Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2010 – Evropaïki Dynamiki vs EMCDDA

(Kawża T-63/06)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-EMCDDA – Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ programmazzjoni u ta’ konsulenza dwar softwer – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Kriterji ta’ għoti – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Trattament ugwali – Trasparenza – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89 u 97(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikoli 135 sa 138) (ara l-punti 37, 38, 56)

2.                     Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)) (ara l-punt 80)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti (ara l-punti 73, 89, 91)

4.                     Kuntratti pubbliċi tal-Komunitajiet Ewropej - Proċedura ta’ sejħa għal offerti (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 148(1) u (3)) (ara l-punti 96-98, 101, 102, 104)

5.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata (Artikolu 253 KE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(2)) (ara l-punti 109-114, 120)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, tal-5 ta’ Diċembru 2005, li ma taċċettax l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti għall-provvista ta’ servizzi ta’ programmazzjoni u ta’ konsulenza dwar softwer (ĠU S 187), kif ukoll li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA).