|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3467 |
24.7.2026 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Orizzont Ewropa — L-10 Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni
(C/2026/3467)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-missjonijiet tal-UE kif stabbiliti fir-Regolament 2021/695 jenħtieġ li jippermettu impatt trasformattiv u sistemiku għas-soċjetà, billi jrawmu kollaborazzjoni transdixxiplinari, transsettorjali, transpolitika u transfruntiera. Jenħtieġ li dawn ikunu jiddependu fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni biex jiżviluppaw it-teknoloġiji, is-servizzi, il-prodotti u l-innovazzjonijiet soċjali trasformattivi meħtieġa biex jilħqu l-objettivi ambizzjużi tagħhom. Min-naħa tagħhom, il-Missjonijiet tal-UE jenħtieġ li jħaffu l-iżvilupp, l-iskalar u l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi u jgħinu fil-ħolqien ta’ swieq ewlenin għal prodotti u servizzi ġodda. Il-Programm Qafas jenħtieġ li jiffinanzja l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Missjonijiet, filwaqt li l-adozzjoni u l-espansjoni jenħtieġ li jitwettqu bi programmi oħra tal-UE u finanzjament nazzjonali. |
Il-missjonijiet tal-UE kif stabbiliti fir-Regolament 2021/695 jenħtieġ li jippermettu impatt trasformattiv u sistemiku għas-soċjetà, billi jrawmu kollaborazzjoni transdixxiplinari, transsettorjali, transpolitika , transfruntiera u transreġjonali, u jirriflettu bis-sħiħ il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni muntanjużi, rurali, insulari u reġjuni periferiċi oħrajn . Jenħtieġ li dawn ikunu jiddependu fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni biex jiżviluppaw it-teknoloġiji, is-servizzi, il-prodotti u l-innovazzjonijiet soċjali trasformattivi meħtieġa biex jilħqu l-objettivi ambizzjużi tagħhom. Min-naħa tagħhom, il-Missjonijiet tal-UE jenħtieġ li jħaffu l-iżvilupp, l-iskalar u l-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi u jgħinu fil-ħolqien ta’ swieq ewlenin għal prodotti u servizzi ġodda. Il-Programm Qafas jenħtieġ li jiffinanzja l-attivitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-Missjonijiet, filwaqt li l-adozzjoni u l-espansjoni jenħtieġ li jitwettqu bi programmi oħra tal-UE u finanzjament nazzjonali. Il-bliet u r-reġjuni għandhom ikunu jistgħu jaġixxu wkoll bħala ambjenti ewlenin għall-esperimentazzjoni, il-validazzjoni u l-użu fuq skala kbira ta’ soluzzjonijiet żviluppati b’rabta mal-missjonijiet tal-UE, b’mod partikolari permezz ta’ proġetti pilota u dimostraturi taħt kundizzjonijiet reali. |
Raġuni
Iridu jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali kollha, mhux biss ir-reġjuni transfruntiera iżda wkoll ir-reġjuni marittimi, muntanjużi, eċċ. L-iżgurar ta’ kollaborazzjoni transreġjonali espliċita ma jħallix l-investimenti fl-innovazzjoni jikkonċentraw biss f’ċentri diġà b’saħħithom, u jindirizza aħjar l-eżodu ta’ mħuħ u l-iżvantaġġi strutturali fir-reġjuni periferiċi.
Emenda 2
Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Programm jenħtieġ li jsaħħaħ ir-rabtiet bejn l-universitajiet u l-ekosistemi tal-innovazzjoni, inkluż is-settur privat. |
Il-Programm Qafas jenħtieġ li jsaħħaħ ir-rabtiet bejn l-universitajiet u l-ekosistemi tal-innovazzjoni, inkluż is-settur privat, u jgħaqqad l-ekosistemi lokali u reġjonali . |
Raġuni
Ir-rabta bejn l-ekosistemi reġjonali se tippromovi l-iżvilupp rapidu tal-innovazzjoni, u l-Programm Qafas għandu jiffaċilita dawn il-konnessjonijiet.
Emenda 3
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC, European Innovation Council) jenħtieġ li jistimula innovazzjoni li toħloq is-swieq tat-teknoloġija profonda. Jenħtieġ li jidentifika, jiżviluppa u juża dawn l-innovazzjonijiet tat-teknoloġija profonda bl-istrumenti tiegħu. Permezz ta’ appoġġ koerenti u simplifikat, l-EIC jenħtieġ li jimla l-vojt fl-appoġġ pubbliku u fl-investiment privat għat-teknoloġiji trasformattivi u l-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda. Bl-istrumenti tiegħu, l-EIC jenħtieġ li jkollu l-għan li jgħaqqad, jintegra u jħaffef il-perkors tal-innovatur mir-riċerka sas-suq u jippermetti lill-Unjoni jkollha kumpaniji ewlenin f’oqsma emerġenti tat-teknoloġija biex tilħaq l-objettivi soċjali u ekonomiċi tagħha u tevita dipendenzi fuq reġjuni oħra. L-EIC jenħtieġ li jappoġġa innovazzjonijiet ta’ riskju kbir u ta’ potenzjal qawwi u lil kumpaniji li jerfgħu dawn ir-riskji teknoloġiċi, xjentifiċi, finanzjarji, ta’ ġestjoni jew tas-suq li għadhom ma jitqisux bankabbli għalkollox, u għalhekk ma jistgħux jgħollu l-livell meħtieġ ta’ investimenti biex ikunu kompetittivi globalment mis-suq. |
Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC, European Innovation Council) jenħtieġ li jistimula innovazzjoni li toħloq is-swieq tat-teknoloġija profonda. Jenħtieġ li jidentifika, jiżviluppa u juża dawn l-innovazzjonijiet tat-teknoloġija profonda bl-istrumenti tiegħu. Permezz ta’ appoġġ koerenti u simplifikat, l-EIC jenħtieġ li jimla l-vojt fl-appoġġ pubbliku u fl-investiment privat għat-teknoloġiji trasformattivi u l-innovazzjoni tat-teknoloġija profonda. Bl-istrumenti tiegħu, l-EIC jenħtieġ li jkollu l-għan li jgħaqqad, jintegra u jħaffef il-perkors tal-innovatur mir-riċerka sas-suq , billi jsaħħaħ ir-rabtiet bejn l-ERC u l-EIC, u jippermetti lill-Unjoni jkollha kumpaniji ewlenin f’oqsma emerġenti tat-teknoloġija biex tilħaq l-objettivi soċjali u ekonomiċi tagħha u tevita dipendenzi fuq reġjuni oħra. L-EIC jenħtieġ li jappoġġa innovazzjonijiet ta’ riskju kbir u ta’ potenzjal qawwi u lil kumpaniji li jerfgħu dawn ir-riskji teknoloġiċi, xjentifiċi, finanzjarji, ta’ ġestjoni jew tas-suq li għadhom ma jitqisux bankabbli għalkollox, u għalhekk ma jistgħux jgħollu l-livell meħtieġ ta’ investimenti biex ikunu kompetittivi globalment mis-suq. |
Raġuni
L-eċċellenza fir-riċerka żviluppata permezz tal-ERC għandha twassal għall-innovazzjoni. Qabel ma jintemm il-programm ta’ riċerka tal-ERC, trid tinħoloq rabta bejnu u l-opportunitajiet offruti mill-EIC.
Emenda 4
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-finanzjament ta’ espansjoni tat-teknoloġija profonda mill-Fond Scaleup Europe imħabbar fl-Istrateġija għan-Negozji li qed jespandu, eżistenti waqt id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitwettaq skont it-termini miftiehma fil-QFP 2021-2027. Il-finanzjament kollu skont il-QFP 2028-2034 jenħtieġ li jitwettaq skont l-FEK. |
Il-finanzjament ta’ espansjoni tat-teknoloġija profonda mill-Fond Scaleup Europe imħabbar fl-Istrateġija għan-Negozji li qed jespandu, eżistenti waqt id-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jitwettaq skont it-termini miftiehma fil-QFP 2021-2027. Il-finanzjament kollu skont il-QFP 2028-2034 jenħtieġ li jitwettaq skont l-FEK. F’dan il-kuntest, il-KtR u l-awtoritajiet lokali u reġjonali jenħtieġ li jiġu assoċjati b’mod ugwali u xieraq fil-governanza tal-FEK, inkluż li jiġu infurmati minn qabel dwar id-deċiżjonijiet ta’ programmazzjoni u l-inizjattivi ġodda futuri. Din il-parteċipazzjoni trid tiżgura rappreżentanza bbilanċjata tal-livelli territorjali differenti, waqt li jiġi żgurat li r-reġjuni ultraperiferiċi jkunu rappreżentati. |
Raġuni
Il-livelli territorjali differenti għandhom ikunu rappreżentati b’mod ibbilanċjat, u n-natura speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi, kif rikonoxxuta fl-Artikolu 349 tat-TFUE, għandha tiġi rikonoxxuta wkoll.
Emenda 5
Premessa 17
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC, Joint Research Centre) jenħtieġ li jkompli jipprovdi evidenza xjentifika indipendenti u appoġġ tekniku għall-politiki tal-Unjoni, tul iċ-ċiklu ta’ politika kollu. L-azzjonijiet diretti tal-JRC jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni u l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti tal-JRC, filwaqt li tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-JRC jenħtieġ li jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali, li jista’ juża biex jappoġġa l-attivitajiet xjentifiċi u tekniċi tiegħu. |
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC, Joint Research Centre) jenħtieġ li jkompli jipprovdi evidenza xjentifika indipendenti u appoġġ tekniku għall-politiki tal-Unjoni, tul iċ-ċiklu ta’ politika kollu. L-azzjonijiet diretti tal-JRC jenħtieġ li jiġu implimentati b’mod flessibbli, effiċjenti u trasparenti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-politiki tal-Unjoni u l-ħtiġijiet rilevanti tal-utenti, li fosthom jenħtieġ li jkun hemm l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-bliet, tal-JRC, filwaqt li tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-JRC jenħtieġ li jkompli jiġġenera riżorsi addizzjonali, li jista’ juża biex jappoġġa l-attivitajiet xjentifiċi u tekniċi tiegħu. Jenħtieġ tingħata attenzjoni speċjali biex jitnaqqas id-distakk bejn l-objettivi ta’ politika tal-UE u l-implimentazzjoni tagħhom fil-livell reġjonali u lokali, billi tissaħħħaħ l-integrazzjoni bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-introduzzjoni fis-suq, inkluż l-appoġġ biex l-innovazzjonijiet jiġu applikati fuq skala akbar. |
Raġuni
Il-ħidma taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka hija importanti ħafna għar-reġjuni. Għandha titkompla ħidma komuni, permezz tal-KtR. It-tisħiħ tar-rabta mir-riċerka għall-introduzzjoni fis-suq isaħħaħ l-impatt, jappoġġja l-innovazzjoni reġjonali u jgħin biex jiżdiedu s-soluzzjonijiet fl-Ewropa kollha.
