bil-mod u fil-post bħal dak fil-kawża preżenti, jeskludi jew jillimita d-dritt għal kumpens ta’ persuna minuri, hija stess vittma tal-inċident, minħabba r-raġuni sempliċi li hija titqies bħala parzjalment jew esklużivament responsabbli għad-dannu kkawżat?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>B’mod preliminari, għandu jiġi rrilevat, hekk kif enfasizza ġustament il-Gvern Ġermaniż, li, għalkemm id-domanda magħmula tirrigwarda biss l-Artikolu 1 tat-tielet direttiva, madankollu jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju kkunsidrata fl-intier tagħha li, bid-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju qed tistaqsi, essenzjalment, jekk<?PAGE NO="I-4968"?> l-ewwel, it-tieni u t-tielet direttivi għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita jew teskludi d-dritt għal kumpens tal-vittma ta’ inċident li jinvolvi vettura bil-mutur minħabba li hija tkun ikkontribwiet parzjalment jew esklużivament għat-twettiq tad-danni.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li l-preambolu tal-ewwel u tat-tieni direttivi juri li dawn jippruvaw, minn naħa, jiżguraw il-moviment liberu kemm tal-vetturi normalment ibbażati fit-territorju tal-Unjoni Ewropea kif ukoll tal-persuni li jinsabu abbord dawn il-vetturi u, min-naħa l-oħra, jiggarantixxu li l-vittmi tal-inċidenti kkawżati minn dawn il-vetturi jibbenefikaw minn trattament paragunabbli, ikun fejn ikun il-post fit-territorju tal-Unjoni fejn iseħħ l-inċident (sentenzi tat-<DATE ISO="19960328">28 ta’ Marzu 1996</DATE>, Ruiz Bernáldez, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-129/94" PAGE.ECR="I-1829" YEAR="1996">C-129/94, Ġabra p. I-1829</REF.DOC.ECR>, punt 13; tal-<DATE ISO="20000914">14 ta’ Settembru 2000</DATE>, Mendes Ferreira u Delgado Correia Ferreira, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-348/98" PAGE.ECR="I-6711" YEAR="2000">C-348/98, Ġabra p. I-6711</REF.DOC.ECR>, punt 24, kif ukoll tas-<DATE ISO="20110317">17 ta’ Marzu 2011</DATE>, Carvalho Ferreira Santos, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-484/09" PAGE.ECR="I-1821" YEAR="2011">C-484/09, Ġabra p. I-1821</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>L-ewwel direttiva, kif iċċarata u kkompletata mit-tieni u t-tielet direttivi, b’hekk timponi fuq l-Istati Membri li jiggarantixxu li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tagħhom tkun koperta minn assigurazzjoni u tippreċiża, b’mod partikolari, it-tipi ta’ danni u t-terzi li jkunu sfaw vittmi li din l-assigurazzjoni għandha tkopri (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Mendes Ferreira u Delgado Correia Ferreira, punt 27, kif ukoll Carvalho Ferreira Santos, punt 27).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-obbligu ta’ kopertura minn assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għal danni kkawżati lil terzi minn vetturi bil-mutur huwa distint mill-portata tal-kumpens ta’ dawn tal-aħħar, abbażi tar-responsabbiltà ċivili tal-assigurat. Fil-fatt, filwaqt li l-ewwel wieħed huwa ddefinit u ggarantit mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, it-tieni waħda hija rregolata, essenzjalment, mid-dritt nazzjonali (sentenza Carvalho Ferreira Santos, iċċitata iktar ’il fuq, punt 31 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4969"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, fil-fatt, li mill-għan tal-ewwel, it-tieni u t-tielet direttivi, kif ukoll mill-kliem tagħhom, jirriżulta li huma ma humiex intiżi li jarmonizzaw is-sistemi ta’ responsabbiltà ċivili tal-Istati Membri u li, fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, dawn tal-aħħar jibqgħu liberi li jiddeterminaw is-sistema ta’ responsabbiltà ċivili applikabbli għall-inċidenti li jirriżultaw mill-użu ta’ vetturi bil-mutur (sentenza Carvalho Ferreira Santos, iċċitata iktar ’il fuq, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). Din l-analiżi hija kkorroborata, għal dak li jirrigwarda d-danni subiti mill-utenti mhux motorizzati tat-triq, mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1a tat-tielet direttiva, riprodotti fl-Artikolu 12(3) tad-Direttiva 2009/103.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Madankollu, l-Istati Membru huma obbligati jiggarantixxu li r-responsabbiltà ċivili applikabbli skont id-dritt nazzjonali tagħhom tkun koperta minn assigurazzjoni konformi mad-dispożizzjonijiet tat-tliet direttivi msemmija hawn fuq (sentenzi Mendes Ferreira u Delgado Correia Ferreira, iċċitata iktar ’il fuq, punt 29; tad-<DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, Farrell, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-356/05" PAGE.ECR="I-3067" YEAR="2007">C-356/05, Ġabra p. I-3067</REF.DOC.ECR>, punt 33, kif ukoll Carvalho Ferreira Santos, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, mill-ġurisprudenza jirriżulta li l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f’dan il-qasam filwaqt li josservaw id-dritt tal-Unjoni u li d-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirregolaw il-kumpens għall-inċidenti li jirriżultaw mill-użu ta’ vetturi ma jistgħux iċaħħdu lill-ewwel, it-tieni u t-tielet direttivi mill-effettività tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Ruiz Bernáldez, punt 19; Candolin <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punti 27 u 28, kif ukoll Farrell, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Hekk kif speċifikat il-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmija direttivi jiġu pprivati minn din l-effettività jekk, biss fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni tal-vittma għat-twettiq tad-dannu, leġiżlazzjoni nazzjonali, definita fuq il-bażi ta’ kriterji ġenerali u astratti, jew iċċaħħad lill-vittma d-dritt li tiġi kkumpensata mill-assigurazzjoni obbligatorja ta’ vettura b’mutur, jew tillimita tali dritt b’mod sproporzjonat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Candolin <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> iċċitata iktar ’il fuq, punt 29). Għaldaqstant, huwa biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali li, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni individwali, l-ammont tal-kumpens għall-vittma jista’ jiġi limitat.