32000R2438



Official Journal L 280 , 04/11/2000 P. 0037 - 0037


Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2438/2000

tat-3 ta' Novembru 2000

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 908/2000 li jistabbilixxi regoli ddetaljati għall-kolkolazzjoni ta' l-assistenza mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tas-sajd u l-akwakultura

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkonsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2792/1999 ta' l-17 ta' Diċembru 1999 li jistabbilixxi regoli u arranġamenti rigward assistenza strutturali tal-Komunita fil-qasam tas-sajd [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 15(4) dwar dan,

Fejn illi:

(1) l-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 908/2000 ta' 2 ta' Mejju 2000 jistabbilixxi regoli dettaljati għall-kalkolazzjoni tal-għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet fis-settur tas-sajd u l-akwakultura [2], jistabbilixxi regoli dettaljati għat-transizzjoni mid-dispożizzjonijiet fis-seħħ sal-31 ta' Diċembru 1999 għal dawk fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2000.

(2) Id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 908/2000 m'humiex konsistenti ma' dawk ta' l-Artikolu 30(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxu dispożizzjonijiet ġenerali tal-Fondi Strutturali [3]. Is-sitwazzjoni għandha għalhekk tiġi rrettifikata bl-emendar tar-Regolament (KE) Nru 908/2000.

(3) Il-miżuri provduti f'dan ir-Regolament jaqblu ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Treġġija tas-Sajd u l-Akwakultura,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

It-tielet paragrafu ta' l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 908/2000 huwa mneħħi u mibdul b' dan li ġej:

"Fil-kaz ta' għajnuna deċiża mill-Istati Membri wara 1 ta' Jannar 2000 fuq il-bażi ta' l-Artikolu 7 u 7b tar-Regolament (KEE) Nru 3759/92, r-radd lura tal-flus għandu jsir fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-Fondi Strutturali għall-Istat membru konċernat għall-perjodu 2000 sa 2006."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ġurnata tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2000.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fit-3 ta' Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Franz Fischler

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 337, tat-30.12.1999, p. 10.

[2] ĠU L 105, tat-3.5.2000, p. 15.

[3] ĠU L 161, tas-26.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------