Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jittrasponi d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta’ Awwissu 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta’ ħidma tal-kumpanniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 241, p. 26).

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE, tal-10 ta’ Awwissu 2006, li timplementa d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijet ta’ ħidma tal-kumpanniji tal-investiment u t-termini definiti għall-għanijiet ta’ dik id-Direttiva, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 53(1) ta’ din id-direttiva.

2) Ir-Repubblika Ċeka hija kkundannata għall-ispejjeż.