2002D0253 — MT — 01.05.2009 — 003.001
Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tad-19 ta' Marzu 2002 li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 1043) (ĠU L 086, 3.4.2002, p.44) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
No |
page |
date |
||
|
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tas-17 ta’ Lulju 2003 li temenda d-Deċiżjoni |
L 184 |
35 |
23.7.2003 |
|
|
L 159 |
46 |
18.6.2008 |
||
|
L 110 |
58 |
1.5.2009 |
||
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta' Marzu 2002
li tistabbilixxi d-definizzjonijiet tal-każ għar-rapurtaġġ ta' mard li jinxtered fin-network tal-Komunità permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata permezz tad-dokument numru Ċ(2002) 1043)
(2002/253/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE tal-Parlamenet Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 1998 dwar l-istabbiliment ta' network għas-sorveljanza epidemjoloġika u kontroll ta' mard li jinxtered fil-Komunità ( 1 ), u partikolarment l-Artikolu 3(ċ) tiegħu,
Billi:|
(1) |
L-Istati Membri għandhom jikkommunikaw l-informazzjoni rigward l-iżvilupp epidemoloġiku u l-emerġenza ta' theddid għas-saħħa pubblika minħabba mard li jinxtered bl-użu tan-network tal-Komunità b'tali mod li tippermetti li jsiru paraguni għall-azzjoni ta' prevenzjoni u kontroll biex jittieħdu fil-livelli tal-Komunità u nazzjonali. |
|
(2) |
Għall-paragun ta' l-informazzjoni bħal din, l-istabilizzar tad-definizzjonijiet komuni tal-każ hu prerekwiżit anki meta networks ta' sorveljanza ta' mard speċifiku ma jkunux għadhom ġew stabbiliti. Malli din id-Direttiva tidħol b'effett dawn id-definizzjonijiet ta' każi għandhom ikunu wżati għar-rappurtaġġ lejn in-network tal-Komunità, u għandhom ikunu konformi mar-regolamenti dwar il-protezzjoni ta' dettalji personali. |
|
(3) |
Id-definizzjonijiet tal-każ li jippermettu paragun tar-rapportaġġ għandhom jinkludu sistema mtarrġa li tippermetti lill-istrutturi tal-Istati Membri u/jew ta' l-awtoritajiet, flessibbilità fil-komunikazzjoni ta' l-informazzjoni dwar il-mard u l-materji speċjali tas-saħħa. Partikolarment, dawn id-definizzjonijiet tal-każ għandhom jiffaċċilitaw ir-rapportaġġ dwar il-mard elenkat fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/96/KE ( 2 ). |
|
(4) |
Id-definizzjonijiet tal-każ għandhom ikunu formulati biex jgħinu lill-Istati Membri kollha ħalli jipparteċipaw fir-rappurtaġġ sal-limiti massimi possibli, billi jagħmlu użu mill-informazzjoni tas-sistemi eżistenti tagħhom. Dawn għandhom jippermettu għal livelli differenti ta' sensitività u speċifiċità skond il-miri differenti tal-ġbir ta' l-informazzjoni u għandhom ikunu faċli biex ikunu emendati. |
|
(5) |
Il-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għall-iskopijiet tal-preżentazzjoni ta' l-informazzjoni dwar is-sorveljanza epidemoloġika u l-kontroll tal-mard li jinxtered permezz tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni Nru 2119/98/KE, u partikolarment l-Artikolu 4 tagħha, l-Istati Membru għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tal-każ kif speċifikati fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tkun adattata sal-limitu meħtieġ fuq il-bażi ta' l-informazzjoni xjentifika l-aktar reċenti.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun tapplika sa mill-1 ta' Jannar 2003.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
ANNESS
SPJEGAZZJONI TAT-TAQSIMIET UŻATI GĦAD-DEFINIZZJONI U L-KLASSIFIKAZZJONI TAL-KAŻI
Il-kriterji kliniċi
Dawn għandhom jinkludu sinjali u sintomi komuni u rilevanti tal-marda li jew individwalment jew magħqudin flimkien jikkostitwixxu stampa klinika ċara jew indikattiva tal-marda. Il-kriterji kliniċi jagħtu d-deskrizzjoni ġenerali tal-marda u ma jindikawx neċessarjament il-fatturi kollha meħtieġa għal dijanjosi klinika individwali.