Emenda 6
Premessa 19
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-infrastrutturi tar-riċerka u l-infrastrutturi tat-teknoloġija Ewropej biex jixpruna l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika u l-kompetittività industrijali, billi jappoġġa l-kontinwità taċ-ċiklu tar-riċerka u l-innovazzjoni mir-riċerka bażika sar-riċerka applikata lejn adozzjoni fis-soċjetà u fis-suq. |
Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-infrastrutturi tar-riċerka u l-infrastrutturi tat-teknoloġija Ewropej biex jixpruna l-eċċellenza xjentifika u teknoloġika u l-kompetittività industrijali, billi jappoġġa l-kontinwità taċ-ċiklu tar-riċerka u l-innovazzjoni mir-riċerka bażika sar-riċerka applikata lejn adozzjoni fis-soċjetà u fis-suq bejn il-fruntieri reġjonali u nazzjonali u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) . Għal dan l-għan, għandu jiġi stabbilit monitoraġġ tal-implimentazzjoni biex tiġi vvalutata d-distribuzzjoni ġeografika tal-finanzjament u jiġu evitati konċentrazzjonijiet sproporzjonati. |
Raġuni
Issaħħaħ il-proposta tal-KtR billi tipprovdi mekkaniżmi ta’ monitoraġġ territorjali.
Emenda 7
Premessa 20
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Programm jenħtieġ li jimplimenta miżuri konkreti b’appoġġ għall-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi ta’ twessigħ u t-tisħiħ tar-rabtiet kollaborattivi madwar l-Unjoni li jsaħħu l-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-pajjiżi ta’ twessigħ u fil-pajjiżi ta’ tranżizzjoni, li jwasslu għal sistema Ewropea tar-R&I aktar koeżiva u integrata u jikkontribwixxu għall-mira tal-investiment ta’ mqar 3 % tal-PDG fir-riċerka u l-iżvilupp. L-Istati Membri eliġibbli mill-perjodu 2021-2027 jenħtieġ li jinqasmu f’żewġ gruppi għal perjodu kollu tal-Programm, abbażi tal-Indiċi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni u r-redditu finanzjarju relattiv għal kull Introjtu Nazzjonali Gross (ING), abbażi tal-kriterji li ġejjin: i) “Pajjiżi ta’ tranżizzjoni”, kemm b’Indiċi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni (2023-2025) iżjed minn 75 % tal-medja tal-Unjoni kif ukoll b’redditu finanzjarju relattiv pożittiv għal kull ING (2021-2025) skont Orizzont Ewropa; ii) “Pajjiżi ta’ twessigħ”, l-Istati Membri l-oħra kollha eliġibbli mill-perjodu 2021-2027. |
Il-Programm jenħtieġ li jimplimenta miżuri konkreti b’appoġġ għall-bini tal-kapaċità fil-pajjiżi ta’ twessigħ u t-tisħiħ tar-rabtiet kollaborattivi madwar l-Unjoni , inklużi r-reġjuni li, fl-istess ħin, isaħħu l-kapaċità tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-pajjiżi ta’ twessigħ u fil-pajjiżi ta’ tranżizzjoni, li jwasslu għal sistema Ewropea tar-R&I aktar koeżiva u integrata u jikkontribwixxu għall-mira tal-investiment ta’ mqar 3 % tal-PDG fir-riċerka u l-iżvilupp. L-Istati Membri eliġibbli mill-perjodu 2021-2027 jenħtieġ li jinqasmu f’żewġ gruppi għal perjodu kollu tal-Programm, abbażi tal-Indiċi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni u r-redditu finanzjarju relattiv għal kull Introjtu Nazzjonali Gross (ING), abbażi tal-kriterji li ġejjin: i) “Pajjiżi ta’ tranżizzjoni”, kemm b’Indiċi tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni (2023-2025) iżjed minn 75 % tal-medja tal-Unjoni kif ukoll b’redditu finanzjarju relattiv pożittiv għal kull ING (2021-2025) skont Orizzont Ewropa; ii) “Pajjiżi ta’ twessigħ”, l-Istati Membri l-oħra kollha eliġibbli mill-perjodu 2021-2027. |
Raġuni
It-tnaqqis tad-distakk fl-innovazzjoni fl-UE ma jistax jiġi indirizzat fil-livell nazzjonali biss, peress li hemm riskju li d-distakk bejn ir-reġjuni jkompli jikber. Ir-rikonoxximent tar-rwol tal-bliet bħala ċentri ta’ innovazzjoni jagħmilha possibbli li tissaħħaħ l-effiċjenza tas-sistema Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni u jitħaffef il-pass tat-tixrid tal-innovazzjonijiet.
Emenda 8
Premessa (22)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u jkun żgurat tkabbir ekonomiku sostenibbli fit-tul, hu essenzjali li tissaħħaħ il-kompetittività globali tagħha filwaqt li jitħarsu l-assi u l-interessi strateġiċi tagħha kif deskritt fl-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà Ekonomika[1]. L-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 kif ikkomplementat mill-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) XXX [il-Fond Ewropew għall-Kompetittività] jippromwovi l-kompetittività tal-Unjoni u jipproteġi s-sigurtà ekonomika tagħha. L-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-fini tal-Programm jenħtieġ li tipprovdi qafas legali xieraq li jippermetti, meta meħtieġ, l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ proċeduri ta’ aġġudikazzjoni li jippromwovu l-kompetittività mmexxija mir-riċerka u jipproteġu l-interessi u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, inkluż miżuri mmirati għar-restrizzjoni tal-parteċipazzjoni jew il-protezzjoni tar-riżultati u jiżguraw koerenza u konsistenza ma’ regoli speċifiċi skont it-twieqi tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività. Meta meħtieġ, jenħtieġ li jitħaddem approċċ ibbażat fuq ir-riskji biex ikun żgurat li r-riskji relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni jiġu identifikati, ivvalutati u indirizzati b’miżuri proporzjonati u effettivi[2]. F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju, għal raġunijiet ta’ sigurtà, jenħtieġ li r-restrizzjonijiet tal-eliġibbiltà japplikaw għal fornituri ta’ riskju għoli. |
Biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Unjoni u jkun żgurat tkabbir ekonomiku sostenibbli fit-tul, hu essenzjali li tissaħħaħ il-kompetittività globali tagħha filwaqt li jitħarsu l-assi u l-interessi strateġiċi tagħha kif deskritt fl-Istrateġija Ewropea tas-Sigurtà Ekonomika[1]. L-Artikolu 136 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 kif ikkomplementat mill-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) XXX [il-Fond Ewropew għall-Kompetittività] jippromwovi l-kompetittività tal-Unjoni u jipproteġi s-sigurtà ekonomika tagħha. L-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għall-fini tal-Programm jenħtieġ li tipprovdi qafas legali xieraq li jippermetti, meta meħtieġ, l-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ proċeduri ta’ aġġudikazzjoni li jippromwovu l-kompetittività mmexxija mir-riċerka u jipproteġu l-interessi u l-awtonomija strateġika tal-Unjoni, inkluż miżuri mmirati għar-restrizzjoni tal-parteċipazzjoni jew il-protezzjoni tar-riżultati u jiżguraw koerenza u konsistenza ma’ regoli speċifiċi skont it-twieqi tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività. Meta meħtieġ, jenħtieġ li jitħaddem approċċ ibbażat fuq ir-riskji biex ikun żgurat li r-riskji relatati mar-riċerka u l-innovazzjoni jiġu identifikati, ivvalutati u indirizzati b’miżuri proporzjonati u effettivi[2]. F’konformità mal-Artikolu 136 tar-Regolament Finanzjarju, għal raġunijiet ta’ sigurtà, jenħtieġ li r-restrizzjonijiet tal-eliġibbiltà japplikaw għal fornituri ta’ riskju għoli. Il-bliet u r-reġjuni jenħtieġ jiġu rikonoxxuti bħala atturi ewlenin fl-ekosistemi tal-innovazzjoni, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp, l-ittestjar, l-introduzzjoni u l-iskalar ta’ soluzzjonijiet b’kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija u l-organizzazzjonijiet tar-riċerka. |
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-bliet u r-reġjuni huma kruċjali għall-implimentazzjoni u l-adozzjoni tal-innovazzjoni. Huma jimmobilizzaw il-kollaborazzjoni industrijali u akkademika lejn il-miri tal-UE. Ir-rikonoxximent tar-rwol tagħhom isaħħaħ l-ekosistemi u jikkontribwixxi għall-kompetittività, ir-reżiljenza u s-sigurtà ekonomika fl-Ewropa kollha.
Emenda 9
Premessa (25)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Programm jagħraf li t-tibdil fil-klima hu waħda mill-akbar sfidi dinjin u tas-soċjetà, u li l-azzjoni klimatika hi xprun għall-kompetittività industrijali. L-attivitajiet jenħtieġ li jkunu jirriflettu l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi. |
Il-Programm jagħraf li t-tibdil fil-klima hu waħda mill-akbar sfidi dinjin u tas-soċjetà, u li l-azzjoni klimatika hi xprun għall-kompetittività industrijali. L-attivitajiet jenħtieġ li jkunu jirriflettu l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi. Il-missjonijiet tal-UE, waqt li jibnu fuq żviluppi fir-riċerka, għandhom isaħħu r-rabtiet mal-implimentazzjoni, ir-replikazzjoni u l-użu tal-investimenti fuq skala kbira, sabiex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom fuq l-ekosistema tal-innovazzjoni, is-soċjetà, l-ekoloġija u l-ekonomija fl-Unjoni kollha. |
Raġuni
Il-missjonijiet tal-UE għandhom l-għan li jiksbu impatt sistemiku fil-partijiet kollha tal-Ewropa. Għarfien ġdid ibbażat fuq ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni huwa essenzjali. Il-bliet u r-reġjuni diġà jaqdu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni. It-tisħiħ tar-rabtiet mal-implimentazzjoni fil-prattika u l-investiment jiżgura riżultati reali u jappoġġja l-kompetittività u l-eżiti soċjetali.
Emenda 10
Premessa 29
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Hemm bżonn miżuri ta’ appoġġ li jissaħħu u jikkollegaw aħjar l-ekosistemi tal-innovazzjoni. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet u lill-innovaturi biex joħolqu ekosistemi tal-innovazzjoni kompetittivi, sodi u konnessi u biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas permezz ta’ kooperazzjoni u skambju tal-għarfien. Dawn jenħtieġ li jgħinu għal kollegamenti bejn l-ekosistemi nazzjonali, reġjonali u lokali billi jneħħu l-ostakli fis-suq uniku bħall-frammentazzjoni tas-suq, l-aċċess limitat għall-kapital, u swieq kapitali nazzjonali segmentati, l-adozzjoni bil-mod tal-innovazzjoni, u l-użu insuffiċjenti tal-akkwist tal-innovazzjoni. |
Hemm bżonn miżuri ta’ appoġġ li jissaħħu u jikkollegaw aħjar l-ekosistemi tal-innovazzjoni. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jappoġġaw lill-organizzazzjonijiet u lill-innovaturi biex joħolqu ekosistemi tal-innovazzjoni kompetittivi, sodi u konnessi u biex itejbu l-kundizzjonijiet qafas permezz ta’ kooperazzjoni u skambju tal-għarfien. Dawn jenħtieġ li jgħinu għal kollegamenti bejn l-ekosistemi nazzjonali, reġjonali u lokali billi jneħħu l-ostakli fis-suq uniku bħall-frammentazzjoni tas-suq, l-aċċess limitat għall-kapital, u swieq kapitali nazzjonali segmentati, l-adozzjoni bil-mod tal-innovazzjoni, u l-użu insuffiċjenti tal-akkwist tal-innovazzjoni. L-għodod eżistenti bħall-Widien tal-innovazzjoni reġjonali, is-siġill ta’ eċċellenza, Interreg u speċjalizzazzjoni intelliġenti mġedda (S3/S4) jenħtieġ li jinżammu fil-Programm li jmiss, flimkien mal-inizjattivi rilevanti tal-Missjoni Ewropea u ċ-Ċentri ta’ Innovazzjoni Diġitali, peress li kollha jippromwovu n-networking fost l-ekosistemi tal-innovazzjoni. Dawn l-istrateġiji jenħtieġ li jkunu element vinkolanti fid-definizzjoni tal-prijoritajiet ta’ investiment tal-Programm fil-livell reġjonali u interreġjonali. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-integrazzjoni tar-reġjuni b’konnettività strutturali aktar baxxa fin-networks Ewropej tal-għarfien u l-innovazzjoni, peress li l-pożizzjoni tagħhom tillimita l-aċċess għal kollaborazzjonijiet, flussi tal-għarfien u effetti kollaterali. |
Raġuni
Issaħħaħ l-emenda tal-KtR u tenfasizza l-każ uniku tar-reġjuni b’inqas konnettività strutturali fin-networks Ewropej tal-għarfien u l-innovazzjoni.
Emenda 11
Artikolu 2, Definizzjonijiet
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: |
|
[...] |
[...] |
|
(23) “ekosistema tal-innovazzjoni” tfisser ekosistema li tiġbor flimkien, fil-livell tal-Unjoni, organizzazzjonijiet li l-għan funzjonali tagħhom huwa li jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-innovazzjoni tat-teknoloġija u li tinkludi relazzjonijiet bejn riżorsi materjali (bħal fondi, tagħmir u faċilitajiet, inklużi infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija), entitajiet istituzzjonali (bħal istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u servizzi ta’ appoġġ, organizzazzjonijiet tar-riċerka u tat-teknoloġija, kumpaniji, investituri — inklużi kapitalisti ta’ riskju — u intermedjarji finanzjarji) u entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali ta’ tfassil ta’ politika u ta’ finanzjament. |
(23) “ekosistema tal-innovazzjoni” tfisser ekosistema li tiġbor flimkien, fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, organizzazzjonijiet li l-għan funzjonali tagħhom huwa li jiffaċilitaw l-iżvilupp u l-innovazzjoni tat-teknoloġija u li tinkludi relazzjonijiet bejn riżorsi materjali (bħal fondi, tagħmir u faċilitajiet, inklużi infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija), entitajiet istituzzjonali (bħal istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u servizzi ta’ appoġġ, organizzazzjonijiet tar-riċerka u tat-teknoloġija, is-sistemi tas-saħħa — bħala ambjenti privileġġjati għall-ġenerazzjoni tal-għarfien, il-validazzjoni u l-adozzjoni tal-innovazzjonijiet — kumpaniji, investituri — inklużi kapitalisti ta’ riskju — u intermedjarji finanzjarji) u entitajiet nazzjonali, reġjonali u lokali ta’ tfassil ta’ politika u ta’ finanzjament. |
|
(24) “trijangolu tal-għarfien” tfisser il-ħolqien ta’ networks bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u n-negozju bl-għan li jinħolqu ekosistemi tal-innovazzjoni li jieħdu ħsieb il-ħolqien ta’ perkors tal-innovazzjoni mill-bidu tal-innovazzjoni, l-edukazzjoni intraprenditorjali sal-ftuħ ta’ negozji ġodda u t-tkabbir ta’ negozji li qed jespandu. |
(24) “trijangolu tal-għarfien” tfisser il-ħolqien ta’ networks bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u n-negozju bl-għan li jinħolqu ekosistemi tal-innovazzjoni li jieħdu ħsieb il-ħolqien ta’ perkors tal-innovazzjoni mill-bidu tal-innovazzjoni, l-edukazzjoni intraprenditorjali sal-ftuħ ta’ negozji ġodda u t-tkabbir ta’ negozji li qed jespandu. |
|
|
(25) “spiral kwadruplu” tfisser serje ta’ interazzjonijiet ta’ erba’ atturi ewlenin fis-sistema tal-innovazzjoni: ix-xjenza, l-awtoritajiet pubbliċi, l-industrija u s-soċjetà. |
Raġuni
L-ekosistemi tal-innovazzjoni jikkomplementaw lil xulxin, u għalhekk kollha jridu jitqiesu f’Orizzont Ewropa. Waqt li t-trijangolu tal-għarfien huwa importanti, m’għandniex ninjoraw l-ispiral kwadruplu li jippermetti li l-inkużjoni tas-soċjetà fix-xjenza. Barra minn hekk, ir-rwol tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-ekosistemi tal-innovazzjoni — bħala ambjenti tal-ħajja reali għar-riċerka u l-innovazzjoni, fejn tiġi ġġenerata l-evidenza, is-soluzzjonijiet jiġu vvalidati u l-adozzjoni tagħhom tiġi aċċellerata — jissaħħaħ, u b’hekk tittejjeb ir-rabta bejn l-iżvilupp teknoloġiku u l-applikazzjoni prattika f’konformità mal-objettivi tal-UE.
Emenda 12
Artikolu 3, Objettivi tal-Programm
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
L-objettivi speċifiċi tal-Programm huma li: |
L-objettivi speċifiċi tal-Programm huma li: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
|
Raġuni
Biex tilħaq l-għanijiet tagħha, l-UE trid issaħħaħ l-implimentazzjoni fuq il-post. Dan jeħtieġ li jiġi enfasizzat ir-rwol tal-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija fl-innovazzjoni reġjonali. Aċċess aħjar għall-kumpaniji jappoġġja lill-SMEs, isaħħaħ l-ekosistemi u jsaħħaħ il-kapaċità tal-innovazzjoni fir-reġjuni kollha tal-UE. Il-proposta hija li jiġu previsti mekkaniżmi ta’ monitoraġġ territorjali. It-tabella ta’ Valutazzjoni tal-Innovazzjoni Reġjonali hija għodda ppruvata u xprunata mid-data, li tirrifletti d-disparitajiet sottonazzjonali aħjar mill-indikaturi fil-livell nazzjonali waħidhom, u għalhekk għandha sservi bħala parametru referenzjali għad-deċiżjonijiet tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni.
Emenda 13
Artikolu 4, Struttura tal-Programm
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Ir-riċerka u l-innovazzjoni għandhom l-għeruq tagħhom fl-ekosistemi reġjonali tagħhom. L-appoġġ għall-iżvilupp ta’ dawn l-ekosistemi u l-inkoraġġiment tal-interkonnessjoni tagħhom se jippermettu li l-aktar innovazzjoni kompetittiva tiżviluppa malajr.
Emenda 14
Artikolu 8, Finanzjament alternattiv, ikkombinat u kumulattiv
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Programm għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi oħra tal-Unjoni. Anki azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni tal-Unjoni minn programm ieħor tista’ tirċievi kontribuzzjoni minn dan il-Programm. |
Il-Programm għandu jiġi implimentat f’sinerġija ma’ programmi oħra tal-Unjoni , nazzjonali u reġjonali, waqt li jiġu rispettati l-kompetenzi tal-awtoritajiet reġjonali b’responsabbiltajiet regolatorji jew strateġiċi għar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku, skont il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-governanza f’diversi livelli . Is-sinerġiji tal-programm mal-fond tal-FEK u l-PSNR jeħtieġ li jiġu ċċarati. |
Raġuni
Ir-referenza ġenerika għal “awtoritajiet lokali u reġjonali” ma tagħmilx distinzjoni bejn realtajiet istituzzjonali differenti ħafna.
Emenda 15
Artikolu 12, Il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-ERC għandu jattira l-aktar riċerkaturi b’talent mid-dinja kollha u jistabbilixxi l-Unjoni bħala ċentru minn ta’ quddiem fid-dinja għar-riċerka u l-innovazzjoni. |
L-ERC għandu jattira l-aktar riċerkaturi b’talent mid-dinja kollha u jistabbilixxi l-Unjoni bħala ċentru minn ta’ quddiem fid-dinja għar-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
|
Se jinħoloq Status ta’ Riċerkatur Ewropew biex jappoġġa riċerkaturi eċċellenti billi jiffaċilita l-attivitajiet tagħhom fl-Unjoni Ewropea kollha. |
Raġuni
L-eċċellenza fir-riċerka għandha tiġi żviluppata fl-Ewropa kollha. Status ta’ riċerkatur Ewropew, li jiżgura t-triq tal-eċċellenza u jrawwem konnessjonijiet bejn ir-riċerkaturi, se jippermetti żieda fir-riżultati tar-riċerka u jista’ jevita l-eżodu ta’ mħuħ.
Emenda 16
Artikolu 14, Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jipprovdi għarfien u xjenza indipendenti u bbażati fuq l-evidenza, filwaqt li jappoġġa l-politiki tal-UE biex iħallu impatt pożittiv fuq is-soċjetà. |
Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jipprovdi għarfien u xjenza indipendenti u bbażati fuq l-evidenza, filwaqt li jappoġġa l-politiki tal-UE , kif ukoll dawk nazzjonali u reġjonali, biex iħallu impatt pożittiv fuq is-soċjetà. |
Raġuni
Il-ħidma taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka hija importanti ħafna għar-reġjuni. Għandha titkompla ħidma komuni, permezz tal-KtR.
Emenda 17
Artikolu 15, Riċerka kollaborattiva
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
4. Il-programm għandu jappoġġa attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali globali fl-oqsma tat-tisħiħ tal-valuri demokratiċi u l-indirizzar tad-diżinformazzjoni, inkluż l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; il-promozzjoni ta’ trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi li jikkontribwixxu għall-inklużjoni u t-tkabbir, l-indirizzar tal-isfidi demografiċi u interġenerazzjonali, inkluż minn perspettiva taż-żgħażagħ u inkluż il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti. |
4. Il-programm għandu jappoġġa attivitajiet biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali globali fl-oqsma tat-tisħiħ tal-valuri demokratiċi u l-indirizzar tad-diżinformazzjoni, inkluż l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; il-promozzjoni ta’ trasformazzjonijiet soċjoekonomiċi li jikkontribwixxu għall-inklużjoni u t-tkabbir, l-indirizzar tal-isfidi demografiċi u interġenerazzjonali, inkluż minn perspettiva taż-żgħażagħ u inkluż il-ġestjoni tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni tal-migranti. Għal dan l-għan, ix-xjenzi soċjali u studji umanistiċi, inklużi s-setturi kulturali u kreattivi, għandhom jiġu appoġġati b’mod espliċitu u adegwat fil-Programm kollu, inkluż fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-varar ta’ azzjonijiet ta’ riċerka u innovazzjoni li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà ewlenin. |
|
5. Il-programm għandu jikkontribwixxi għall-Missjonijiet tal-UE b’mod partikolari permezz tal-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prijorità għall-finanzjament tar-R&I għall-iżvilupp ta’ għarfien, teknoloġiji, servizzi u prodotti ġodda fid-dawl tal-għanijiet tagħhom. Il-finanzjament għall-Missjonijiet tal-UE stabbiliti skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/695 għandu jingħata abbażi ta’ programmi ta’ ħidma li jkopru sas-sena baġitarja 2030. |
5. Il-programm għandu jikkontribwixxi għall-Missjonijiet tal-UE b’mod partikolari permezz tal-identifikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ prijorità għall-finanzjament tar-R&I għall-iżvilupp ta’ għarfien, teknoloġiji, servizzi u prodotti ġodda fid-dawl tal-għanijiet tagħhom. Il-finanzjament għall-Missjonijiet tal-UE stabbiliti skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/695 għandu jingħata abbażi ta’ programmi ta’ ħidma li jkopru sas-sena baġitarja 2030 , b’involviment imsaħħaħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-governanza tal-Missjonijiet tal-UE . |
|
|
Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-rwol tal-bliet u r-reġjuni bħala spazji għall-implimentazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi biex jiġu indirizzati l-isfidi urbani bħall-akkomodazzjoni, l-inklużjoni soċjali, il-mobbiltà sostenibbli, it-tranżizzjoni tal-enerġija u r-reżiljenza għall-klima. |
Raġuni
Ħafna proġetti ta’ intraprenditorija innovattivi jiltaqgħu ma’ diffikultajiet biex jissottomettu l-ewwel applikazzjoni għall-kreditu, u biex is-soluzzjonijiet tagħhom jiġu vvalidati mil-lat operazzjonali.
