|
26.9.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 255/85 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta’ April 2009
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima VII – Kumitat tar-Reġjuni
(2009/638/KE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 – Volum I (C6–0421/2008) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar verifiki interni mwettqa fl-2007, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5) , u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0153/2009), |
|
1. |
Jagħti kwittanza lis-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2007; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni u r-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Hans-Gert PÖTTERING
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tat-23 ta’ April 2009
li tinkludi kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007, Taqsima VII – Kumitat tar-Reġjuni
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2007 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2007 – Volum I (C6–0421/2008) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kumitat tar-Reġjuni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar verifiki interni mwettqa fl-2007, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li ġew verifikati (3), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom hija bbażata, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 272(10) u l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat tal-KE, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 50, 86, 145, 146 u 147 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Anness V tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0153/2009), |
|
1. |
Jinnota li fl-2007 il-Kumitat tar-Reġjuni (KtR) kellu approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli li jammontaw għal total ta’ EUR 68.6 miljun (2006: EUR 74.4 miljun), b’rata ta’ użu ta’ 96,22 %; |
|
2. |
Jirrimarka li l-Qorti tal-Awdituri indikat fir-Rapport Annwali tagħha li l-verifika ma tatx lok għal xi osservazzjonijiet sinifikanti fir-rigward tal-KtR; |
|
3. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-iffirmar f’Diċembru 2007 ta’ Ftehim ġdida ta’ Koperazzjoni Amministrattiva bejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u s-CoR għall-perjodu mill-2008 sal-2014; huwa konvint li l-koperazzjoni bejn iż-żewġ istituzzjonijiet se tkun vantaġġjuża finanzjarjament għal dawk li jħallsu t-taxxa fl-Ewropa; jilqa’ wkoll il-fatt li s-CoR nieda ċ-ċertifikazzjoni EMAS (Eco-Management and Audit Scheme) tiegħu; |
|
4. |
Jinnota b’sodisfazzjon l-impenn ċar taż-żewġ Kumitati għall-għan tal-armonizzazzjoni tal-ambjent u tal-istandards tal-kontroll interni tagħhom, ibbażati fuq l-aħjar prattiki, kif ukoll il-proċeduri finanzjarji rilevanti l-oħra kollha relatati mas-Servizzi Konġunti; |
|
5. |
Jinnota li l-Ftehim l-ġdid jżomm l-aktar oqsma importanti (infrastrutturi, IT u telekomunikazzjonijiet, kif ukoll t-traduzzjoni, inkluża l-produzzjoni ta’ dokumenti) fi ħdan ir-responsabilità tas-Servizzi Konġunti, waqt li numru limitat ta’ servizzi huma diżassoċjati, bħas-servizzi interni, is-servizz soċjo-mediku, il-librerija u l-“prepress”; |
|
6. |
Jinsisti madankolllu li din id-diżassoċjazzjoni għandha tkun newtrali għall-baġit u, għalhekk, iħeġġeġ liż-żewġ Kumitati biex iwettqu analiżi konġunta, bħala parti mir-reviżjoni ta’ nofs iż-żmien, biex jinstab jekk iċ-ċaqliq ta’ riżorsi jkunx ta’ benefiċċju għat-tnejn; jistieden liż-żewġ Kumitati biex iżommu lill-Parlament infurmat dwar l-evalwazzjoni kmieni fl-2009 tal-ftehim ta’ koperazzjoni ta’ daqs żgħir fl-oqsma effettwati mid-diżassoċjazzjoni; |