Il-kriterji tal-laboratorju
Il-kriterji tal-laboratorju għandhom ikunu lista ta' metodi tal-laboratorju li jintużaw biex jikkonfermaw xi każ. Ġeneralment wieħed biss mit-testijiet imniżżla jkun biżżejjed biex jikkonferma l-każ. Jekk tinħtieġ taħlita ta' metodi biex tissodisfa l-konferma tal-laboratorju, dan jiġi speċifikat. It-tip ta' kampjun li għandu jinġabar għat-testijiet tal-laboratorju jiġi speċifikat biss meta ċerti tipi ta' kampjuni biss jitqiesu rilevanti għall-konferma ta' dijanjosi. Għal xi eċċezzjonijiet miftehma, il-kriterji tal-laboratorju għal xi każ probabbli huma inklużi. Din hija lista ta' metodi tal-laboratorju li jistgħu jintużaw biex jappoġġjaw id-dijanjosi ta' każ iżda li mhumiex konfermattivi.
Il-kriterji epidemjoloġiċi u r-rabta epidemjoloġika
Il-kriterji epidemjoloġiċi jitqiesu li ġew sodisfatti meta tista' tiġi stabbilita r-rabta epidemjoloġika.
Ir-rabta epidemjoloġika, matul il-perjodu ta' inkubazzjoni, hi definita bħala waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem: Kull persuna li kellha kuntatt ma' każ uman ikkonfermat mil-laboratorju b'tali mod li kellha l-opportunità li tiġi infettata;
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem: Kull persuna li kellha kuntatt ma' annimal b'infezzjoni/kolonizzazzjoni kkonfermata mil-laboratorju b'tali mod li kellha l-opportunità li tiġi infettata;
— esponiment għal sors komuni: Kull persuna li ġiet esposta għall-istess mezz jew sors komuni ta' infezzjoni, bħal każ uman ikkonfermat;
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat: Kull persuna li kkonsmat ikel jew ilma tax-xorb b'kontaminazzjoni kkonfermata mil-laboratorju jew persuna li kkonsmat prodotti potenzjalment ikkontaminati minn annimal b'infezzjoni/kolonizzazzjoni kkonfermata mil-laboratorju;
— esponiment ambjentali: Kull persuna li għamet f'ilma jew kellha kuntatt ma' sors ambjentali kkontaminat li ġie kkonfermat mil-laboratorju;
— esponiment fil-laboratorju: Kull persuna li taħdem f'laboratorju fejn hemm potenzjal għal esponiment.
Persuna tista' titqies marbuta b'mod epidemjoloġiku għal każ ikkonfermat jekk għall-inqas każ wieħed fil-katina ta' trażmissjoni jkun ikkonfermat mil-laboratorju. Fil-każ ta' tifqigħa ta' infezzjonijiet trażmessi mill-arja jew mill-ħmieġ ta' l-imsaren u mill-ħalq, il-katina ta' trażmissjoni ma għandhiex neċessarjament tiġi stabbilita biex jitqies każ marbut b'mod epidemjoloġiku
It-trażmissjoni tista' sseħħ permezz ta' waħda jew aktar mir-rotot li ġejjin:
— mill-arja, permezz ta' projezzjoni ta' aerosol minn persuna infettata għal fuq membrani mukużi waqt li din tisgħol, tobżoq, tkanta jew titkellem, jew meta l-aerosols mikrobiċi mxerrda fl-atmosfera jinġibdu man-nifs minn persuni oħra;
— kuntatt, kuntatt dirett ma' persuna infettata (il-ħmieġ ta' l-imsaren u l-ħalq, il-qtar respiratorji, l-esponiment tal-ġilda jew dik sesswali) jew ma' annimal (eż. gdim, mess) jew kuntatt indirett ma' materjali jew oġġetti infettati (fomites infettati, fluwidi tal-ġisem, demm);
— vertikali, mill-omm għat-tarbija, ħafna drabi fl-utru, jew b'riżultat ta' l-iskambju inċidentali ta' fluwidi tal-ġisem normalment matul il-perjodu immedjatament qabel jew wara t-twelid;
— trażmissjoni minn organiżmu, trażmissjoni indiretta minn nemus, dud irqiq, dubbien u insetti oħra infettati li jittrażmettu l-mard lill-bnedmin permezz tal-gdim tagħhom;
— ikel jew ilma, konsum ta' ikel jew ilma tax-xorb potenzjalment ikkontaminat.