Emenda 18
Artikolu 17, Ekosistemi tal-Innovazzjoni
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
1. Il-programm għandu jappoġġa lill-organizzazzjonijiet biex joħolqu ekosistemi tal-innovazzjoni u kundizzjonijiet ta’ qafas kompetittivi, robusti u konnessi. Għal dan l-għan għandhom jiġu segwiti sinerġiji ma’ programmi tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. |
1. Il-programm għandu jappoġġa lill-organizzazzjonijiet biex joħolqu ekosistemi tal-innovazzjoni u kundizzjonijiet ta’ qafas kompetittivi, robusti u konnessi , bħall-Widien tal-Innovazzjoni Reġjonali (RIVs) . Għal dan l-għan għandhom jiġu segwiti sinerġiji ma’ programmi tal-Unjoni, nazzjonali u reġjonali. Barra minn hekk, l-innovazzjoni bbażata fuq il-post għandha l-għan li tixpruna t-tkabbir ekonomiku, ittejjeb il-kwalità tal-ħajja u tikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli fil-livell reġjonali u lokali, u għalhekk trid tiġi appoġġata wkoll. Il-Programm għandu jappoġġa wkoll l-innovazzjoni soċjali bħala mutur essenzjali tat-tkabbir inklużiv, il-koeżjoni territorjali u r-reżiljenza tas-soċjetà. |
|
2. Il-Programm għandu jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu l-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien — l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, u n-negozju — madwar l-Unjoni. |
2. Il-Programm għandu jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu l-integrazzjoni tat-trijangolu tal-għarfien u l-ispiral kwadruplu — l-edukazzjoni għolja, ir-riċerka u l-innovazzjoni, in-negozju u s-soċjetà — madwar l-Unjoni. |
|
|
3. Dan il-Programm għandu jitwettaq b’politika ta’ bilanċ u b’mod finanzjarju f’oqsma ta’ prijorità u flussi ta’ attività rilevanti. |
|
|
4. Il-Programm għandu jħeġġeġ l-użu strateġiku tal-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni bħala għodda ewlenija għall-użu ta’ soluzzjonijiet innovattivi fl-awtoritajiet lokali u reġjonali. |
|
|
5. Il-Programm għandu jappoġġa l-iżvilupp ta’ proġetti pilota u ta’ dimostrazzjoni fuq skala kbira mmexxija mill-bliet u r-reġjuni, kif ukoll it-tisħiħ ta’ ekosistemi ta’ intraprenditorija innovattiva, l-iffaċilitar tal-aċċess tal-istart-ups u l-kumpaniji scale-up għall-finanzi, l-infrastrutturi għall-esperimentazzjoni, in-networks internazzjonali u l-ewwel klijenti, b’mod partikolari permezz tal-użu strateġiku tal-akkwist pubbliku tal-innovazzjoni. |
|
|
6. Il-Programm għandu jinkoraġġixxi wkoll l-iżvilupp ta’ strumenti ta’ innovazzjoni miftuħa li jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet pubbliċi, in-negozji, l-universitajiet, iċ-ċentri ta’ riċerka, l-istart-ups u s-soċjetà ċivili, b’mod partikolari permezz ta’ pjattaformi kollaborattivi, ambjenti ta’ esperimentazzjoni u programmi ta’ innovazzjoni miftuħa mmexxija mill-bliet u r-reġjuni. |
|
|
7. Il-Programm għandu jippromwovi wkoll l-integrazzjoni attiva tar-reġjuni b’konnettività strutturali aktar baxxa fin-networks Ewropej u internazzjonali tal-għarfien u l-innovazzjoni, waqt li jiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom f’konsorzji u l-pożizzjonament tagħhom f’żoni strateġiċi emerġenti. |
Raġuni
L-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali jirrappreżentaw, fuq l-iskala tagħhom, xi trid tkun l-innovazzjoni fil-livell Ewropew. Dawn l-ekosistemi jridu jiġu appoġġjati mill-Ewropa sabiex jiġu żviluppati, jiġu konnessi u jinħolqu ekosistemi Ewropej. L-akkwist pubbliku jirrappreżenta għodda ewlenija biex tiġi ġġenerata d-domanda għall-innovazzjoni u jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq ta’ soluzzjonijiet ġodda. L-innovazzjoni miftuħa tagħmilha possibbli li jitħaffef il-pass tat-trasferiment tal-għarfien u l-adozzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi. It-titjib tal-parteċipazzjoni reġjonali fil-Programm jeħtieġ azzjoni simultanja fuq żewġ dimensjonijiet komplementari: minn naħa waħda, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet interni għall-aċċess, il-ġestjoni, il-valorizzazzjoni u l-intraprenditorija xjentifika; min-naħa l-oħra, integrazzjoni aħjar tar-reġjuni inqas konnessi fin-Networks Ewropej tal-Għarfien u l-Innovazzjoni, li minnhom jiddependu ħafna l-kollaborazzjonijiet, il-konsorzji u l-effetti kollaterali.
Emenda 19
Artikolu 18, Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-infrastrutturi
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni u l-protezzjoni effettivi tal-valuri u l-prinċipji taż-ŻER u l-Patt għar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari l-etika u l-integrità fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-libertà tar-riċerka xjentifika u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs, u l-promozzjoni ta’ karrieri attraenti fir-riċerka u l-mobbiltà. Il-finanzjament tal-Infrastrutturi tar-Riċerka u t-Teknoloġija għandu jikkontribwixxi biex l- Unjoni tiġi mgħammra b’ekosistema b’saħħitha u koerenti ta’ faċilitajiet u servizzi sostenibbli ta’ klassi dinjija, li tibni fuq infrastrutturi pan-Ewropej prijoritizzati u kapaċitajiet nazzjonali komplementari tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u bl-użu ta’ strumenti ta’ finanzjament, inklużi sħubijiet Ewropej. Il-Programm għandu jikkontribwixxi sa 20 % tal-kostijiet tal-bini ta’ kapaċitajiet kritiċi ġodda ta’ klassi dinjija tal-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka u t-teknoloġija. |
2. Il-Programm għandu jiżgura l-promozzjoni u l-protezzjoni effettivi tal-valuri u l-prinċipji taż-ŻER u l-Patt għar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari l-etika u l-integrità fir-riċerka u l-innovazzjoni, il-libertà tar-riċerka xjentifika u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs, u l-promozzjoni ta’ karrieri attraenti fir-riċerka u l-innovazzjoni, u l-mobbiltà. Il-finanzjament tal-Infrastrutturi tar-Riċerka u t-Teknoloġija għandu jikkontribwixxi biex jgħammar lill- Unjoni u lill-Istati Membri tagħha b’ekosistema b’saħħitha u koerenti ta’ faċilitajiet u servizzi sostenibbli ta’ klassi dinjija, li jibnu fuq infrastrutturi pan-Ewropej prijoritizzati madwar l-Unjoni u aċċessibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-SMEs, il-kumpaniji start-up, is-sistemi tas-saħħa u l-ispin-offs tagħhom . Din l-infrastruttura se tkun komplementari għall-kapaċitajiet nazzjonali u reġjonali tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u bl-użu ta’ strumenti ta’ finanzjament, inklużi sħubijiet Ewropej. Il-Programm għandu jikkontribwixxi sa 20 % tal-kostijiet tal-bini ta’ kapaċitajiet kritiċi ġodda ta’ klassi dinjija tal-infrastrutturi Ewropej tar-riċerka u t-teknoloġija. |
Raġuni
Il-bliet u r-reġjuni jiffinanzjaw l-infrastrutturi tar-riċerka u jippromovu l-iżvilupp ta’ infrastrutturi ġodda ta’ valur fil-livell nazzjonali u Ewropew. Barra minn hekk, dawn l-infrastrutturi jridu jibqgħu aċċessibbli għall-SMEs u l-istart-ups, kif ukoll għas-sistemi tas-saħħa u l-ispin-offs tagħhom, peress li jikkostitwixxu ambjenti ġenwini ta’ riċerka u innovazzjoni li fihom jiġu żviluppati innovazzjonijiet trasformattivi.