|
7. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim dwar il-livell tas-servizz konkluż bejn is-COR u d-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni, dwar l-implimentazzjoni tal-ABAC (applikazzjoni tal-finanzi u tal-kontabilità ġdida), li tniedet f’Jannar 2007; |
|
8. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon f’dan il-kuntest il-ħolqien ta’ Taqsima tal-Kuntratti fi ħdan is-Servizzi Konġunti, li tipprovdi assistenza lid-dipartimenti operattivi kollha fis-Servizzi Konġunti fil-qasam tal-akkwist pubbliku; jinnota li skont il-Ftehim l-ġdid, is-servizz ta’ verifika tas-Servizzi Konġunti ġie ttrasferit għas-servizzi proprji ta’ kull Kumitat; |
|
9. |
Jikkunsidra li huwa kruċjali li l-kontrolli li jitwettqu minn, per eżempju, l-uffiċjali li jawtorizzaw, il-verifikaturi u l-awdituri, ikunu rigorużi biżżejjed; jenfasizza f’dan il-kuntest l-importanza ta’ numru adegwat ta’ kontrolli mingħajr avviż fis-setturi kollha, b’addizzjoni għal dawk il-ftit setturi strateġiċi li jippreżentaw riskju ogħla; |
|
10. |
Jinnota b’sodisfazzjon l-iżvilupp min-naħa tas-servizz tal-baġit tal-KtR ta’ għodda ġdida ta’ monitoraġġ analitiku tal-budget (“BudgetWatch”), li tipprovdi informazzjoni komprensiva fuq il-linji u s-sottolinji baġitarji kollha tal-KtR, inklużi l-approprjazzjonijiet disponibbli, żviluppi ta’ kull xahar ta’ impenji u pagamenti reali magħmula għas-sena; |
|
11. |
Jilqa’ b’sodisfazzjon l-istabbiliment mill-KtR ta’ lista ta’ postijiet sensittivi, kif ukoll l-intenzjoni tas-COR sabiex fi ħdan l-unità tal-persunal, joħloq grupp dedikat għall-mobilità li għandu jgħin sabiex jiġi żviluppat approċċ b’viżjoni ‘il quddiem għall-ippjanar tar-riżorsi umani; |
|
12. |
Jinnota li s-Servizz ta’ Verifika Interna wettaq tliet verifiki fl-2007 (dwar il-prestazzjoni tal-infiq tal-missjonijiet, dwar il-prestazzjoni ta’ studji esterni u dwar l-adegwatezza ta’ ċirkwiti finanzjarji), kif ukoll żewġ verifiki ta’ segwitu (dwar trasferimenti tas-salarji b’koeffiċjent ta’ korrezzjoni u dwar standards ta’ kontroll interni); |
|
13. |
Ifakkar li l-verifika interna dwar trasferimenti tas-salarji, li tlestiet fl-2006 u li inkludiet reviżjoni dettaljata tat-trasferimenti kollha eżistenti, żvelat li kien hemm dgħjufija fir-rigward tal-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet f’dan il-qasam (funzjonijiet ta’ tnedija u verifika interna) u l-ambjent ta’ kontroll kellu jingħata prijorità akbar minħabba r-riskji kkonċernati; jinnota wkoll li fi Frar 2007 kien hemm segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Intern u t-tieni segwitu seħħ fl-2008, u li nstab li 16 minn 20 rakkomandazzjoni ġew implimentati b’mod sħiħ; iħeġġeġ lill-amministrazzjoni tal-KtR biex tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa ta’ kull rakkomandazzjoni ta’ verifika; |
|
14. |
Ifakkar li, wara investigazzjoni, fir-rigward ta’ tmien trasferimenti, l-OLAF stabbilixxa li dawn ma kinux f’konformità mal-kundizzjonijiet statutorji u rrakkomanda li jiġu rkuprati l-ammonti żejda mill-uffiċjali kkonċernati; jinnota b’sodisfazzjon li l-irkupri kollha tlestew kmieni fl-2007; ifakkar ukoll fir-rigward ta’ sitt membri tal-persunal l-OLAF irrakkomanda l-ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinari, u għal ħamsa minnhom ressaq ukoll fajls lill-awtoritajiet Belġjani; |
|
15. |
Josserva li, wara talba mill-awtoritajiet Belġjani, l-Awtorità tal-Ħatra tal-KtR neħħiet l-immunità tal-uffiċjali kkonċernati fis-6 ta’ Lulju 2007, u li sussegwentement dawn l-uffiċjali ġew intervistati mill-awtoritajiet; jinnota wkoll li fis-17 Novembru 2008, wara talba mill-Prosekutur Pubbliku, l-immunità ta’ uffiċjali ieħor tneħħiet mill-Awtorità tal-Ħatra tas-CoR; |
|
16. |
Jinnota b’sodisfazzjon li tnediet inkjesta amministrattiva mis-Segretarju Ġenerali tal-KtR u saret minn ex-Viċi Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni; jiġbed l-attenzjoni li fi tnejn mill-ħames każijiet fejn il-fajls tressqu lill-awtoritajiet, l-Awtorità tal-Ħatra tal-KtR, fis-17 Jannar 2008, iddeċidiet li tiftaħ proċeduri dixxiplinarji quddiem il-Bord tad-Dixxiplina; jifhem li, skont ir-Regolamenti tal-Istaff, tista’ tittieħed deċiżjoni finali f’dawn il-każijiet biss wara li tkun ġiet mogħtija sentenza finali mill-qorti Belġjana; |
|
17. |
Jinnota li fit-tliet każijiet l-oħra, l-Awtorità tal-Ħatra se tieħu d-deċiżjoni tagħha dwar il-ftuħ ta’ proċeduri dixxiplinari hekk kif din tkun irċeviet l-informazzjoni neċessarja dwar is-segwitu li l-awtoritajiet Belġjani bi ħsiebhom jagħtu għal dawn il-fajls; jinnota wkoll li f’każ ulterjuri, li fih l-OLAF ma jkunx ressaq il-fajl lill-awtoritajiet Belġjani, l-Awtorità tal-Ħatra iddeċidiet, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-inkjesta amministrattiva, li tindirizza twissija lill-uffiċjal ikkonċernat; itenni t-talba tiegħu għall-prosekuzzjoni stretta tal-każijiet kollha fejn tista’ tiġi pruvata imġiba qarrieqa; |
|
18. |
Jitlob lill-KtR biex jikkunsidra miżuri dixxiplinarji proporzjonati jekk l-eżitu tal-każijiet pendenti jitlobhom; |
|
19. |
Jinnota li l-Membri tal-KtR jew għandhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali, jew ikunu politikament responsabbli minn assemblea eletta; jinnota wkoll li f’dawk il-kapaċitajiet, il-Membri għandhom jiddikjaraw l-interessi finanzjarji tagħhom, jiżvelaw informazzjoni relevanti dwar affarijiet bħal attivitajiet professjonali li għandhom ikunu dikjarati u karigi jew attivitajiet remunerati, f’ konformita’ mad-dispożizzjonijiet prevalenti fil-korpi reġjonali u lokali; jissuġġerixxi li s-CoR jintroduċi dan l-obbligu għall-Membri tiegħu kollha; jipproponi wkoll li jinħatar uffiċjal ta’ sorveljanza indipendenti li jkollu l-kariga li kull sena jirrapporta pubblikament id-dikjarazzjonijiet li jirċievi sabiex jiġu żgurati sorveljanza u kontroll kredibbli; |
|
20. |
Jitlob lis-COR biex fir-rapport ta’ attività li jmiss (sena finanzjarja 2008) jinkludi kapitolu li jagħti rendikont dettaljat tas-segwitu matul is-sena għad-deċiżjonijiet preċedenti ta’ kwittanza tal-Parlament, inklużi spjegazzjonijiet li jista’ jkun hemm talli ma kienx hemm segwitu tar-rakkomandazzjonijiet, u mhux biss ta’ referenza għad-deċiżjonijiet ta’ kwittanza; |
|
21. |
Jinnota li, minkejja emendi għar-Regolament Finanzjarju, ir-regoli tiegħu dwar l-akkwist pubbliku għandhom goffi b’mod eċċessiv għal istituzzjonijiet żgħar bħalma huwa l-KtR, b’mod speċjali rigward sejħiet għall-offerti għal kuntratti għal ammonti relattivament żgħar; jistieden lill-Kummissjoni biex - meta tkun qed tagħmel xogħol preliminari ta’ qabel it-tfassil ta’ xi proposta futura tagħha għal amenda għar-Regolament Finanzjarju - tikkonsulta b’mod estensiv mas-Segretarju Ġenerali tas-CoR u l-amministrazzjoni tiegħu sabiex ikun żgurat li affarijiet li jirrigwardawhom jiġu meqjusa b’mod sħiħ fl-abbozz finali. |
(2) ĠU C 287, 10.11.2008, p. 1.
(3) ĠU C 286, 10.11.2008, p. 1.