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4970"?><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-Artikoli 2(1) tat-tieni direttiva u l-Artikolu 1 tat-tielet direttiva jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti li jiġi rrifjutat jew limitat b’mod sproporzjonat, fuq il-bażi tal-kontribuzzjoni ta’ passiġġier għat-twettiq tad-dannu li sostna, il-kumpens sostnut mill-assigurazzjoni obbligatorja tal-vetturi b’mutur (sentenza Candolin <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35). Din is-soluzzjoni ġiet ikkonfermata fis-sentenza Farrell, iċċitata iktar ’il fuq (punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li, fil-kawża prinċipali, b’differenza mill-fatti li wasslu għas-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq, Candolin <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kif ukoll Farrell, id-dritt għal kumpens tal-vittmi tal-inċident huwa affettwat mhux minħabba limitazzjoni tal-kopertura tar-responsabbiltà ċivili minn dispożizzjonijiet rigward l-assigurazzjoni, iżda minħabba limitazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tas-sewwieq assigurat, skont is-sistema ta’ responsabbiltà ċivili applikabbli.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Artikoli 503 u 504 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż jistabbilixxu responsabbiltà oġġettiva f’każ ta’ inċident tat-traffiku, iżda li, b’mod konformi mal-Artikolu 505 ta’ dan il-kodiċi, ir-responsabbiltà għar-riskju prevista fl-Artikolu 503(1) tal-imsemmi kodiċi, hija eskluża jekk l-inċident ikun imputabbli lill-vittma. Barra minn hekk, meta l-ħtija tal-vittma tkun ikkontribwiet għall-okkorrenza jew għall-aggravazzjoni tad-danni, l-Artikolu 570 tal-Kodiċi Ċivili Portugiż jistipula li, fid-dawl tal-gravità ta’ din il-ħtija, l-imsemmija persuna tiġi pprivata mill-kumpens kollu jew minn parti minnu.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli fil-kuntest tal-kawża prinċipali hija intiża, f’kuntest bħal dak tal-kawża prinċipali, biex teskludi r-responsabbiltà għal riskju tas-sewwieq tal-vettura involuta fl-inċident biss meta l-inċident ikun esklużivament imputabbli lill-vittma. Barra minn hekk, f’każ ta’ ħtija tal-vittma li kkontribwiet għall-okkorrenza jew għall-aggravazzjoni tad-dannu li sostniet, il-kumpens tagħha huwa, skont din il-leġiżlazzjoni, affettwat b’mod proporzjonali għall-gravità ta’ din il-ħtija.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4971"?><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Bil-kontra tal-kuntesti ġuridiċi rispettivi li wasslu għas-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Candolin <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kif ukoll Farrell, l-imsemmija leġiżlazzjoni b’hekk ma għandhiex l-effett, f’każ li l-vittma tikkontribwixxi għad-dannu sostnut minnha, li teskludi awtomatikament jew li tillimita b’mod sproporzjonat id-dritt tal-vittma, f’dan il-każ dak tal-ġenituri ta’ tifel minuri li miet meta kien għaddej bir-rota tiegħu u kien involut f’inċident ma’ vettura bil-mutur, għal kumpens mill-assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili tas-sewwieq tal-vettura involuta fl-inċident. Għaldaqstant, ma taffettwax il-garanzija, prevista mid-dritt tal-Unjoni, li r-responsabbiltà ċivili, iddeterminata skont id-dritt nazzjonali, tiġi koperta minn assigurazzjoni konformi mat-tliet direttivi msemmija iktar ’il fuq (ara s-sentenza Carvalho Ferreira Santos, iċċitata iktar ’il fuq, punti 43 u 44).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-ewwel, it-tieni u t-tielet direttivi għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jaqgħu taħt id-dritt tar-responsabbiltà ċivili li jippermettu li jiġi eskluż jew limitat id-dritt tal-vittma ta’ inċident li jitlob kumpens taħt l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-vettura bil-mutur involuta fl-inċident, abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-kontribuzzjoni esklużiva jew parzjali ta’ din il-vittma għat-twettiq tad-dannu sostnut minnha.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4972"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Id-Direttiva tal-Kunsill 72/166/KEE, tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, it-Tieni Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE, tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, u t-Tielet Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE, tal-<DATE ISO="19900514">14 ta’ Mejju 1990</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jaqgħu taħt id-dritt tar-responsabbiltà ċivili li jippermettu li jiġi eskluż jew limitat id-dritt tal-vittma ta’ inċident li jitlob kumpens taħt l-assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili tal-vettura bil-mutur involuta fl-inċident, abbażi ta’ evalwazzjoni individwali tal-kontribuzzjoni esklużiva jew parzjali ta’ din il-vittma għat-twettiq tad-dannu sostnut minnha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>