Emenda 20
Artikolu 19, Twessigħ
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
1. “Pajjiżi tat-twessigħ” huma l-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-finijiet tal-finanzjament tal-azzjonijiet skont il-paragrafu 5, il-punti a) u b). |
1. “Pajjiżi tat-twessigħ” huma l-Bulgarija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja għall-finijiet tal-finanzjament tal-azzjonijiet skont il-paragrafu 5, il-punti a) u b). |
|
3. L-entitajiet legali stabbiliti f’pajjiżi tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni jew f’pajjiżi fi tranżizzjoni biss għandhom ikunu eliġibbli bħala koordinaturi taħt il-komponent “twessigħ tal-parteċipazzjoni u tixrid tal-eċċellenza” tal-parti tal-Programm “Tisħiħ taż-ŻER”. |
3. L-entitajiet legali , inklużi l-awtoritajiet lokali u reġjonali, stabbiliti f’pajjiżi tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni jew f’pajjiżi fi tranżizzjoni u r-reġjuni ultraperiferiċi msemmija fl-Artikolu 355(1) tat-TFUE biss għandhom ikunu eliġibbli bħala koordinaturi taħt il-komponent “twessigħ tal-parteċipazzjoni u tixrid tal-eċċellenza” tal-parti tal-Programm “Tisħiħ taż-ŻER”. |
|
4. Għall-pajjiżi assoċjati, l-entitajiet legali mil-lista ta’ pajjiżi eliġibbli kif definiti abbażi ta’ indikatur u ppubblikati fil-programm ta’ ħidma għandhom ikunu eliġibbli bis-sħiħ bħala koordinaturi taħt dan il-komponent. L-entitajiet legali mir-reġjuni ultraperiferiċi kif definiti fl-Artikolu 349 tat-TFUE għandhom ikunu eliġibbli wkoll bħala koordinaturi taħt dan il-komponent u għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli li japplikaw għall-pajjiżi tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni skont dan l-Artikolu, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 7. |
4. Għall-pajjiżi assoċjati, l-entitajiet legali mil-lista ta’ pajjiżi eliġibbli kif definiti abbażi ta’ indikatur u ppubblikati fil-programm ta’ ħidma għandhom ikunu eliġibbli bis-sħiħ bħala koordinaturi taħt dan il-komponent. |
|
5. It-“Twessigħ” jinkludi dan li ġej: (a) miżuri tal-bini tal-kapaċità; (b) miżuri li jappoġġaw in-networking, il-valorizzazzjoni tal-għarfien, il-ġlieda kontra l-eżodu ta’ mħuħ u appoġġ iddedikat għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP). |
5. It-“Twessigħ” jinkludi dan li ġej: (a) miżuri tal-bini tal-kapaċità; (b) miżuri li jappoġġaw in-networking, il-valorizzazzjoni tal-għarfien, il-ġlieda kontra l-eżodu ta’ mħuħ u appoġġ iddedikat għall-Punti ta’ Kuntatt Nazzjonali (NCP). |
|
6. Il-Programm għandu jassisti lill-pajjiżi ta’ twessigħ u ta’ tranżizzjoni biex iżidu l-parteċipazzjoni tagħhom u jippromwovu kopertura ġeografika wiesgħa fi proġetti kollaborattivi eċċellenti. Dawk l-isforzi għandhom jiġu riflessi b’miżuri proporzjonali mill-Istati Membri. |
6. Il-Programm għandu jassisti lill-pajjiżi ta’ twessigħ u ta’ tranżizzjoni biex iżidu l-parteċipazzjoni tagħhom u jippromwovu kopertura ġeografika wiesgħa fi proġetti kollaborattivi eċċellenti. Dawk l-isforzi għandhom jiġu riflessi b’miżuri proporzjonali mill-Istati Membri u r-reġjuni u għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra l-eżodu ta’ mħuħ u jappoġġaw iż-żamma u ċ-ċirkolazzjoni tat-talent, speċjalment f’reġjuni inqas żviluppati, rurali, remoti u ultraperiferiċi . |
|
7. Mill-2030 ’il quddiem, l-aċċess għal miżuri ta’ bini tal-kapaċità huwa ristrett għal dawk il-pajjiżi li qed iwessgħu u li żiedu n-nefqa reali tagħhom tal-investiment pubbliku fir-riċerka u l-iżvilupp fl-aħħar sena magħrufa meta mqabbla mas-sena ta’ qabel. |
7. Mill-2030 ’il quddiem, l-aċċess għal miżuri ta’ bini tal-kapaċità ser jiġi evalwat waqt li jitqiesu mhux biss l-isforz fuq skala nazzjonali, iżda wkoll l-evoluzzjoni tal-ekosistemi reġjonali u lokali ta’ riċerka u innovazzjoni, abbażi ta’ indikaturi territorjali rilevanti, inklużi l-oqfsa ta’ indikaturi reġjonali ta’ innovazzjoni, fejn adegwat . |
Raġuni
Ir-reġjuni ultraperiferiċi huma eliġibbli mill-perjodu 2021-2027 għal dan il-kapitolu fl-istess livell bħal dak tal-pajjiżi eliġibbli fil-livell nazzjonali. Dan ir-rikonoxximent ma joħroġx ċar mill-proposta tal-Kummissjoni Ewropea. L-emenda għandha l-għan li tiċċara dan il-punt.
Emenda 21
Artikolu 2, Objettivi operazzjonali
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. Il-Programm Speċifiku għandu l-objettivi operazzjonali li ġejjin: (f) jgħaqqad u jiżviluppa l-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija madwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) kollha u jipprovdi aċċess transnazzjonali; (g) jappoġġa l-ħolqien u l-espansjoni ta’ negozji ġodda tat-teknoloġija profonda u innovattivi; (i) iżid il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjoni tar-riċerka mill-pajjiżi tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni u mill-pajjiżi ta’ tranżizzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament XXX [referenza għar-Regolament ta’ Orizzont Ewropa]; (j) irawwem ix-xjenza miftuħa u jiżgura l-viżibbiltà għall-pubbliku u l-aċċess miftuħ għar-riżultati, meta dan ikun possibbli. |
2. Il-Programm Speċifiku għandu l-objettivi operazzjonali li ġejjin: (f) jgħaqqad u jiżviluppa l-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija madwar iż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) kollha u jipprovdi aċċess transnazzjonali , interreġjonali u transfruntier ; (g) jappoġġa l-ħolqien u l-espansjoni ta’ negozji ġodda tat-teknoloġija profonda u innovattivi; (i) iżid il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjoni tar-riċerka mill-pajjiżi tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni u mill-pajjiżi ta’ tranżizzjoni msemmija fl-Artikolu 19 tar-Regolament XXX [referenza għar-Regolament ta’ Orizzont Ewropa]; (j) irawwem ix-xjenza miftuħa u jiżgura l-viżibbiltà għall-pubbliku u l-aċċess miftuħ għar-riżultati, meta dan ikun possibbli , inkluż permezz ta’ azzjonijiet ta’ promozzjoni tal-media bħala parti mix-Xjenza mas-Soċjetà u għaliha fil-livell lokali u reġjonali . |
Raġuni
L-iżvilupp ta’ sistema ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ eċċellenza dinjija ma jistax jinkiseb mingħajr il-livell lokali u reġjonali, u dan il-livell irid jitqies fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-objettivi.
Emenda 22
Artikolu 4, Programmi ta’ ħidma
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma separati, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fil-komponenti li ġejjin, kif stabbilit fl-Artikolu 1(3): (a) il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), li għalih l-abbozz tal-programm ta’ ħidma għandu jiġi stabbilit mill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC skont l-Artikolu 7(9)(a)(ii), f’konformità mal-Artikolu 18(3). Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-abbozz tal-programm ta’ ħidma stabbilit mill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC biss f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4); f’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ ħidma permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18(4); il-Kummissjoni għandha debitament tagħti r-raġunijiet għal dan; (b) il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), li għalih għandu jitħejja l-programm ta’ ħidma skont il-parir tal-Bord tal-EIC skont l-Artikolu 12(1)(b), f’konformità mal-Artikolu 18(4); (c) l-Azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie (MSCA), l-isfidi soċjetali dinjin, il-Missjonijiet tal-UE, il-Faċilità tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, l-ekosistemi tal-innovazzjoni, ir-riforma u t-tisħiħ tas-sistema Ewropea tar-R&I, l-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija, it-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tixrid tal-eċċellenza, f’konformità mal-Artikolu 18(4); (d) il-JRC (Ċentru Konġunt tar-Riċerka), li għalih il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jikkunsidra l-opinjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom. |
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi ta’ ħidma separati, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet taħt il-komponenti li ġejjin, kif stabbilit fl-Artikolu 1(3) , u l-KtR għandu jiġi infurmat dwar dawn il-programmi ta’ ħidma : (a) il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERC), li għalih l-abbozz tal-programm ta’ ħidma għandu jiġi stabbilit mill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC skont l-Artikolu 7(9)(a)(ii), skont l-Artikolu 18(3). Il-Kummissjoni għandha titbiegħed mill-abbozz tal-programm ta’ ħidma stabbilit mill-Kunsill Xjentifiku tal-ERC biss f’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 7(4); f’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tadotta l-programm ta’ ħidma permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18(4); il-Kummissjoni għandha debitament tagħti r-raġunijiet għal dan; (b) il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC), li għalih għandu jitħejja l-programm ta’ ħidma skont il-parir tal-Bord tal-EIC skont l-Artikolu 12(1)(b), f’konformità mal-Artikolu 18(4); (c) l-Azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie (MSCA), l-isfidi soċjetali dinjin, il-Missjonijiet tal-UE, il-Faċilità tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, l-ekosistemi tal-innovazzjoni, ir-riforma u t-tisħiħ tas-sistema Ewropea tar-R&I, l-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija, it-twessigħ tal-parteċipazzjoni u t-tixrid tal-eċċellenza, f’konformità mal-Artikolu 18(4) . Għal dawn il-komponenti, il-Parlament Ewropew, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu inklużi fil-kumitati u l-bordijiet ta’ programmazzjoni rilevanti; rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali, b’mod partikolari dawk tal-bliet kbar għandhom jiġu inklużi wkoll ; (d) il-JRC (Ċentru Konġunt tar-Riċerka), li għalih il-programm ta’ ħidma pluriennali għandu jikkunsidra l-opinjoni tal-Bord tal-Gvernaturi tal-JRC imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/282/Euratom. |
Raġuni
Ir-riċerka u l-innovazzjoni qed jiżviluppaw fil-livell lokali u reġjonali. Bis-saħħa tar-rabta mill-qrib tiegħu u l-għarfien tiegħu tal-ekosistemi tal-innovazzjoni, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, permezz tal-membri tiegħu, għandu l-leġittimità kollha meħtieġa biex ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-ipprogrammar tal-programm qafas.
Emenda 23
Artikolu 5, Is-Sħubijiet Ewropej
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
1. (a) |
1. (a) |
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-membri ta’ dawn is-sħubijiet huma parti mill-ekosistemi ekonomiċi u tal-innovazzjoni tar-reġjuni. Għal dan l-għan, il-Kumitat irid jiġi infurmat dwar dawn is-sħubijiet, l-iżvilupp tagħhom u l-eżitu tagħhom.
Emenda 24
Artikolu 6, Il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
4. Il-President tal-ERC għandha taħtru l-Kummissjoni wara proċess trasparenti ta’ reklutaġġ li jkun jinvolvi lil kumitat dedikat indipendenti ta’ tiftix. Il-proċess tar-reklutaġġ u l-kandidat magħżul għandu japprovahom il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC. Il-mandat tal-President tal-ERC għandu jkun limitat għal erba’ snin, u jista’ jiġġedded darba. |
4. Il-President tal-ERC għandha taħtru l-Kummissjoni , flimkien mal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u istituzzjonijiet rilevanti oħra, wara proċess trasparenti ta’ reklutaġġ li jkun jinvolvi lil kumitat indipendenti dedikat ta’ tiftix. Il-proċess tar-reklutaġġ u l-kandidat magħżul għandu japprovahom il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC. Il-mandat tal-President tal-ERC għandu jkun limitat għal erba’ snin, u jista’ jiġġedded darba. |
Raġuni
Ir-riċerka u l-innovazzjoni jitwettqu fil-livell lokali u reġjonali. Bis-saħħa tar-rabta mill-qrib tiegħu u l-għarfien tiegħu tal-ekosistemi tal-innovazzjoni, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, permezz tal-membri tiegħu, għandu l-leġittimità kollha meħtieġa biex ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-governanza.
Emenda 25
Artikolu 7, Il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Raġuni
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kumitat irid jiġi infurmat dwar l-iżvilupp u l-eżitu tal-attivitajiet tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC.