Klassifikazzjoni tal-każ
Il-każijiet se jiġu kklassifikati bħala “possibbli”, “probabbli” u “kkonfermati”. Il-perjodi ta' inkubazzjoni għall-mard jingħataw fl-informazzjoni addizzjonali biex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tar-rabta epidemjoloġika.
Każ possibbli
Iddefinit bħala każ li hu kklassifikat bħala possibbli għal għanijiet ta' rappurtar. Ġeneralment dan huwa każ bil-kriterji kliniċi kif deskritti fid-definizzjoni tal-każ mingħajr evidenza epidemjoloġika jew tal-laboratojru tal-marda kkonċernata. Id-definizzjoni ta' każ possibbli għandha sensittività għolja u speċifiċità baxxa. Din tippermetti l-individwazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-każijiet iżda xi każijiet pożittivi foloz se jiġu inklużi f'din il-kategorija.
Każ probabbli
Iddefinit bħala każ li hu kklassifikat bħala probabbli għal għanijiet ta' rappurtar. Dan hu ġeneralment każ bi kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika kif deskritt fid-definizzjoni tal-każ. It-testijiet tal-laboratorju għal każijiet probabbli huma speċifikati biss għal ċertu mard.
Każ ikkonfermat
Iddefinit bħala każ li hu kklassifikat bħala kkonfermat għal għanijiet ta' rappurtar. Il-każijiet ikkonfermati għandhom ikunu kkonfermati mil-laboratorju u jistgħu jissodisfaw il-kriterji kliniċi jew le kif deskritti fid-definizzjoni tal-każ. Id-definizzjoni ta' każ ikkonfermat hija speċifika ħafna u inqas sensittiva; għalhekk ħafna mill-każijiet miġbura se jkunu każijiet veri għalkemm xi wħud mhumiex se jkunu individwati.
Il-kriterji kliniċi ta' xi mard ma jalludux għall-fatt li ħafna każijiet akuti ma jurux sintomi (eż. l-epatite A, B u C, il-campylobacter, s-salmonellożi) għalkemm dawn il-każijiet xorta jistgħu jkunu importanti mill-perspettiva ta' saħħa pubblika fuq livell nazzjonali.
Il-każijiet ikkonfermati se jaqgħu f'waħda mit-tliet subkategoriji mniżżla hawn taħt. Dawn is-subkategoriji se jinħolqu matul l-analiżi tad-data bl-użu tal-varjabbli li nġabru ma' l-informazzjoni dwar il-każ.
Każ ikkonfermat mil-laboratorju bi kriterji kliniċi
Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ u l-kriterji kliniċi inklużi fid-definizzjoni tal-każ.
Każ ikkonfermat mil-laboratorju bi kriterji kliniċi mhux magħrufa
Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ iżda mhemm l-ebda informazzjoni disponibbli fir-rigward tal-kriterji kliniċi (eż. ir-rapport tal-laboratorju biss).
Każ ikkonfermat mil-laboratorju mingħajr kriterji kliniċi
Il-każ jissodisfa l-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ iżda ma jissodisfax il-kriterji kliniċi fid-definizzjoni tal-każ jew ma jurix sintomi.
