Official Journal L 259 , 06/10/1999 P. 0003 - 0004
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2113/1999 tal-5 ta' Ottubru 1999 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 [1] dwar in-nomenklatura ta' tariffi u statistikali u dwar it-Tariffa Doganali Komuni, kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1835/1999 [2], u b'mod partikolari Artikolu 9, Billi: (1) sabiex tkun żgurata applikazzjoni uniformi tan-nomenklatura magħquda annessa għar-regolament imsemmi, hemm bżonn li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti li hemm referenza għalihom fl-Anness għal dan ir-Regolament; (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda u dawk ir-regoli japplikaw għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija kollha kemm hi jew li għandha parti minnha bbażata fuqha jew li żżid kwalunkwe sud-diviżjonijiet addizzjonali magħha u li hija stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-għan li tiġi applikata tariffa jew miżuri oħra li għandhom x'jaqsmu mal-kummerċ ta' oġġetti; (3) bi qbil mar-regoli ġenerali msemmija, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa għar-Regolament preżenti għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċijiet NM ix-xierqa indikati fil-kolonna 2, b'virtù tar-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna 3; (4) tiġi aċċettata li l-informazzjoni li torbot dwar it-tariffa maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-klassifikazzjoni ta' oġġetti fin-nomenklatura magħquda u li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament, tista’ tibqa tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet f'Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi tad-Dwana tal-Komunità [3], għal perjodu ta' tlett xhur mill-pussessur; (5) il-miżuri li għalihom hemm provdut f’dan ir-Regolament huma bi qbil ma’ l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella annessa huma issa kklassifikati fi ħdan in-nomenklatura magħquda taħt il-kodiċijiet NM ix-xierqa indikati fil-kolonna 2 tat-tabella msemmija. Artikolu 2 Informazzjoni li torbot dwar tariffa maħruġa mill-awtoritajiet doganali ta' Stati Membri li ma tikkonformax mad-drittijiet stabbiliti b'dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata taħt id-dispożizzjonijiet ta' Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fi-seħħ fil-21 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fil-5 ta' Ottubru 1999. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 224, tal-25.8.1999, p. 5. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. -------------------------------------------------- ANNESS Deskrizzjoni | Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | L-ossidu tal-manjesju prodott bil-kalċinazzjoni tal-karbonat tal-manjesju u fużjoni arc, jieħu l-għamla ta' granuli irregolari li huma minn bla kulur sa kannella li jagħti fil-griż. Il-granuli huma magħmulin minn partikuli kristallini trasluċidi għal trasparenti ta' daqs ta' bejn wieħed u ieħor 1 sa 10 mm. Densità (densità fi kwantità): bejn wieħed u ieħor 3,5 g/ċm3 Kontenut ta' ossidu tal-manjesju: għallinqas 95 % bil-piż | 25199010 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita permezz tad-dispożizzjonijiet tar-regoli ġenrali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda u l-formular tal-kliem tal-kodiċijiet NM 2519, 251990 u 25199010 Il-klassifikazzjoni f'din is-subintestatura hija stabbilita permezz tal-proċess ta' fabbrikazzjoni, kalċinazzjoni u fużjoni arc bl-elettriku f'temperatura ta' 2800 sa 3000 °C, kif indikat fin-noti ta' spjega tan-NM, subintestatura 25199010, punt 2. | --------------------------------------------------