|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1512 |
14.10.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1512
tas-6 ta’ Lulju 2026
li jemenda l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni stabbiliti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/394 fir-rigward ta’ formoli, mudelli u proċeduri standard għall-finijiet tal-informazzjoni pprovduta mis-CSDs għall-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni tad-depożitorji ċentrali tat-titoli
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 22(11) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2023/2845 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda, fost l-oħrajn, l-Artikolu 22(1), it-tielet subparagrafu, tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 biex jintroduċi rekwiżit ġdid biex l-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw u jevalwaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn depożitorju ċentrali tat-titoli (CSD) mill-inqas kull 3 snin. Sabiex jissodisfaw dak ir-rekwiżit, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jeħtieġu li xi informazzjoni parzjali jew kollha meħtieġa għal dak ir-rieżami u dik l-evalwazzjoni tiġi pprovduta aktar ta’ spiss biex jiġi żgurat li jkollhom biżżejjed informazzjoni fuq bażi kontinwa biex iwettqu s-superviżjoni kontinwa tagħhom. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrikjedu li ċerta informazzjoni tiġi pprovduta fuq bażi aktar frekwenti mill-bażi attwalment stabbilita għat-twettiq tal-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni. |
|
(2) |
Meta jitqies li CSD għandu l-obbligu li jikkonforma f’kull mument mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, huwa essenzjali li jiġi mmonitorjat mill-qrib il-progress tas-CSD fl-indirizzar ta’ kwalunkwe sejba u rakkomandazzjoni pendenti mill-awtoritajiet kompetenti. Dawk is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet jindikaw ċerti dgħufijiet tas-CSD u l-eżistenza fit-tul tagħhom jista’ jagħti l-każ li żżid ir-riskji li tali dgħufijiet jimmaterjalizzaw. Għalhekk, is-CSDs jenħtieġ li jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom dwar il-miżuri meħuda biex jindirizzaw dawk is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet pendenti mill-inqas darba fis-sena, anki jekk il-frekwenza tar-rieżami u tal-evalwazzjoni tkun mill-inqas kull 3 snin. |
|
(3) |
Abbażi tal-esperjenza ta’ diversi snin ta’ implimentazzjoni tal-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni, huwa meħtieġ li tiġi estiża l-iskadenza biex l-awtoritajiet kompetenti jittrażmettu r-riżultati tar-rieżami u l-evalwazzjoni lil diversi awtoritajiet oħra minn 3 ijiem għal 10 ijiem tax-xogħol biex jippermettu proċessi b’inqas intoppi, b’mod partikolari peress li r-riżultati tal-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni jeħtieġ li jiġu kondiviżi ma’ firxa usa’ ta’ awtoritajiet, f’konformità mal-emendi introdotti mir-Regolament (UE) 2023/2845. |
|
(4) |
Sabiex jiġu riflessi l-emendi tal-Artikoli 40, 41 u 42 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/392 (3) u sabiex tissaħħaħ l-effiċjenza tal-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni, jenħtieġ li l-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/394 (4) jiġi emendat b’mod korrispondenti. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/394 jiġi emendat kif xieraq. |
|
(6) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA). |
|
(7) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni li huma l-bażi ta’ dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/394
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/394 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
l-Artikoli 3 u 4 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 3 Proċedura biex tingħata l-informazzjoni 1. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lis-CSD, u lill-awtoritajiet rilevanti, lill-ESMA u, fejn applikabbli, lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE, l-informazzjoni li ġejja:
Għall-finijiet tal-punt (c), l-awtorità kompetenti tista’ titlob lis-CSD biex jippreżenta l-istess informazzjoni b’lingwa li hija komuni fid-dinja tal-finanzi internazzjonali. L-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lis-CSD, lill-awtoritajiet rilevanti, lill-ESMA u, fejn applikabbli, lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE, kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, inkluża t-talba għal sottomissjoni aktar frekwenti ta’ xi informazzjoni speċifika, mingħajr dewmien żejjed. 2. Sakemm ma jiġix ikkomunikat mod ieħor skont il-paragrafu 1, il-punt (d), ta’ dan l-Artikolu, is-CSD għandu jipprovdi l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 40(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 fi żmien xahrejn mit-tmiem tal-perjodu ta’ rieżami. Artikolu 4 Għoti ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 22(7) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 1. Meta jitlestew ir-rieżami u l-evalwazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika, fi żmien 10 ijiem tax-xogħol lill-awtoritajiet imsemmija, l-ESMA u fejn applikabbli, lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 24a tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE, ir-riżultati tagħha kif speċifikat fl-Artikolu 44 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392. 2. Meta r-rieżami u l-evalwazzjoni jagħtu lok għal azzjoni ta’ rimedju jew penali, l-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 1 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol wara li tkun ittieħdet dik il-miżura.” |
|
(2) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Fi żmien 10 ijiem minn meta jitlestew ir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 22(1) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, kif notifikat mill-awtorità kompetenti lill-awtoritajiet kompetenti fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tikkomunika lil dawk l-awtoritajiet kompetenti, ir-riżultati tagħha kif speċifikat fl-Artikolu 45(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392.” |
|
(3) |
L-Anness II huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 257, 28.8.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/909/oj.