SINDROMU TA' IMMUNODEFIĊJENZA AKKWIŻITA (AIDS) U INFEZZJONI TAL-VIRUS UMAN TA' L-IMMUNODEFIĊJENZA (HIV)
Kriterji Kliniċi (AIDS)
Kull persuna li għandha xi waħda mill-kundizzjonijiet kliniċi kif iddefiniti fid-definizzjoni Ewropea tal-każ ta' l-AIDS:
— Adulti u adoloxxenti minn 13-il sena 'l fuq ( 3 )
— Tfal li jkollhom inqas minn 13-il sena ( 4 )
Kriterji tal-Laboratorju (HIV)
— Adulti, adoloxxenti u tfal minn 18-il xahar 'il fuq
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— riżultat pożittiv tat-test ta' skrining ta' l-antikorpi għall-HIV jew test ta' skrining ikkombinat (antikorp għall-HIV u antiġen p. 24 tal-HIV) ikkonfermat minn test ta' l-antikorpi aktar speċifiku (eż. il-Western blot);
— riżultat pożittiv ta' żewġ testijiet ta' l-antikorpi għal EIA kkonfermat minn riżultat pożittiv ta' test EIA ieħor;
— riżultati pożittivi fuq żewġ kampjuni separati minn għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— sejbien ta' aċidu nuklejku ta' l-HIV (HIV-RNA, HIV-DNA),
— dimostrazzjoni ta' l-HIV permezz tat-test ta' antiġen HIV p. 24, inkluża analiżi ta' newtralizzazzjoni,
— iżolament ta' l-HIV.
— Tfal ta' età inqas minn 18-il xahar
— Riżultati pożittivi fuq żewġ kampjuni separati (eskluż id-demm tal-kurdun) minn għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— iżolament ta' l-HIV;
— sejbien ta' aċidu nuklejku ta' l-HIV (HIV-RNA, HIV-DNA);
— dimostrazzjoni ta' l-HIV permezz ta' test ta' l-antiġen HIV p. 24, inkluża analiżi ta' newtralizzazzjoni f'tarbija li jkollha minn xahar 'il fuq.
Kriterji Epidemjoloġiċi
MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
MA
C. Każ ikkonfermat
— infezzjoni ta' l-HIV
— Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-infezzjoni ta' l-HIV.
— AIDS
— Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għall-AIDS u l-kriterji tal-laboratorju għall-infezzjoni ta' l-HIV.
ANTHRAX
(Bacillus anthracis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Cutaneous anthrax
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— ferita bi nfafet jew vexxikolari,
— eskar imħaffra sewda b'edema mad-dawra.
Antrax gastrointestinali
— Deni jew stat ta' deni
U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— uġigħ akut abdominali,
— dijarea.
Id-dħul man-nifs ta' l-anthrax
— Deni jew stat ta' deni
U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— diffikultà respiratorja akuta,
— evidenza radjoloġika ta' twessigħ medjastinali.
Antrax tal-meninġi/meningoenċefalopatiku
— Deni
U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— konvulżjonijiet,
— telf tas-sensi,
— sinjali ta' meninġi.
Anthrax septicaemia
Kriterji tal-Laboratorju
— Iżolament ta' Bacillus anthracis minn kampjun kliniku.
— Sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' Bacillus anthracis f'kampjun kliniku.
Kampjun nażali pożittiv mingħajr sintomi kliniċi ma jikkontribwix għal dijanjosi kkonfermat ta' każ.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem,
— esponiment għal sors komuni,
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
INFLUWENZA AVJARJA A/H5 JEW A/H5N1 FIL-BNEDMIN
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b'waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— deni U sinjali u sintomi ta' infezzjoni respiratorja akuta,
— mewt minħabba marda respiratorja akuta inspjegabbli.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament ta' l-influwenza A/H5N1 minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' l-influwenza A/H5 f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-influwenza A/H5 (żieda b'erba' darbiet jew aktar jew titru singolu għoli).
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem minħabba kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma' persuna rrappurtata bħala każ probabbli jew ikkonfermat;
— esponiment fil-laboratorju: fejn hemm esponiment potenzjali għal influwenza A/H5N1;
— kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma' annimal b'infezzjoni A/H5N1 ikkonfermata għajr tjur u għasafar selvaġġi (eż. qattus jew ħanżir);
— li tgħix fi jew żort żona fejn l-influwenza A/H5N1 hi attwalment suspetta jew ikkonfermata ( 5 ) U għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
—— li tkun f'kuntatt mill-qrib (mhux aktar minn metru) ma' tjur domestiċi jew għasafar selvaġġi morda jew mejta ( 6 ) fiż-żona affettwata,
— li tkun f'dar jew f'razzett fejn ikun ġie rrappurtat tjur domestiku marid jew mejjet matul ix-xahar ta' qabel fiż-żona affettwata.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li jkollha test pożittiv għal influwenza A/H5 jew A/H5N1 imwettaq minn laboratorju li mhuwiex Laboratorju ta' Referenza Nazzjonali li jipparteċipa fin-Netwerk Komunitarju ta' l-UE tal-Laboratorji ta' Referenza għall-influwenza umana (CNRL).
