32001D0007



Official Journal L 002 , 05/01/2001 P. 0027 - 0027


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tad-19 ta’ Diċembru 2000

li temenda Anness I, il-Kapitolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom f’Anness A(I) għad-Direttiva 89/662/KEE u, fir-rigward tal-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE

(notifikata taħt id-dokument numru Ċ(2000) 3866)

(Test b’rilevanza għall-ŻEE)

(2001/7/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE li tistabbilixxi l-ħtiġiet tas-saħħa ta’ l-annimali u tas-saħħa pubblika li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni ġewwa l-Komunità ta’ prodotti li mhumiex soġġetti għall-ħtiġiet imsemmija stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom f’Anness A(I) għad-Direttiva 89/662/KEE [1] u, fir-rigward tal-patoġeni, għad-Direttiva 90/425/KEE, u b’mod partikolari Artikolu 15 tagħha, kif emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/724/KE [2],

Billi:

(1) Hemm xi differenzi lingwistiċi fit-traduzzjoni bejn it-test Ġermaniż u l-verżjonijiet lingwistiċi l-oħra dwar il-kummerċ ta’ bejn pajjiż u ieħor, ta’ demel mhux proċessat li għandhom jiġu solvuti, u dan huwa opportun minħabba r-riskju tal-possibilità ta’ mard, li jiġu ntrodotti kontrolli aħjar fuq moviment bħal dan.

(2) Huwa neċessarju li f’dan il-kummerċ ta’ bejn pajjiż u ieħor tiġi kunsidrata s-sitwazzjoni tal-mard fil-Pajjiżi Membri.

(3) Il-miżuri li hemm provdut għalihom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

F’Anness I, il-Kapitolu 14, Parti I.A, tad-Direttiva tal-Kunsill 92/118/KEE punt 1(a), għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

"1. (a) Il-kummerċ ta’ demel mhux ipproċessat ta’ speċi li mhumiex tjur jew ekwidi huwa projbit, għajr għal demel:

minn żoni jew ishma li mhumiex soġġetti għal restrizzjonijiet minħabba xi marda serja li tista’ tittieħed,

u

intenzjonat għat-tixrid, taħt il-kontroll ta’ l-awtoritajiet kompetenti, fuq l-art li tagħmel parti minn jew li tappartjeni għall-istess sehem, kemm jekk separata u kemm jekk le, li tinsab fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera bejn Stati Membri u f’distanza ta’ 20 kilometru. Is-sid tas-sehem għandu jżomm notament dwar dawn il-movimenti ta’ bejn il-pajjiżi sabiex dawn ikunu jistgħu jiġu approvati. L-awtorità kompetenti għandha żżomm reġistru ta’ ishma approvati bħal dawn."

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2001.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fid-19 ta’ Diċembru 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 49

[2] ĠU L 290, tat-12.11.1999, p. 32.

--------------------------------------------------