(2) Ir-Regolament (UE) 2023/2845 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2023 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 909/2014 fir-rigward tad-dixxiplina tas-saldu, il-forniment ta’ servizzi transkonfinali, il-kooperazzjoni superviżorja, il-forniment ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju u r-rekwiżiti għal depożitorji ċentrali tat-titoli ta’ pajjiżi terzi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L, 2023/2845, 27.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2845/oj).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/392 tal-11 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni, superviżorji u operazzjonali għal depożitarji ċentrali tat-titoli (ĠU L 65, 10.3.2017, p. 48, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/392/oj).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/394 tal-11 ta’ Novembru 2016 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni dwar il-formoli u l-proċeduri għall-awtorizzazzjoni, ir-rieżami u l-evalwazzjoni tad-depożitorji ċentrali tat-titoli, għall-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru tad-domiċilju u tal-Istat Membru ospitanti, għall-konsultazzjoni tal-awtoritajiet involuti fl-awtorizzazzjoni biex jiġu pprovduti servizzi anċillari ta’ tip bankarju, għal aċċess li jinvolvu depożitorji ċentrali tat-titoli, u fir-rigward tal-format tar-rekords li għandhom jinżammu mid-depożitarji tat-titoli ċentrali skont ir-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 65, 10.3.2017, p. 145, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2017/394/oj).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1095/oj).
ANNESS
ANNESS II
Formoli għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni għar-rieżami u għall-evalwazzjoni
(Artikolu 22(11) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014)
Tabella 1
Informazzjoni ġenerali li trid tiġi pprovduta minn CSD
|
Nru |
Tip ta’ informazzjoni |
Format |
||||||||||||||||||||||||||
|
1 |
Data tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni |
Id-data skont ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ |
||||||||||||||||||||||||||
|
2 |
Data tal-aħħar rieżami u evalwazzjoni |
Id-data skont ISO 8601 fil-format SSSS-XX-JJ |
||||||||||||||||||||||||||
|
3 |
Isem korporattiv tas-CSD |
Test liberu |
||||||||||||||||||||||||||
|
4 |
Identifikazzjoni tas-CSD |
Il-kodiċi identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) ISO 17442 b’20 karattru alfanumeriku li huwa inkluż fid-data tal-LEI kif ippubblikata mill-Global LEI Foundation. Il-LEI għandu jiġġedded kif dovut skont it-termini ta’ kwalunkwe waħda mill-Unitajiet Operattivi Lokali akkreditati tas-Sistema tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika Globali. |
||||||||||||||||||||||||||
|
5 |
Indirizz legali tas-CSD |
Test liberu |
||||||||||||||||||||||||||
|
6 |
Sistema/i ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD |
Test liberu |
||||||||||||||||||||||||||
|
7 |
Dettalji tal-kuntatt tal-persuna responsabbli għall-proċess tar-rieżami u tal-evalwazzjoni (l-isem, il-kariga, in-numru tat-telefown, l-indirizz elettroniku) |
Test liberu |
||||||||||||||||||||||||||
|
8 |
Dettalji tal-kuntatt tal-persuna/i responsabbli għall-kontroll intern u l-funzjoni tal-konformità tas-CSD (l-isem, il-funzjoni, in-numru tat-telefown, l-indirizz elettroniku) |
Test liberu |
||||||||||||||||||||||||||
|
9 |
Lista tad-dokumenti kollha pprovduti mis-CSD b’numri ta’ referenza uniċi |
Test liberu |
||||||||||||||||||||||||||
|
10 |
Rapport dwar l-attivitajiet tas-CSD għall-perjodu ta’ rieżami rilevanti u l-bidliet sostantivi msemmija fl-Artikolu 16(4) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, imwettqa matul il-perjodu ta’ rieżami u d-dokumenti relatati kollha; ir-rapport għandu jinkludi:
|
Dokument separat |
Tabella 2
Informazzjoni perjodika rilevanti għal kull rieżami u evalwazzjoni
|
Punt |
Tip ta’ informazzjoni |
In-numru ta’ referenza uniku tad-dokument li fih hemm inkluża l-informazzjoni |
||||||
|
a |
Sett sħiħ tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati l-aktar reċenti tas-CSD, inklużi dawk konsolidati fil-livell tal-grupp |
|
||||||
|
b |
Verżjoni mqassra tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji interim l-aktar reċenti tas-CSD |
|
||||||
|
c |
Kwalunkwe deċiżjoni tal-korp maniġerjali wara l-pariri tal-kumitat tal-utenti, kif ukoll kwalunkwe deċiżjoni fejn il-korp maniġerjali ddeċieda li ma jsegwix il-pariri tal-kumitat tal-utenti |
|
||||||
|
d |
Informazzjoni dwar kwalunkwe proċediment ċivili jew amministrattiv pendenti jew kwalunkwe proċediment ġudizzjarju jew extraġudizzjarju ieħor pendenti li jinvolvi s-CSD, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kwistjonijiet dwar it-taxxa u l-insolvenza, jew kwistjonijiet li jistgħu jikkawżaw spejjeż finanzjarji jew ta’ reputazzjoni għas-CSD |
|
||||||
|
e |
Informazzjoni dwar kwalunkwe proċediment ċivili jew amministrattiv pendenti jew kwalunkwe proċediment ġudizzjarju jew extraġudizzjarju ieħor pendenti li jinvolvi membru tal-korp maniġerjali jew membru tal-maniġment superjuri li jista’ jkollu impatt negattiv fuq is-CSD |
|
||||||
|
f |
Kwalunkwe deċiżjoni finali li tirriżulta mill-proċedimenti msemmija fil-punti (d) u (e) |
|
||||||
|
g |
Kopja tar-riżultati tat-testijiet tal-istress tal-kontinwità tan-negozju jew eżerċizzji simili mwettqa matul il-perjodu ta’ rieżami kif imsemmi fl-Artikolu 79 u tar-rieżamijiet tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 76(1), il-punt (b) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 |
|
||||||
|
h |
Rapport dwar l-inċidenti operazzjonali li jkunu seħħew matul il-perjodu ta’ rieżami u li affettwaw il-forniment bla intoppi ta’ kwalunkwe servizz ewlieni, informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni ta’ dawn l-inċidenti, il-miżuri meħuda biex jindirizzawhom u r-riżultati tagħhom kif imsemmija fl-Artikolu 71(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 |
|
||||||
|
i |
Rapport dwar jekk l-objettivi ta’ affidabbiltà operazzjonali stabbiliti tas-CSD, inklużi l-objettivi tal-prestazzjoni operazzjonali u l-miri impenjati fil-livell tas-servizz għas-servizzi u s-sistemi ta’ saldu tat-titoli tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 70(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392, intlaħqux, inkluża informazzjoni dwar l-azzjonijiet tas-CSD biex jimmonitorjahom, jivvalutahom u jirrapportahom regolarment kif imsemmi fil-paragrafi 5 u 6 tal-Artikolu 70 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392, u valutazzjoni tad-disponibbiltà tas-sistema matul il-perjodu ta’ rieżami, imkejla fuq bażi ta’ kuljum bħala l-perċentwal tal-ħin li s-sistema tkun operazzjonali u qiegħda titħaddem skont il-parametri miftiehma; għal dan l-iskop, is-CSDs li jużaw infrastruttura tas-saldu komuni jistgħu jipprovdu siltiet mir-rapporti mqiegħda għad-disponibbiltà skont il-qafas legali, regolatorju u operazzjonali msemmi fl-Artikolu 30(5) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 |
|
||||||
|
j |
Sommarju tat-tipi ta’ intervent manwali li jkunu saru mis-CSD fil-proċess ta’ saldu awtomatizzat skont l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229 (1) |
|
||||||
|
k |
Il-pjanijiet għall-irkupru u l-istralċ ordnat u b’mod partikolari informazzjoni dwar kwalunkwe bidla sinifikanti fil-pjanijiet tiegħu għall-irkupru u l-istralċ ordnat u, kif applikabbli, kwalunkwe bidla sinifikanti fil-pjan ta’ riżoluzzjoni tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 22a tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, li tkun seħħet matul il-perjodu ta’ rieżami |
|
||||||
|
l |
Informazzjoni dwar kwalunkwe lment formali rċevut mis-CSR matul il-perjodu ta’ rieżami inkluża informazzjoni dwar:
|
|
||||||
|
m |
Informazzjoni li tikkonċerna l-każijiet fejn is-CSD ċaħad l-aċċess għas-servizzi tiegħu lil kwalunkwe parteċipant eżistenti jew potenzjali, lil kwalunkwe emittent, lil CSD ieħor jew lil infrastruttura tas-suq oħra |
|
||||||
|
n |
Rapport dwar il-bidliet sinifikanti li jaffettwaw kwalunkwe konnessjoni ta’ CSD stabbilita mis-CSD li għandhom impatt fuq ir-rekwiżiti msemmija fil-Kapitolu XII tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392, inklużi bidliet fit-tip ta’ konnessjoni ta’ CSD u fil-mekkaniżmi u l-proċeduri użati għas-saldu f’dawk il-konnessjonijiet ta’ CSD |
|
||||||
|
o |
Informazzjoni li tikkonċerna l-każijiet kollha tal-kunflitti ta’ interess identifikati li seħħew matul il-perjodu ta’ rieżami, inkluża d-deskrizzjoni ta’ kif ġew ġestiti |
|
||||||
|
p |
Informazzjoni dwar il-kontrolli u l-awditi interni mwettqa mis-CSD matul il-perjodu ta’ rieżami, inkluża informazzjoni dwar l-awditu tas-sistemi u l-qafas ta’ ġestjoni tar-riskji operazzjonali tas-CSD kif imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u fl-Artikolu 73(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 kif ukoll awditi regolari u indipendenti tas-CSD kif imsemmi fl-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u fl-Artikoli 51 u 52(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 |
|
||||||
|
q |
Informazzjoni li tikkonċerna kwalunkwe ksur identifikat tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, inkluż dak identifikat permezz tal-mezz ta’ rappurtar imsemmi fl-Artikolu 26(5) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 |
|
||||||
|
r |
Informazzjoni dettaljata li tikkonċerna kwalunkwe azzjoni dixxiplinari meħuda mis-CSD matul il-perjodu ta’ rieżami, inkluż kwalunkwe każ ta’ sospensjoni ta’ parteċipanti f’konformità mal-Artikolu 7(7) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 flimkien ma’ speċifikazzjoni tal-perjodu ta’ sospensjoni u r-raġuni għal din is-sospensjoni |
|
||||||
|
s |
L-istrateġija ġenerali tan-negozju tas-CSD u pjan ta’ negozju dettaljat għas-servizzi pprovduti mis-CSD li jkopri mill-inqas il-perjodu ta’ rieżami li jmiss |
|
||||||
|
t |
Informazzjoni dwar il-bidliet li seħħew matul il-perjodu ta’ rieżami fil-ġestjoni tar-riskju legali tas-CSD kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u fl-Artikolu 31 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 |
|
||||||
|
u |
Informazzjoni dwar il-bidliet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tar-riskji tas-CSD kif ukoll fl-għodod tal-IT stabbiliti mis-CSD għall-ġestjoni tar-riskji tan-negozju msemmija fl-Artikolu 32(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392, li seħħew matul il-perjodu ta’ rieżami |
|
||||||
|
v |
Meta s-CSD ikun kiseb klassifikazzjoni tar-riskju minn parti terza kif imsemmi fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392, informazzjoni dwar kwalunkwe varjazzjoni fil-klassifikazzjoni tar-riskju li s-CSD kiseb minn parti terza matul il-perjodu ta’ rieżami, inkluża kwalunkwe informazzjoni rilevanti li tappoġġa dik il-klassifikazzjoni tar-riskju |
|
||||||
|
w |
Informazzjoni dwar il-bidliet li seħħew matul il-perjodu ta’ rieżami fil-ġestjoni tas-CSD tas-servizzi jew l-attivitajiet esternalizzati lil parti terza kif imsemmi fl-Artikolu 30 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, inkluża l-kondiviżjoni tal-persunal skont l-Artikolu 49 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392, u l-metodi użati għall-monitoraġġ tal-livell ta’ servizz tas-servizzi u l-attivitajiet esternalizzati msemmija fl-Artikolu 33(2) tal-istess Regolament |
|
||||||
|
x |
Rapport dwar il-bidliet li seħħew matul il-perjodu ta’ rieżami fil-kejl, il-monitoraġġ u l-ġestjoni tar-riskji tal-kreditu u tal-likwidità li jirriżultaw mill-użu ta’ saldu nett differit kif imsemmi fl-Artikolu 47a(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 |
|
||||||
|
y |