C. Każ ikkonfermat nazzjonalment
Kull persuna li jkollha test pożittiv għal influwenza A/H5 jew A/H5N1 imwettaq minn Laboratorju ta' Referenza Nazzjonali li jipparteċipa fin-Netwerk Komunitarju ta' l-UE tal-Laboratorji ta' Referenza għall-influwenza umana (CNRL).
D. Każ ikkonfermat mill-WHO
Kull persuna b'konferma tal-laboratojru minn Ċentru ta' Kollaborazzjoni tal-WHO għal H5.
BOTULISMU
(Clostridium botulinum)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Botulismu li jinġarr fl-ikel u botulismu minn ferita
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— indeboliment tan-nervaturi kranjali bilaterali (eż. diplopja, viżjoni mċajpra, dysphagia, fjakkezza fil-boċċa ta' l-għajn),
— paraliżi simetrika periferali.
Botulismu fit-trabi
Trabi li jkollhom għall-inqas waħda minn dawn is-sitta li ġejjin
— stitikezza,
— letarġija,
— nuqqas ta' aptit,
— ptosi,
— dysphagia,
— dgħjufija ġenerali fil-muskoli.
It-tip ta' botulismu li normalment ikun hemm fit-trabi (ta' inqas minn 12-il xahar) jista' jaffettwa wkoll lit-tfal li jkollhom aktar minn 12-il xahar u xi kultant lill-adulti, b'mikroflora u anatomija gastrointestinali alterati.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— iżolament ta' C. botulinum għal botulismu fit-trabi (ippurgar) jew botulismu minn ferita (ferita) (l-iżolament ta' C. botulinum fl-ippurgar ta' adulti mhux rilevanti għad-dijanjosi ta' botulismu li jinġarr fl-ikel),
— sejbien ta' tossina tal-botulinium f'kampjun kliniku.
Kriterji epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment għal sors komuni (eż. l-ikel, l-iskambju ta' labar jew apparat ieħor),
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
BRUĊELLOSI
(Brucella spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha d-Deni
U għall-inqas waħda mis-sebgħa li ġejjin:
— għaraq (abbundanti, jinten, speċjalment matul il-lejl),
— riħ qawwi,
— artralġija,
— dgħjufija,
— depressjoni,
— uġigħ ta' ras,
— anoreksja.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— iżolament ta' Brucella spp. minn kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-Brucella (Test ta' Agglutinazzjoni Standard, Fissazzjoni tal-Komplement, ELISA).
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat,
— esponiment għal prodotti minn annimal ikkontaminat (ħalib jew prodotti tal-ħalib),
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem (tnixxijiet jew organi kkontaminati eż. tnixxija vaġinali, plaċenta),
— esponiment għal sors komuni.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
KAMPILOBATTERJOSI
(Campylobacter spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— dijarea,
— uġigħ addominali,
— deni.
Kriterji tal-Laboratorju
— Iżolament ta' Campylobacter spp. mill-ippurgar jew mid-demm.
Jekk ikun possibbli għandha ssir differenzjazzjoni ta' Campylobacter spp.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem,
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment għal sors komuni,
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat,
— esponiment ambjentali.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
INFEZZJONI TAL-KLAMIDJA
(Chlamydia trachomatis)
INKLUŻA L-LYMPHOGRANULOMA VENEREUM (LGV)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Infezzjoni tal-Klamidja mhux LGV
Għall-inqas waħda minn dawn is-sitta li ġejjin:
— uretrite,
— epididymitis,
— salpingitis akuta,
— endometrite akuta,
— cervicitis,
— proctitis.
