Official Journal L 158 , 14/06/2001 P. 0013 - 0014
Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 30/2001 tat-30 ta' Marzu 2001 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet Veterinarji u Fitosanitarji) għall-Ftehim taż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim għaż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn iżjed 'il quddiem issir referenza għalih bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness I għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 189/1999 tas-17 ta' Diċembru 1999 [1]. (2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/567/KE tas-27 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi il-mudell taċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 67/91/KEE [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim. (3) Din id-Deċiżjoni ma għandhiex tapplika għal-Liechtenstein, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Li ġejjin għandhom jiġu miżjudin wara l-punt 50 (Deċiżjoni tal-Kummissjoni 98/395/KE) fil-Parti 4.2 tal-Kapitolu I ta' l-Anness I għall-Ftehim: "51. 399 D 0567: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/567/KE tas-27 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi il-mudell taċ-ċertifikat li hemm referenza għalih fl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE (ĠU L 216, ta' l-14.8.1999, p. 13). Dan l-att japplika wkoll għall-Islanda." Artikolu 2 It-testi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/567/KE fil-lingwa Islandiża u f'dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar il-31 ta' Marzu 2001, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta', u fis-Suppliment taż-ŻEE għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Magħmula fi Brussel, 30 ta' Marzu 2001. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 74, tal-15.3.2001, p. 24. [2] ĠU L 216, ta' l-14.8.1999, p. 13. [3] Ebda ħtiġiet kostituzzjonali indikati. --------------------------------------------------