Emenda 26
Artikolu 9, L-Azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
3. L-implimentazzjoni tal-MSCA għandha: |
3. L-implimentazzjoni tal-MSCA għandha: |
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-bliet u r-reġjuni jiżviluppaw regolarment programmi ta’ mentoraġġ għar-rebbieħa tal-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie u s-siġilli ta’ eċċellenza. Huma jappoġġjaw dak li l-Ewropa tista’ tagħmel biex tappoġġja lil dawn ir-riċerkaturi.
Emenda 27
Artikolu 10, Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
1. L-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għandhom ikunu komplementari għall-azzjonijiet indiretti li jappoġġaw objettivi ta’ politika aktar fit-tul. Biex dan jinkiseb, il-JRC jaħdem ma’ partijiet ikkonċernati internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż bi ftehimiet ta’ kollaborazzjoni xjentifika. |
1. L-attivitajiet taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għandhom ikunu komplementari għall-azzjonijiet indiretti li jappoġġaw objettivi ta’ politika aktar fit-tul. Biex dan jinkiseb, il-JRC jaħdem ma’ partijiet ikkonċernati internazzjonali, nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż bi ftehimiet ta’ kollaborazzjoni xjentifika. |
||||
|
L-attivitajiet tal-JRC għandhom: |
L-attivitajiet tal-JRC għandhom: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
L-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (S3/S4) huma għodda ewlenija għall-eċċellenza fl-innovazzjoni lokali u reġjonali. Il-ħidma konġunta bejn il-Kumitat u l-JRC trid tkompli u tippermetti lir-reġjuni jispeċifikaw aktar il-qasam ta’ speċjalizzazzjoni tagħhom.
Emenda 28
Artikolu 11, Riċerka kollaborattiva
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
(b) (i) |
(b) (i) |
|
il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-trasformazzjonijiet soċjali u ekonomiċi, soċjetajiet inklużivi u l-koeżjoni soċjali, u l-indirizzar tal-inugwaljanzi biex jinħolqu opportunitajiet għal kulħadd, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet taż-żoni rurali, jiġu indirizzati t-tibdil demografiku u l-ġustizzja interġenerazzjonali, inkluż migrazzjoni u mobbiltà ġestiti tajjeb, jiġu appoġġati s-saħħa mentali u l-benesseri tas-soċjetà, inkluż għaż-żgħażagħ; |
il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, it-trasformazzjonijiet soċjali u ekonomiċi, soċjetajiet inklużivi u l-koeżjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri , u l-indirizzar tal-inugwaljanzi biex jinħolqu opportunitajiet għal kulħadd, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet taż-żoni rurali, jiġu indirizzati t-tibdil demografiku u l-ġustizzja interġenerazzjonali, inkluż migrazzjoni u mobbiltà ġestiti tajjeb, jiġu appoġġati s-saħħa inkluża s-saħħa mentali, u l-benesseri tas-soċjetà, inkluż għaż-żgħażagħ; |
Raġuni
L-ugwaljanza bejn il-ġeneri trid tkun prijorità f’Orizzont Ewropa, kemm f’termini ta’ appoġġ għal riċerkaturi ta’ eċċellenza kif ukoll f’suġġetti ta’ riċerka. Barra minn hekk, din l-emenda ssaħħaħ ir-referenza għas-saħħa f’approċċ komprensiv, li jinkludi b’mod espliċitu s-saħħa mentali bħala komponent essenzjali tal-benesseri u l-koeżjoni soċjali.
Amendment 29
Artikolu 12, Il-Bord tal-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. Il-Bord tal-EIC jista’, meta jintalab mill-Kummissjoni, jindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar: (a) materji li minn perspettiva tal-innovazzjoni jistgħu jtejbu u jrawmu ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Unjoni, il-kisbiet u l-impatt tal-objettivi tal-EIC u l-kapaċità ta’ kumpaniji innovattivi li joħorġu bis-soluzzjonijiet tagħhom; (b) l-identifikazzjoni, b’kooperazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u entitajiet rilevanti oħra, ta’ ostakli regolatorji possibbli li jiffaċċjaw l-intraprendituri, b’mod partikolari dawk li jingħataw appoġġ mill-EIC; (c) programmazzjoni f’partijiet oħra tal-Programm Speċifiku. |
2. Il-Bord tal-EIC jista’, meta jintalab mill-Kummissjoni, jindirizza rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar: (a) materji li minn perspettiva tal-innovazzjoni jistgħu jtejbu u jrawmu ekosistemi tal-innovazzjoni madwar l-Unjoni, f’konformità mal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti mġedda (S3/S4) u l-objettivi taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), il-kisbiet u l-impatt tal-objettivi tal-EIC u l-kapaċità ta’ kumpaniji innovattivi li joħorġu bis-soluzzjonijiet tagħhom; (b) l-identifikazzjoni, b’kooperazzjoni mas-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, mal-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u entitajiet rilevanti oħra, inkluż il-KtR, ta’ ostakli regolatorji possibbli li jiffaċċjaw l-intraprendituri, b’mod partikolari dawk li jingħataw appoġġ mill-EIC; (c) programmazzjoni f’partijiet oħra tal-Programm Speċifiku. |
Raġuni
Minħabba r-rabta mill-qrib tiegħu u l-għarfien tal-ekosistemi tal-innovazzjoni, il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, permezz tal-membri tiegħu, għandu l-leġittimità kollha meħtieġa biex ikun jista’ jagħti l-opinjoni tiegħu b’mod sinifikanti dwar ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-kumitat tal-EIC.
Emenda 30
Artikolu 13, Ekosistemi tal-Innovazzjoni
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġa: |
Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġa: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
|
Raġuni
Fid-dawl tar-raġunijiet ta’ hawn fuq, huwa adegwat li jiġi inkluż l-approċċ tal-ekosistema bbażat fuq l-ispiral kwadruplu, li jippermetti l-inklużjoni tas-soċjetà fix-xjenza, u l-kunsiderazzjoni tal-livell reġjonali u lokali fid-dawl tal-implimentazzjoni ta’ dan il-programm. L-istrumenti ta’ innovazzjoni miftuħa huma essenzjali biex joħolqu konnessjoni bejn il-provvista teknoloġika u d-domanda reali, inaqqsu l-ħinijiet tal-kummerċjalizzazzjoni u jsaħħu l-kompetittività tal-ekosistemi Ewropej tal-innovazzjoni. It-tranżizzjoni mir-riċerka għall-użu fil-prattika teħtieġ spazji reali għall-validazzjoni teknika, regolatorja u operazzjonali.
Emenda 31
Artikolu 15, Twessigħ tal-parteċipazzjoni u tixrid tal-eċċellenza
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġa ekosistema tar-riċerka u tal-innovazzjoni verament integrata u koeżiva fl-Unjoni, filwaqt li jindirizza b’mod speċjali t-tielet u r-raba’ oqsma ta’ prijorità tal-Patt għar-R&I, ikattar l-aċċess għall-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni, u jipprijoritizza l-investimenti u r-riformi. Id-disparitajiet bejn il-pajjiżi ewlenin u dawk inqas avvanzati f’termini ta’ prestazzjoni tar-R&I għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ attivitajiet li jibnu bażi xjentifika soda li jgħaqqdu l-atturi u l-ekosistemi, u li jinkoraġġixxu riformi tal-politika strutturali fil-livell nazzjonali u reġjonali mmirati favur, ngħidu aħna, it-titjib tal-attraenza tal-karrieri fir-riċerka, l-internazzjonalizzazzjoni, l-effettività tal-ġestjoni u l-governanza tal-istituzzjonijiet tar-R&I jew it-tlaqqigħ tal-attivitajiet mal-inizjattivi tal-Unjoni. |
Il-Programm Speċifiku għandu jappoġġa ekosistema tar-riċerka u tal-innovazzjoni verament integrata u koeżiva fl-Unjoni, filwaqt li jindirizza b’mod speċjali t-tielet u r-raba’ oqsma ta’ prijorità tal-Patt għar-R&I, ikattar l-aċċess għall-eċċellenza fir-riċerka u l-innovazzjoni madwar l-Unjoni, u jipprijoritizza l-investimenti u r-riformi. Id-disparitajiet bejn il-pajjiżi u reġjuni ewlenin u dawk inqas avvanzati f’termini ta’ prestazzjoni tar-R&I għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ attivitajiet li jibnu bażi xjentifika soda li jgħaqqdu l-atturi u l-ekosistemi, u li jinkoraġġixxu riformi tal-politika strutturali fil-livell nazzjonali u reġjonali mmirati favur, ngħidu aħna, it-titjib tal-attraenza tal-karrieri fir-riċerka, l-internazzjonalizzazzjoni, l-effettività tal-ġestjoni u l-governanza tal-istituzzjonijiet tar-R&I jew it-tlaqqigħ tal-attivitajiet mal-inizjattivi tal-Unjoni. Dawn l-azzjonijiet għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-ġlieda kontra l-eżodu ta’ mħuħ u l-appoġġ għaż-żamma u ċ-ċirkolazzjoni tat-talent, speċjalment f’reġjuni inqas żviluppati, rurali, remoti u ultraperiferiċi. |
|
|
F’dan il-kuntest, il-bliet għandhom rwol ċentrali bħala ċentri li jikkollegaw l-ekosistemi tal-innovazzjoni, li jikkonċentraw it-talent, l-infrastrutturi ta’ riċerka, l-istart-ups, l-intrapriżi, in-networks ta’ investiment u s-servizzi ta’ appoġġ għall-intraprenditorija innovattiva. |
Raġuni
Waqt li l-programm fil-livell nazzjonali jippermetti l-iżvilupp tar-riċerka fil-pajjiżi Ewropej kollha, wieħed m’għandux jinsa li fl-istess pajjiż hemm differenzi bejn ir-reġjuni. Barra minn hekk, il-fatt li dan il-programm ikun jista’ jiġi implimentat f’dan il-livell (eż. bl-użu tat-tabella ta’ valutazzjoni tal-innovazzjoni reġjonali bħala punt ta’ riferiment) ikun kontribut utli għas-suċċess tiegħu.
