|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3728 |
10.7.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(M.12341 – ORANGE / APG / NEXERA)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/3728)
1.
Fit-2 ta’ Lulju, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Orange S.A. (“Orange”, Franza) |
|
— |
APG Asset Management N.V., (“APG”, Netherlands), ikkontrollata minn Stichting Pensioenfonds ABP (“ABP”, Netherlands) |
|
— |
Nexera Holding sp. z o.o. (“Nexera”, il-Polonja) |
Orange u APG jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Nexera kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Orange hija operatur tat-telekomunikazzjoni globali Franċiża prinċipalment preżenti fis-suq tat-telekomunikazzjoni Pollakk permezz tas-sussidjarja tagħha Orange Polska S.A. (“OPL”) u impriża konġunta b’funzjoni sħiħa Światłowód Inwestycje sp. z o.o. (“S-I”). OPL hija operatur tat-telekomunikazzjoni bl-imnut u bl-ingrossa fil-pajjiż kollu, fornitur ta’ servizzi fissi u mobbli, inklużi konnessjonijiet bil-vuċi, broadband u servizzi tat-TV bi ħlas fil-Polonja. OPL tipprovdi wkoll servizzi aktar speċjalizzati li jkopru l-ICT (Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni), linji lokati u trażmissjoni tad-data, tbigħ tagħmir tat-telekomunikazzjoni mill-ġdid, u tinvesti fl-infrastruttura tat-telekomunikazzjoni tagħha stess. S-I, ikkontrollata b’mod konġunt minn OPL u APG, tipprovdi servizzi tal-aċċess bl-ingrossa permezz tan-netwerk tal-fibra tagħha lill-ISPs f’żoni anqas densi fil-Polonja. |
|
— |
APG hija maniġer tal-assi Netherlandiż u timmaniġġja l-assi għal ABP. APG hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata biss minn ABP. ABP huwa l-fond ta’ pensjoni għall-impjegati tal-gvern u tal-edukazzjoni fin-Netherlands. |
|
— |
Nexera hija operatur fiss bl-ingrossa Pollakka biss ta’ servizzi ta’ netwerk ta’ aċċess Fibra sad-Dar b’maġġoranza tal-impronta ffukata fuq żoni rurali mhux moqdija biżżejjed u b’densità aktar baxxa tal-Polonja ċentrali u tal-Grigal. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12341 — ORANGE / APG / NEXERA
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3728/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)