Fi trabi tat-twelid għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— konġuntivite,
— pnewmonja.
LGV
Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— uretrite,
— ulċera ġenitali,
— limfadenopatija ingwinali,
— cervicitis,
— proctitis.
Kriterji tal-Laboratorju
Infezzjoni tal-Klamidja mhux LGV
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament ta' Klamidja trachomatis minn kampjun ano-ġenitali jew mill-konġuntiva,
— dimostrazzjoni ta' Klamidja trachomatis permezz tat-test DFA f'kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Klamidja trachomatis f'kampjun kliniku.
LGV
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— iżolament ta' Klamidja trachomatis minn kampjun ano-ġenitali jew mill-konġuntiva,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Klamidja trachomatis f'kampjun kliniku
— U
— identifikazzjoni ta' serovar (genovar) L1, L2 jew L3.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta' trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali jew trażmissjoni vertikali).
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju.
KOLERA
(Vibrio cholerae)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— dijarea,
— remettar.
Kriterji tal-Laboratorju
— Iżolament ta' Vibrio cholerae minn kampjun kliniku
— U
— dimostrazzjoni ta' antiġen O1 jew O139 fl-iżolat
— U
— dimostrazzjoni ta' enterotoxin tal-kolera jew il-ġene ta' l-enterotoxin tal-kolera fl-iżolat.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment għal sors komuni,
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat,
— esponiment ambjentali.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
VARJANTI TAL-MARDA CREUTZFELDT-JAKOB (VCJD)
Kundizzjonijiet minn qabel
— Kull persuna li jkollha disordni newropsikjatrika progressiva li ddum mill-inqas sitt xhur.
— Investigazzjonijiet ta' rutina ma jissuġġerux dijanjosi alternattiva.
— L-ebda każ fl-imgħoddi ta' esponiment għal ormoni pitwitarji umani jew tilqim uman ta' dura mater.
— L-ebda evidenza ta' forma ġenetika ta' enċefalopatija sponġiformi li tinxtered.
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas erbgħa minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— sintomi psikjatriċi minn kmieni ( 7 ),
— sintomi sensorji b'uġigħ persistenti ( 8 ),
— ataksja,
— mijoklonus jew kolera jew distonja,
— dimenzja.
Kriterji dijanjostiċi
Kriterji dijanjostiċi għall-konferma tal-każ:
— konferma newropatoloġika: bidla sponġiformi u depożizzjoni estensiva tal-proteina prion b'qoxra żejda madwar iċ-ċerebru u ċ-ċervellett.
Kriterji dijanjostiċi għal każ probabbli jew possibbli:
— sinjal għoli pulvinari bilaterali fuq scan tal-moħħ bl-MRI,
— bijopsija pożittiva tat-tunsilli ( 10 ).
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta' trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (eż. trasfużjoni tad-demm).
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel
U
— tilħaq il-kriterji kliniċi
— U
— EEG negattiv għal CJD sporadika (10) .
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel
U
— tilħaq il-kriterji kliniċi
— U
— EEG negattiv għal CJD sporadika (10)
— U
— scan tal-moħħ bl-MRI pożittiv
— JEW
Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel
U
— bijopsija pożittiva tat-tunsilli.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kundizzjonijiet minn qabel
U
— tilħaq il-kriterji dijanjostiċi għall-konferma tal-każ.
CRYPTOSPORIDIOSIS
(Cryptosporidium spp)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— Dijarea
— Uġigħ addominali
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— Dimostrazzjoni tal-Cryptosporidium oocysts fl-ippurgar
— Dimostrazzjoni ta' Cryptosporidium fil-fluwidi intestinali jew minn kampjuni miġbura b'bijopsija mill-imsaren iż-żgħar
— Sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Cryptosporidium fl-ippurgar
— Sejbien ta' l-antiġen ta' Cryptosporidium fl-ippurgar
Kriterji Epidemjoloġiċi
Waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— Trażmissjoni minn bniedem għal bniedem
— Esponiment għal sors komuni
— Trażmissjoni minn annimal għal bniedem
— Esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat
— Esponiment ambjentali
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
DIFTERITE
(Corynebacterium diphtheriae u Corynebacterium ulcerans)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Difterite Respiratorja:
Marda fil-passaġġ ta' fuq tan-nifs bid-deni U waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— krupp
— JEW
— membrana aderenti f'għall-inqas waħda minn dawn it-tliet postijiet:
—— tunsilla,
— farinġi,
— imnieħer.