Informazzjoni dwar l-azzjonijiet tas-CSD li ttieħdu matul il-perjodu ta’ rieżami biex jirrieżamina l-objettivi operazzjonali tiegħu sabiex jinkorpora żviluppi ġodda teknoloġiċi u tan-negozju kif imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u fl-Artikolu 70(7) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 |
|
||||||
|
z |
Informazzjoni dwar il-valutazzjoni mis-CSD tar-riskju operazzjonali li s-CSD iffaċċja matul il-perjodu ta’ rieżami, fuq bażi kontinwa, bil-forniment ta’ rapportar regolari lill-maniġment superjuri tal-iskoperturi tar-riskji operazzjonali u t-telf imġarrab mir-riskji operazzjonali (inklużi r-riskji operazzjonali li s-CSD jiffaċċja minn parteċipanti ewlenin), u l-proċeduri segwiti matul il-perjodu rieżaminat sabiex jiġu mmitigati dawk l-iskoperturi u t-telf kif imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u fl-Artikoli 66(2), 67(4) u 71(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 |
|
||||||
|
aa |
Informazzjoni dwar l-eżitu tat-testijiet u r-rieżamijiet tas-CSD tal-arranġamenti, il-politiki u l-proċeduri operazzjonali tiegħu mal-utenti, imsemmija fl-Artikolu 73(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392, li seħħew matul il-perjodu ta’ rieżami |
|
||||||
|
ab |
Informazzjoni dwar aġġornamenti tal-analiżi tal-impatt fuq in-negozju u l-analiżi analiżi tar-riskji tan-negozju tas-CSD matul il-perjodu ta’ rieżami, li jirriżultaw mir-rieżami annwali tiegħu jew inkella minn kwalunkwe rieżami ad hoc wara inċident materjali jew bidliet operazzjonali sinifikanti u filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi rilevanti kollha, inklużi l-iżviluppi tas-suq u tal-IT kif imsemmi fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u fl-Artikolu 77(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 |
|
||||||
|
ac |
Informazzjoni dwar l-iżviluppi li seħħew fir-rigward tal-miżuri tas-CSD għall-prevenzjoni u l-indirizzar ta’ fallimenti tas-saldu kif imsemmi fl-Artikoli 6(3) u (4) u 7(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 u fl-Artikoli 4 sa 15 tar-Regolament Delegat (UE) 2018/1229 |
|
||||||
|
ad |
Informazzjoni dwar l-eżitu tal-ittestjar tas-CSD tal-proċeduri u r-regoli dwar l-inadempjenza tal-parteċipanti, kif imsemmi fl-Artikolu 41(3) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, li seħħ matul il-perjodu ta’ rieżami |
|
||||||
|
ae |
Informazzjoni dwar ir-rieżami jew l-aġġornament tal-politika ta’ kontinwità tan-negozju tas-CSD u l-pjan tiegħu ta’ rkupru minn diżastru, imsemmija taħt l-Artikolu 80 tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392, li seħħew matul il-perjodu ta’ rieżami |
|
||||||
|
af |
Informazzjoni dwar il-miżuri jew l-għodod li s-CSD uża matul il-perjodu ta’ rieżami biex jikkundizzjona l-konsenja ta’ titoli għall-ħlas tal-parti ta’ flus operata barra mis-sistema tiegħu għal struzzjonijiet ta’ saldu mingħajr ħlas, jekk ikun hemm |
|
||||||
|
ag |
informazzjoni dwar il-progress li jkun kiseb is-CSD fl-indirizzar tas-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet pendenti fformulati fl-awtorizzazzjoni jew f’rieżamijiet u evalwazzjonijiet preċedenti tas-CSD f’konformità mal-Artikolu 22(9) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 |
|
||||||
|
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1229 tal-25 ta’ Mejju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar id-dixxiplina tas-saldu (ĠU L 230, 13.9.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2018/1229/oj). |
||||||||
Tabella 3
Data statistika
|
Punt |
Tip ta’ data |
Format |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
a |
Lista tal-parteċipanti ta’ kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD, li tispeċifika:
|
Għal kull parteċipant:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
b |
Lista tal-emittenti li għalihom is-CSD jipprovdi s-servizz imsemmi fil-punt (1) tat-Taqsima A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014, li tispeċifika:
|
Għal kull emittent:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
ba |