Emenda 32
Artikolu 16, Infrastrutturi tar-riċerka
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. L-attivitajiet tal-infrastrutturi tar-riċerka għandhom jiffukaw fuq: (a) l-iżvilupp, il-konsolidazzjoni u s-simplifikazzjoni tax-xenarju tal-Unjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka, inkluż il-koordinazzjoni bejn il-kapaċitajiet tal-Unjoni u dawk nazzjonali u l-kontribuzzjoni sa 20 % tal-kostijiet biex jinbnew kapaċitajiet kritiċi ġodda ta’ livell dinji; (b) it-tisħiħ tal-aċċess transnazzjonali għall-infrastrutturi tar-riċerka fl-oqsma u s-setturi kollha, u l-adattament għal komunitajiet ġodda ta’ utenti emerġenti; (c) infrastrutturi tar-riċerka aktar reżiljenti u sostenibbli, li jimxu paripassu mal-avvanzi teknoloġiċi rapidi; (d) l-iżvilupp ta’ network b’data tar-riċerka traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli, riużabbli (FAIR) u li tista’ titħaddem minn magna, inkluż bit-twessigħ u l-konsolidazzjoni tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa bħala l-ispazju tad-data tar-riċerka tal-Ewropa; (e) ir-rinfurzar tal-politika dwar l-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej u l-kooperazzjoni internazzjonali. |
2. L-attivitajiet tal-infrastrutturi tar-riċerka għandhom jiffukaw fuq: (a) l-iżvilupp, il-konsolidazzjoni u s-simplifikazzjoni tax-xenarju tal-Unjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka, inkluż il-koordinazzjoni bejn il-kapaċitajiet tal-Unjoni , nazzjonali u reġjonali u l-kontribuzzjoni sa 20 % tal-kostijiet biex jinbnew kapaċitajiet kritiċi ġodda ta’ livell dinji , filwaqt li jiġi rikonoxxut ukoll ir-rwol ta’ ċerti territorji, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi, bħala ambjenti partikolarment adatti għall-ittestjar, id-dimostrazzjoni, il-validazzjoni u l-ħolqien ta’ prototipi ta’ soluzzjonijiet innovattivi fil-prattika ; (b) it-tisħiħ tal-aċċess transnazzjonali għall-infrastrutturi tar-riċerka fl-oqsma u s-setturi kollha, u l-adattament għal komunitajiet ġodda ta’ utenti emerġenti; (c) infrastrutturi tar-riċerka aktar reżiljenti u sostenibbli, li jimxu paripassu mal-avvanzi teknoloġiċi rapidi; (d) l-iżvilupp ta’ network b’data tar-riċerka traċċabbli, aċċessibbli, interoperabbli, riużabbli (FAIR) u li tista’ titħaddem minn magna, inkluż bit-twessigħ u l-konsolidazzjoni tal-Cloud Ewropew tax-Xjenza Miftuħa bħala l-ispazju tad-data tar-riċerka tal-Ewropa , sabiex jiġu żgurati l-użu u l-valorizzazzjoni tad-data pubblika, inkluż mill-awtoritajiet u l-bliet lokali u reġjonali u jiġi żgurat aċċess territorjali ġust għall-benefiċċji ta’ din l-infrastruttura madwar l-Unjoni ; (e) ir-rinfurzar tal-politika dwar l-infrastrutturi tar-riċerka Ewropej u l-kooperazzjoni internazzjonali. |
Raġuni
Is-soċjetà ma tridx tkun biss reċipjent ta’ skoperti xjentifiċi, iżda trid tkun involuta fir-riċerka li għandha impatt fuq l-abitanti tal-Ewropa. L-infrastrutturi tar-riċerka m’għandhomx jitqiesu biss bħala faċilitajiet fiżiċi, iżda wkoll bħala ekosistemi territorjali li kapaċi jaċċelleraw il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi. F’dan il-kuntest, ir-reġjuni ultraperiferiċi joffru kundizzjonijiet uniċi li jagħmluhom partikolarment adatti bħala laboratorji tal-ittestjar f’oqsma strateġiċi bħall-enerġija, l-ilma, l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità jew l-ekonomija blu.
Emenda 33
Artikolu 18, Proċedura ta’ kumitat
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
2. Il-Kumitat jista’ jiltaqa’ fil-konfigurazzjonijiet li ġejjin, skont is-suġġett li jkun se jiġi diskuss: |
2. Il-Kumitat , li jinvolvi wkoll lill-Parlament Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, jista’ jiltaqa’ fil-konfigurazzjonijiet li ġejjin, skont is-suġġett li jkun se jiġi diskuss: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-KtR, li huwa infurmat tajjeb ħafna dwar ir-riċerka li qed titwettaq fil-livell lokali u reġjonali, irid ikun involut f’dan il-kumitat sabiex ikun jista’ jikkontribwixxi bl-għarfien tiegħu dwar il-qasam.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI (KtR)
L-iżgurar ta’ baġit stabbli u ambizzjuż għal R&I eċċellenti u kompetittivi
|
1. |
jitlob li l-baġit tal-programm qafas kif propost ikun allokazzjoni minima li taqbel mal-ambizzjonijiet stabbiliti mill-Unjoni permezz tal-aġenda tal-innovazzjoni l-ġdida tagħha u l-istrateġija tagħha għall-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija b’mod partikolari; jenfasizza li l-programm qafas irid jibqa’ strument indipendenti għal Ewropa kompetittiva, sostenibbli, ġusta u soċjalment inklużiva kif ukoll għat-tmexxija teknoloġika u l-awtonomija strateġika Ewropej; |
|
2. |
jitlob li l-baġit jitfassal b’tali mod li jkun ankrat fi stabbiltà reżistenti għall-kriżijiet, u b’hekk ikun protett minn aġġustamenti għall-benefiċċju ta’ programmi u inizjattivi strateġiċi Ewropej oħra; barra minn hekk, jitlob li l-finanzjament tal-Programm Qafas jintuża biex tiżdied l-eċċellenza xjentifika, titrawwem l-innovazzjoni rivoluzzjonarja u b’hekk tissaħħaħ ekosistema tar-riċerka u l-innovazzjoni kompetittiva globalment, u jissottolinja f’dan ir-rigward l-importanza tar-riċerka fundamentali bħala faċilitatur ewlieni tat-teknoloġiji abilitanti essenzjali; |
|
3. |
ifakkar li r-riċerka u l-innovazzjoni mhumiex għan fihom infushom, iżda jridu jikkontribwixxu għat-titjib konkret tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini, it-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, l-appoġġ għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità u r-rispons għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi, diġitali u demografiċi ewlenin b’mod ġust, waqt li tiġi żgurata rabta aktar b’saħħitha bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni, l-introduzzjoni fis-suq u l-impatt soċjetali, u jkunu possibbli applikazzjoni fuq skala akbar u aktar rapida tas-soluzzjonijiet u mobilizzazzjoni akbar tal-investiment privat u pubbliku; |
Lejn strutturar aktar inklużiv tal-programm qafas
|
4. |
jilqa’ l-istruttura proposta tal-programm qafas. Madankollu, il-Kumitat jinnota li x-xjenzi soċjali u l-istudji umanistiċi jistgħu jiġu integrati aħjar, u li x-xjenza taċ-ċittadini tista’ titqies aktar permezz tad-diversi pilastri u programmi tagħha. Wara kollox, dawn huma wkoll xpruni ewlenin għall-adozzjoni tal-innovazzjoni, għall-potenzjal tagħha li tittrasforma s-soċjetà u għat-tisħiħ tad-demokrazija, il-ħsieb kritiku, il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u r-reżiljenza tas-soċjetajiet Ewropej; |
|
5. |
jitlob li l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi integrata fil-programm qafas kollu, kemm fil-governanza, fl-istabbiliment tal-prijoritajiet u fil-kontenut tar-riċerka, kif ukoll fil-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni u fil-karrieri xjentifiċi. Il-Kumitat jappoġġja miżuri aktar b’saħħithom biex jiġu indirizzati l-inugwaljanzi persistenti fis-setturi tar-riċerka u l-innovazzjoni; |
|
6. |
jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-programm qafas jiffavorixxi approċċ nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-programm “twessigħ tal-parteċipazzjoni u tixrid tal-eċċellenza”, waqt li t-tnaqqis tad-distakk fl-innovazzjoni fl-Unjoni jrid jiġi indirizzat fil-livell tal-ekosistemi tal-innovazzjoni, li fil-biċċa l-kbira joriġinaw minn ekosistemi reġjonali u lokali; |
|
7. |
jilqa’ l-fatt li r-riċerka dwar is-saħħa se tkun prijorità tematika fil-programm qafas, iżda jitlob li r-riċerka f’dan il-qasam ma tkunx ankrata biss fil-qasam tal-kompetittività, iżda wkoll fil-qasam soċjali, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa pubblika; |
|
8. |
jipproponi, fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, li tintuża l-istess tabella ta’ valutazzjoni tal-innovazzjoni reġjonali biex jiġu implimentati azzjonijiet ta’ twessigħ tal-parteċipazzjoni fil-livell reġjonali u lokali u biex jitqiesu l-bżonnijiet speċifiċi u l-kapaċitajiet ta’ innovazzjoni tar-reġjuni differenti; |
L-implimentazzjoni tal-programm qafas b’appoġġ qawwi mill-ekosistemi tal-innovazzjoni lokali u reġjonali tiegħu
|
9. |
ifakkar li l-ekosistemi tal-innovazzjoni reġjonali u lokali, li huma fil-qalba tal-innovazzjoni fl-Unjoni Ewropea, qed joħolqu parteċipanti futuri fil-programm qafas, u jitlob li t-tisħiħ tal-eċċellenza tagħhom ikun assoċjat bis-sħiħ mal-implimentazzjoni tal-objettivi strateġiċi, u jenfasizza r-rwol kruċjali tal-kumpaniji, inklużi l-SMEs u l-kumpaniji scale-up, fl-ekosistemi tal-innovazzjoni, waqt li jappella għal oqfsa aktar b’saħħithom biex jattiraw l-investiment privat u jappoġġjaw il-ħolqien u l-espansjoni tan-negozju; |
|
10. |
jafferma mill-ġdid ir-rwol ewlieni li jaqdu l-bliet u r-reġjuni fl-eċċellenza xjentifika u teknoloġika tal-Unjoni, kemm bil-politika ta’ koeżjoni kif ukoll permezz tal-parteċipazzjoni tagħhom fi proġetti rilevanti għall-programmi qafas differenti, u fl-istess ħin jibnu l-pedament għat-tfassil, ir-riċerka, l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-għarfien, il-valorizzazzjoni ta’ dan l-għarfien u l-innovazzjonijiet tal-futur li huma ta’ benefiċċju għas-soċjetà u l-ambjent; |
|
11. |
jitlob, għalhekk, l-involviment u l-parteċipazzjoni attivi tal-bliet, ir-reġjuni u l-ekosistemi tagħhom fl-istrutturi ta’ governanza u implimentazzjoni tal-programm qafas, kif ukoll fis-sistemi kollha ta’ appoġġ għall-ekosistemi tal-innovazzjoni li se jintużaw f’dan il-qafas, bħaċ-Ċentri Ewropej għall-kumpaniji start-up u scale-up; |
|
12. |
jitlob is-semplifikazzjoni tal-programm qafas għall-benefiċċju effettiv tal-universitajiet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-organizzazzjonijiet pubbliċi tar-riċerka, is-sistemi tas-saħħa, l-SMEs, il-kumpaniji start-up, l-atturi tal-ekonomija soċjali u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, speċjalment f’territorji b’kapaċitajiet amministrattivi aktar limitati, sabiex jiġi żgurat aċċess aktar ġust għall-finanzjament; |
