|
22.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 47/11 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 162/2011
tal-21 ta' Frar 2011
li jiddetermina ċ-ċentri tal-intervent għar-ross
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu, b'rabta mal-Artikolu 4 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009 tal-Kummissjoni (2), jelenka fl-Anness B tiegħu, iċ-ċentri tal-intervent għar-ross, imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 670/2009 tal-Kummissjoni (3). L-Anness A tal-imsemmi Regolament, li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għall-qamħ durum, tħassar permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1125/2010 tat-3 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi ċ-ċentri tal-intervent għaċ-ċereali u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1173/2009 (4). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1272/2009 tal-11 ta' Diċembru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f'dak li għandu x'jaqsam max-xiri u l-bejgħ ta' prodotti agrikoli taħt intervent pubbliku (5), jistipula, mis-sena ta' kummerċjalizzazzjoni [sena tas-suq] 2010/11, il-kundizzjonijiet li għandhom ikunu osservati għall-għażla u l-approvazzjoni taċ-ċentri tal-intervent għar-ross u tal-postijiet tal-ħżin tagħhom. |
|
(3) |
Mill-1 ta' Settembru 2010, ir-Regolament (UE) Nru 1272/2009 jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 670/2009 f'dak li jirrigwarda r-ross. |
|
(4) |
Mill-1 ta' Settembru 2010, iċ-ċentri tal-intervent għar-ross magħżula b'applikazzjoni tal-Artikolu 41 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, għandhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti bl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (UE) Nru 1272/2009. Ir-Regolament (KE) Nru 1173/2009 għandu għalhekk ikun irrevokat. |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1272/2009, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lis-servizzi tal-Kummissjoni dwar, il-lista taċ-ċentri tal-intervent għar-ross għan-nominazzjoni effettiva tagħhom kif ukoll il-lista tal-postijiet tal-ħżin ta' dawn iċ-ċentri li huma jqisu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet minimi mitluba mir-Regolament tal-Unjoni. F'każijiet fejn il-livell tal-produzzjoni tar-ross huwa baxx u meta l-estimi ma jindikawx dawk iż-żoni li fihom jiġi prodott ir-ross f'ammonti żejda u l-intervent ma ntużax għal perjodu sinifikanti, ċerti Stati Membri ma rrappurtaw ebda ċentru tal-intervent għar-ross. |
|
(6) |
Sabiex ikun assigurat il-funzjonament tajjeb tal-iskema ta' intervent pubbliku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi ċentri tal-intervent skont il-pożizzjoni ġeografika tagħhom u għandha tippubblika lista tal-postijiet tal-ħżin tagħhom bit-tagħrif kollu neċessarju għall-operaturi kkonċernati mill-intervent pubbliku. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Iċ-ċentri tal-intervent għar-ross imsemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1272/2009 huma elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin relatati ma' kull ċentru tal-intervent u l-informazzjoni ddettaljata dwar dawn il-postijiet u maċ-ċentri tal-intervent, huma ppubblikati fuq l-internet (6).
Artikolu 2
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1173/2009 għandu jiġi rrevokat.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
(2) ĠU L 314, 1.12.2009, p. 48.
(3) ĠU L 194, 25.7.2009, p. 22.
(4) ĠU L 318, 4.12.2010, p. 10.
(5) ĠU L 349, 29.12.2009, p. 1.
(6) L-indirizzi tal-postijiet tal-ħżin taċ-ċentri tal-intervent huma disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea CIRCA (http://circa.europa.eu/Public/irc/agri/cereals/library?l=/publicsdomain/cereals/intervention_agencies&vm=detailed&sb=Title)
ANNESS
Ċentri ta' intervent għar-ross
IL-BULGARIJA
Пловдив
SPANJA
|
|
CADIZ |
|
|
CORDOBA |
|
|
SEVILLA |
|
|
ZARAGOZA |
|
|
ALBACETE |
|
|
CIUDAD REAL |
|
|
CUENCA |
|
|
LÉRIDA |
|
|
BADAJOZ |
|
|
CACERES |
|
|
NAVARRA |
FRANZA
|
|
BOUCHES-DU-RHONE |
|
|
GARD |
IL-GREĊJA
|
|
ΘΕΣΣΑΛΟΝΙΚΗ |
|
|
ΓΙΑΝΝΙΤΣΑ |
|
|
ΒΟΛΟΣ |
|
|
ΛΑΜΙΑ |
L-UNGERIJA
|
|
Jász-Nagykun-Szolnok |
|
|
Békés |
|
|
Szabolcs-Szatmár-Bereg |
L-ITALJA
Piemonte
IL-PORTUGALL
|
|
Silo de Évora |
|
|
Silo de Cuba |
IR-RUMANIJA
|
|
IANCA |
|
|
BRAILA |
|
|
FAUREI |
|
|
BARAGANUL |
|
|
PALAS |
|
|
COGEALAC |
|
|
MOVILA |
|
|
FETESTI |
|
|
TANDAREI |
|
|
BUCU |
|
|
ALEXANDRIA |
|
|
CORABIA |
|
|
CARPINIS |