Lista ta’ ħruġ ta’ titoli rreġistrati f’kontijiet ta’ titoli miżmuma ċentralment f’kull SSS imħaddma mis-CSD, li tispeċifika:
|
Għal kull ħruġ ta’ titolu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
bb |
Lista ta’ ħruġ ta’ titoli rreġistrati f’kontijiet ta’ titoli mhux miżmuma ċentralment f’kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD, li tispeċifika:
|
Għal kull ħruġ ta’ titolu:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
c |
Il-valur tas-suq totali u l-valur nominali tat-titoli rreġistrati fil-kontijiet tat-titoli b’mod ċentrali u mhux b’mod ċentrali, miżmuma f’kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD |
Il-valur nominali tat-titoli: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. Il-valur tas-suq tat-titoli: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
d |
Il-valur nominali u l-valur tas-suq tat-titoli msemmija fil-punt (c) diviżi kif ġej:
|
Għal kull tip ta’ strument finanzjarju:
skont il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-parteċipant (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż)/il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-emittent (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż)/il-pajjiż tal-liġi regolatorja (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż): Il-valur nominali tat-titoli: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. Il-valur tas-suq tat-titoli: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
e |
Il-valur nominali u l-valur tas-suq tat-titoli inizjalment irreġistrati f’kull sistema tas-saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD |
Il-valur nominali tat-titoli: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. Il-valur tas-suq tat-titoli: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
f |
Il-valur nominali u l-valur tas-suq tat-titoli msemmija fil-punt (e) hawn fuq, diviżi kif ġej:
|
Għal kull tip ta’ strument finanzjarju (kif imsemmi fil-punt (d)/il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-parteċipant (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż)/il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-emittent (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż)/il-pajjiż tal-liġi regolatorja (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż): Il-valur nominali tat-titoli: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. Il-valur tas-suq tat-titoli: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
g |
L-għadd totali u l-valur totali tal-istruzzjonijiet ta’ saldu kontra pagament flimkien mal-għadd totali u l-valur tas-suq totali tal-istruzzjonijiet ta’ saldu mingħajr ħlas jew, jekk mhux disponibbli, il-valur nominali tal-istruzzjonijiet ta’ saldu mingħajr ħlas stabbilit f’kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD |
L-għadd tal-istruzzjonijiet ta’ saldu saldati f’kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD: sa 20 karattru numeriku rrapportati bħala numri sħaħ mingħajr deċimali. Il-valur tal-istruzzjonijiet ta’ saldu saldati f’kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
h |
L-għadd totali u l-valur totali tal-istruzzjonijiet ta’ saldu msemmija fil-punt g diviżi kif ġej:
|
Għal kull tip ta’ strument finanzjarju (kif imsemmi fil-punt (d)/il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-parteċipant (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż)/il-pajjiż ta’ inkorporazzjoni tal-emittent (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż)/il-pajjiż tal-liġi regolatorja (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż)/il-munita tas-saldu (il-Kodiċi tal-Munita ISO 4217, kodiċi bi 3 ittri alfabetiċi)/it-tip ta’ struzzjoni ta’ saldu (DVP/RVP/DFP/RFP/DWP/RWP/PFOD)/saldu fi flus ta’ bank ċentrali (CBM)/flus ta’ bank kummerċjali (COM): L-għadd tal-istruzzjonijiet ta’ saldu saldati f’kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD: sa 20 karattru numeriku rrapportati bħala numri sħaħ mingħajr deċimali. Il-valur tal-istruzzjonijiet ta’ saldu saldati f’kull sistema ta’ saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
i |
L-għadd u l-valur ta’ tranżazzjonijiet ta’ xiri sfurzat imsemmija fl-Artikolu 7a tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 |
L-għadd ta’ tranżazzjonijiet ta’ xiri sfurzat: sa 20 karattru numeriku rrapportati bħala numri sħaħ mingħajr deċimali. Il-valur ta’ tranżazzjonijiet ta’ xiri sfurzat: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
j |
L-għadd u l-ammont ta’ penali msemmija fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 għal kull parteċipant tas-CSD |
Għal kull parteċipant tas-CSD: L-għadd ta’ penali: sa 20 karattru numeriku rrapportati bħala numri sħaħ mingħajr deċimali. L-ammont ta’ penali: sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
k |
Meta applikabbli, il-valur totali ta’ operazzjonijiet ta’ teħid u ta’ għoti b’self ta’ titoli pproċessati mis-CSD li jaġixxi bħala aġent u bħala prinċipal, skont il-każ, diviż bit-tip ta’ strumenti finanzjarji msemmija fil-punt (d) hawn fuq |
Għal kull tip ta’ strument finanzjarju (kif imsemmi fil-punt (d)), il-valur tal-operazzjonijiet ta’ teħid u ta’ għoti b’self ta’ titoli pproċessati minn:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
l |
L-għadd totali u l-valur totali tal-istruzzjonijiet ta’ saldu saldati permezz ta’ kull konnessjoni ta’ CSD, filwaqt li jiġi speċifikat:
|
Għal kull konnessjoni identifikata permezz tas-CSD konness (għal kull CSD: il-pajjiż tal-inkorporazzjoni tas-CSD konness (il-kodiċi ISO 3166 b’2 karattri tal-pajjiż)/il-kodiċi identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) ISO 17442 b’20 karattru alfanumeriku/l-isem korporattiv) u t-tip ta’ konnessjoni (standard/personalizzata/indiretta/interoperabbli):
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
m |
Meta applikabbli, il-valur tal-garanziji u l-impenji tas-CSD relatati mal-operazzjonijiet ta’ teħid u ta’ għoti b’self ta’ titoli |
Sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. Is-simbolu tan-negattiv, jekk jitniżżel, ma jgħoddx bħala karattru numeriku. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
n |
Meta applikabbli, il-valur tal-attivitajiet tat-teżor tas-CSD li jinvolvu l-kambju f’munita barranija u titoli trasferibbli b’rabta mal-ġestjoni ta’ bilanċi twal tal-parteċipanti inklużi kategoriji ta’ istituzzjonijiet li l-bilanċi twal tagħhom huma ġestiti mis-CSD |
Sa massimu ta’ 25 karattru numeriku inkluż sa 5 pożizzjonijiet deċimali. Jekk il-valur ikollu aktar minn ħames ċifri wara d-deċimali, il-kontropartijiet li jirrapportaw għandhom jittondjaw min-nofs ’il fuq. Il-marka deċimali ma titqiesx bħala karattru numeriku. Jekk titniżżel, din għandha tkun rappreżentata b’punt. Is-simbolu tan-negattiv, jekk jitniżżel, ma jgħoddx bħala karattru numeriku. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
o |
L-għadd ta’ problemi ta’ rikonċiljazzjoni li setgħu rriżultaw minħabba l-ħolqien jew it-tħassir bla bżonn ta’ titoli fil-ħruġ miżmum mis-CSD li ssodisfaw l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 |
Sa 20 karattru numeriku rrapportati bħala numri sħaħ mingħajr deċimali. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
p |
Il-medja, il-medjan, u l-moda għat-tul ta’ żmien meħud biex l-iżball identifikat jiġi rimedjat skont l-Artikolu 65(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2017/392 |
Medja: sa 20 karattru numeriku inklużi d-deċimali (filwaqt li jiġi speċifikat it-tul ta’ żmien bl-użu tal-kodiċijiet ISO 20022 (DASD/HOUR/MNUT)). Medjan: sa 20 karattru numeriku inklużi d-deċimali (filwaqt li jiġi speċifikat it-tul ta’ żmien bl-użu tal-kodiċijiet ISO 20022 (DASD/HOUR/MNUT)). Moda: sa 20 karattru numeriku inklużi d-deċimali (filwaqt li jiġi speċifikat it-tul ta’ żmien bl-użu tal-kodiċijiet ISO 20022 (DASD/HOUR/MNUT)). |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/1512/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)