|
13. |
jiġbed l-attenzjoni għad-diffikultajiet akbar li jiffaċċjaw benefiċjarji żgħar, b’mod partikolari l-SMEs jew l-amministrazzjonijiet pubbliċi iżgħar, biex jikkonformaw mar-rekwiżiti u l-formalitajiet tas-sejħiet għall-applikazzjonijiet; f’dan ir-rigward jappella għal aktar semplifikazzjoni u attenzjoni għall-isfidi tagħhom, kif ukoll għal sejħiet speċifiċi mmirati lejhom; |
|
14. |
jappella għall-inklużjoni sħiħa tal-parteċipazzjoni tal-bliet, ir-reġjuni u l-ekosistemi tagħhom fil-programm tal-ekosistemi tal-innovazzjoni u l-inizjattivi li huma assoċjati mill-qrib magħhom, bħall-widien tal-innovazzjoni reġjonali, sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw b’mod konġunt l-aktar proġetti eċċellenti għall-benefiċċju tal-ekosistemi tal-innovazzjoni fl-Ewropa kollha; |
|
15. |
jitlob li l-innovazzjoni soċjetali tiġi rikonoxxuta b’mod aktar espliċitu bħala komponent strateġiku tal-programm qafas, flimkien mal-innovazzjoni teknoloġika, speċjalment meta tipprovdi reazzjonijiet ġodda għall-isfidi relatati mal-faqar, it-tixjiħ, l-aċċess għall-kura, l-akkomodazzjoni, l-inklużjoni, l-edukazzjoni u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini kif ukoll l-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-reżiljenza ambjentali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi; |
|
16. |
jenfasizza li s-suċċess tal-Missjonijiet tal-UE jiddependi mis-sjieda lokali tagħhom, l-involviment attiv tal-bliet u r-reġjuni fil-governanza tagħhom, u l-kapaċità tagħhom li jimmobilizzaw lill-pubbliku, is-servizzi pubbliċi, l-universitajiet, in-negozji u s-soċjetà ċivili madwar objettivi speċifiċi u li jistgħu jitkejlu; |
|
17. |
jitlob li l-Missjonijiet tal-UE jissaħħu għal livell ambizzjuż u orjentat lejn il-futur, permezz ta’ mobilizzazzjoni ta’ teknoloġiji rivoluzzjonarji, investimenti kkoordinati u innovazzjoni sistemika biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjetali ewlenin tal-Ewropa u d-distakki fil-kompetittività; |
Rabta tal-implimentazzjoni tal-programm qafas ma’ dik tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti
|
18. |
jitlob ir-rikonoxximent tar-rwol katalitiku u ta’ amplifikazzjoni tal-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti (S3/S4). Dawn l-istrateġiji jistgħu jibnu rabtiet mal-programm qafas billi jrawmu sħubijiet bejn il-partijiet ikkonċernati fl-istess ekosistema tal-innovazzjoni, iżda jiffukaw ukoll l-investimenti f’dawn l-ekosistemi lokali u reġjonali biex jiġġeneraw l-aktar innovazzjoni eċċellenti; |
|
19. |
iqis li huwa meħtieġ li r-reġjuni, sabiex ikunu kompletament effettivi, jadottaw dan l-approċċ kemm jista’ jkun billi jżidu l-grad ta’ speċjalizzazzjoni tal-istrateġiji tagħhom; |
|
20. |
jipproponi, fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, li jiġi offrut appoġġ tekniku lir-reġjuni sabiex jinkiseb dan; |
|
21. |
jipproponi, sabiex jiġi amplifikat b’mod reċiproku l-impatt tal-S3 u l-programm qafas, li dan tal-aħħar għandu jorbot l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tiegħu aktar mill-qrib ma’ dawk tal-S3 li se jintużaw fid-dawl tal-pjani ta’ sħubija nazzjonali u reġjonali futuri; dan jista’ jinkiseb, pereżempju, billi l-ipprogrammar tas-sejħiet għal proġetti jintrabat aktar mill-qrib ma’ dak tal-pjani SNR, billi jinħolqu pjattaformi ta’ sħubija konġunti jew billi jinħolqu faċilitajiet ta’ parteċipazzjoni “hop-on”; |
L-operazzjonalizzazzjoni ta’ sinerġiji konkreti u kontinwi bejn il-pilastri tal-programm qafas u fondi oħra
Għal interkonnessjoni aħjar bejn il-pilastri, li tiffavorixxi approċċ “ibbażat fuq il-post”
|
22. |
jilqa’ l-isforzi li saru biex jintrabtu l-pilastri differenti tal-programm, bħall-iskema ta’ tranżizzjoni tal-EIC jew l-amplifikatur tar-riżultati ta’ Orizzont, u jappella għall-ħolqien ta’ mezz aktar strutturat (bħal pereżempju “perkors ta’ valorizzazzjoni”) li jistgħu jikkontribwixxu għalih il-bliet u r-reġjuni, li huma l-awtoritajiet maniġerjali tal-pjani SNR, biex jiffaċilitaw il-maturazzjoni ta’ proġetti ffinanzjati mill-pilastru 1 sal-pilastru 3; |
|
23. |
jipproponi li l-“perkors ta’ investiment” mixtieq permezz tal-programmi differenti tal-Unjoni jintegra bis-sħiħ il-kontribut tal-bliet u r-reġjuni għall-implimentazzjoni tal-pjani SNR, sabiex il-proġetti ffinanzjati minn dawn il-pjani jew mill-programm qafas jirċievu appoġġ konġunt biex jivvalorizzaw ir-riżultati tagħhom lejn livelli ogħla ta’ maturità soċjetali jew teknoloġika u jikkontribwixxu għall-objettivi kondiviżi minn dawn il-programmi; |
Il-bliet, ir-reġjuni u l-ekosistemi tal-innovazzjoni tagħhom bħala konnetturi ewlenin għal sinerġiji b’suċċess mal-programm qafas
|
24. |
jitlob li l-programm qafas jimplimenta taħlita attiva ta’ fondi Ewropej li jappoġġjaw ir-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex jissaħħu l-eċċellenza xjentifika, il-kompetittività Ewropea u jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-programm qafas, u jissottolinja r-rwol strateġiku tal-infrastrutturi tar-riċerka u t-teknoloġija, l-ispazji tad-data interoperabbli u s-soluzzjonijiet abilitati bl-IA bħala faċilitaturi ewlenin għall-aċċellerazzjoni tal-innovazzjoni u s-soluzzjonijiet ta’ skalar; |
|
25. |
jappoġġja l-ħolqien tal-Fond Ewropew għall-Kompetittività, iżda jqis li l-implimentazzjoni tiegħu tiddependi minn rabtiet mill-qrib u b’saħħithom mal-programm qafas, b’mod partikolari fid-definizzjoni tal-mekkaniżmi tiegħu għall-konnessjoni tagħhom; fl-interess tal-awtonomija tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, trid tiġi żgurata parteċipazzjoni effiċjenti min-naħa tar-riċerka fl-istruttura ta’ governanza ġenerali, li ma tinkludix biss rappreżentanti nazzjonali u reġjonali adegwati, iżda wkoll l-involviment ta’ esperti mir-riċerka stess; |
|
26. |
iqis li l-objettiv tal-kompetittività Ewropea jrid jimxi id f’id mal-objettivi tal-koeżjoni territorjali u soċjali, u li kwalunkwe konċentrazzjoni eċċessiva ta’ finanzjament, infrastruttura u kapaċità ta’ innovazzjoni f’għadd limitat ta’ territorji li diġà għandhom prestazzjoni għolja għandha tiġi evitata; |
|
27. |
jappoġġja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-programm qafas jibni sinerġiji aktar prattiċi mal-Fond Ewropew għall-Kompetittività, bl-involviment tal-bliet u r-reġjuni bħala atturi ewlenin fir-restawr tal-kompetittività tal-UE. Il-Kumitat jitlob, f’dan ir-rigward, li dawn ikunu involuti mill-qrib fil-governanza kondiviża tal-programm qafas u l-Fond għall-Kompetittività fil-forom kollha li jieħdu dawn is-sinerġiji; |
|
28. |
jisħaq li l-investimenti tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni jridu jikkontribwixxu għal tranżizzjoni ġusta, jappoġġjaw il-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità, l-iżvilupp tal-kompetenzi, jantiċipaw it-trasformazzjonijiet tas-suq tax-xogħol u l-aċċess ġust għall-opportunitajiet maħluqa mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fit-territorji kollha; |
|
29. |
jilqa’ l-koordinazzjoni semplifikata bejn l-implimentazzjoni tal-pjani SNR biex il-bliet u r-reġjuni jkunu jistgħu jikkoinvestu fi proġetti kkofinanzjati mill-programm qafas, u jitlob li dawn ikunu involuti mill-qrib fl-istrutturi ta’ konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati, bħal Kunsill għall-Kompetittività Industrijali u Teknoloġika jew Kunsill għall-Isfidi tas-Soċjetà; |
Favur programm qafas għal Żona Ewropea tar-Riċerka u għal Status għar-Riċerkaturi Ewropej
|
30. |
itenni li l-Ewropa trid tkun kapaċi toffri lir-riċerkaturi l-aktar eċċellenti tagħha ambjent tax-xogħol sikur u attraenti u li l-programm qafas irid jaqdi dan l-għan; jenfasizza l-importanza tar-riċerka kollaborattiva transnazzjonali għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq ir-rwol tal-edukazzjoni għolja u l-universitajiet Ewropej fil-ħolqien u l-isfruttar tal-għarfien, u jitlob li dan jitqies fl-istruttura u l-baġit tal-Orizzont Ewropa; |
|
31. |
jitlob il-ħolqien ta’ status għar-riċerkaturi Ewropej li jippermetti, permezz ta’ rikonoxximent bejn il-pari, skambji aktar faċli mal-kontropartijiet tagħhom, u trattament sigur u appoġġ soċjali, irrispettivament mill-pajjiż li jaħdmu fih; |
|
32. |
jitlob t-tisħiħ tal-momentum taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, permezz ta’ sejħiet miftuħa għal proposti u tisħiħ fundamentali tan-natura minn isfel għal fuq tal-finanzjament tar-riċerka; huwa favur, barra minn hekk, li partijiet mill-programm għandhom jinġabru f’portafolli ta’ proġetti f’konformità mal-approċċ tal-aġenziji ta’ proġetti ta’ riċerka avvanzata u, għalhekk, li għandhom jibbenefikaw minn monitoraġġ tekniku aktar mill-qrib mill-maniġers tal-programmi, b’mod partikolari sabiex tittejjeb l-effiċjenza tal-isfruttar tar-riżultati tar-riċerka; |
|
33. |
iqis li tali rikonoxximent, permezz ta’ dan l-istatus, jagħmilha possibbli li jitwaqqaf l-eżodu ta’ mħuħ u tiżdied l-attraenza tar-riċerkaturi internazzjonali billi jiġi kkomplementat il-programm “Choose Europe”; |
|
34. |
jenfasizza l-ħtieġa tal-ġlieda kontra l-eżodu ta’ mħuħ u t-trawwim ta’ ċirkolazzjoni ġenwina tat-talenti fl-Unjoni, inkluż billi jiġu appoġġjati aktar ir-reġjuni li qed jiffaċċjaw telf sostnut fil-kapaċitajiet tar-riċerka, l-innovazzjoni u l-kompetenzi, sabiex jiġi evitat li l-eċċellenza tkun ikkonċentrata f’għadd limitat ta’ raggruppamenti; |
|
35. |
jisħaq li r-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej huma mexxejja dinjija fl-oqsma tas-sostenibbiltà, l-ekonomija ċirkolari u l-adattament għat-tibdil fil-klima, u għalhekk jitlob li dawn l-oqsma jibqgħu ċentrali fil-perjodu ta’ finanzjament li jmiss, anke sabiex tkompli tiżdied l-attraenza tal-UE bħala destinazzjoni għar-riċerkaturi ewlenin minn madwar id-dinja. |
Brussell, is-7 ta’ Mejju 2026.
Il-President
tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Kata TÜTTŐ
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3467/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)