Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, tal-5 ta’ Diċembru 2005, li ma taċċettax l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizzi ta’ programmazzjoni u ta’ konsulenza dwar softwer (ĠU S 187), kif ukoll li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.
Dispożittiv
1) Ir-rikors huwa miċħud.
2) Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA).