31992R0832



Official Journal L 088 , 03/04/1992 P. 0015 - 0015
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0193
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 41 P. 0193


Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 832/92

tat-30 ta’ Marzu 1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 790/89 li jiffissa l-livell ta’ għajnuna ta’ rata fissa żejda għall-formazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont massimu applikat għall-għajnuna għal titjib fil-kwalità u l-marketing fis-settur tat-tkabbir ta’ ġewż u locust beans

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 fuq l-organiżżazzjoni komuni tas-suq fil-frott u l-ħaxix [1], u b’ mod partikolari l-Artikolu 14b(4) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi, konformi ma’ l-Artikolu 14b tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72, l-għajnuna tar-rata fissa żejda biex tinkoraġixxi l- formazzjoni ta’ organiżżazzjonijiet ta’ produtturi tal-ġewż u locust beans hi kalkulata fuq bażi ta’ kwantità ta’ ġewż u/jew locust beans marketed minn organiżżazzjoni matul l-ewwel sena tal-marketing li ssegwi d-data tat-tagħrif speċifiku;

Billi kundizzjonijiet tat-temp mhux favorevoli f’reġjuni tal-produzzjoni matul il-ħsad li fuqhom l-kalkulazzjoni ta’ l-għajnuna ser tiġi bbażata għandhom ċans joħolqu distorsjonijiet konsiderevoli fl-applikazzjoni ta’ din l-għajnuna żejda tar-rata fissa, billi sabiex tiġi żgurata applikazzjoni tajba ta’ l-iskema, dispożizzjoni trid tiġi magħmulha skond ir-Regolament (KEE) Nru 790/89 [2], fuq rikjesta raġjonevoli ta’ l- organiżżazzjoni tal- produtturi kkonċernata, għall-għajnuna li trid tiġi kkalkolata f’dawn il-każijiet abbażi tal-kwantità marketed fis-sena ta’ marketing li ssegwi s-sena ta’ marketing li kienet sostanzjalment effettwata mill-kundizzjonijiet hawn fuq imsemmija,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-paragrafu segwenti hu minn hawn miżjud ma’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 790/89:

"Għall-iskop ta’ l-Artikolu 14b(2) tar-Regolament tal- Kunsill (KEE) Nru 1035/72, meta kundizzjonijiet tat-temp mhux favorevli f’reġjuni tal-produzzjoni jirriżultaw f’riduzzjoni ta’ aktar minn 20 % tal-ħsad ta’ l-organiżżazzjonijiet tal-produtturi, l-awtorità kompetenti tista’, fuq rikjesta raġonevoli ta’ dan ta’ l-aħħar, tikkalkula l-għajnuna abbażi tal-kwantità marketed mill-organiżżazzjoni matul it-tieni sena ta’ marketing li ssegwi d-data ta’ l-għarif speċifiku tagħhom."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Iżda, fuq talba ta’ l-organiżżazzjonijiet tal-produtturi konċernati, l-Artikolu 1 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-30 ta’ Marzu 1992,

Għall-Kunsill

Il-President

Arlindo Marques Cunha

[1] ĠU L 118, ta’ l-20.5.1972, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1968/91 (ĠU L 177tal- 5.7.1991, p. 10).

[2] ĠU L 85, tat-30.3.1989, p. 6. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2145/91, (ĠU L 200, tat-23.7.1991, p. 1).

--------------------------------------------------