Difterite Nażali:
— Tnixxija nażali unilaterali jew bilaterali li għall-ewwel tkun ċara u mbagħad issir bid-demm.
Difterite fil-Ġilda:
— Ferita fil-ġilda.
Difterite ta' partijiet oħra:
— Ferita tal-konġunitva jew tal-membrani mukużi.
Kriterji tal-Laboratorju
— L-iżolament ta' C. diphtheriae jew C. ulcerans li jipproduċi t-tossina minn kampjun kliniku
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għal difterite respiratorja.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għad-difterite u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
ECHINOCOCCOSIS
(Echinococcus spp)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza
Kriterji Dijanjostiċi
Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— istopatoloġija jew parassitoloġija kompatibbli ma' Echinococcus multilocularis jew granulosus (eż. viżwalizzazzjoni diretta tal-protoskoleks fil-fluwidu taċ-ċista),
— sejbien ta' morfoloġija makroskopika patonjomonika ta' Echinoccocus granulosus ta' ċista/ċisti f'kampjuni kirurġiċi,
— feriti f'organi tipiċi misjuba permezz ta' tekniki bl-immaġni (eż.: tomografija kompjuterizzata, sonografija, MRI) U kkonfermati b'test seroloġiku,
— antikorpi speċifiċi tas-serum ta' Echinococcus spp. b'test seroloġiku b'sensittività għolja U kkonfermati peremzz ta' test seroloġiku bi speċifiċità għolja,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' Echinococcus multilocularis jew granulosus f'kampjun kliniku.
Kriterji Epidemjoloġiċi
MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji dijanjostiċi.
INFEZZJONI TA' ESCHERICHIA COLI LI TIPPRODUĊI T-TOSSINA SHIGA JEW VERO (STEC/VTEC)
Kriterji Kliniċi
Dijarea STEC/VTEC
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— dijarea,
— uġigħ addominali.
HUS
Kull persuna li jkollha insuffiċjenza renali akuta u għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— anemija emolitika mikroanġopatika,
— thrombocytopenia.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament ta' E. coli li tipproduċi t-tossina Shiga jew Vero (STEC/VTEC),
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-ġene/ġeni stx1 jew stx2,
— sejbien tat-tossina Shiga ħielsa.
Dan li ġej jista' jintuża bħala kriterju tal-laboratorju biex jikkonferma STEC/VTEC f'każ ta' HUS biss:
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi ta' serogruppi E. coli.
Jekk ikun possibbli għandhom isiru iżolament u karatterizzazzjoni addizzjonali f'serotip, tip batterjofagu, ġeni eae, u s-sottotipi ta' stx1/stx2.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment għal sors komuni,
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem,
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat,
— esponiment ambjentali.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli ta' HUS assoċjat ma' STEC
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi għal HUS
B. Każ probabbli ta' STEC/VTEC
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika jew każ ikkonfermat mil-laboratojru mingħajr kriterji kliniċi
C. Każ ikkonfermat ta' STEC/VTEC
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
GIARDIASIS
(Giardia lamblia)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— dijarea,
— uġigħ addominali,
— nefħa,
— sinjali ta' ħdim ħażin ta' l-ikel (eż. steatorrhoea, telf fil-piż).
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— dimostrazzjoni ta' ċisti jew tropożojti tal-Giardia lamblia fl-ippurgar, fluwidu duodenali jew bijopsija ta' l-imsaren iż-żgħar,
— dimostrazzjoni ta' antiġeni ta' Giardia lamblia fl-ippurgar.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat,
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment għal sors komuni,
— esponiment ambjentali.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju
GONORRHOEA
(Neisseria gonorrhoeae)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tmienja li ġejjin:
— uretrite,
— salpingitis akuta,
— marda ta' infjammazzjoni pelvika,
— cervicitis,
— epididymitis,
— proctitis,
— farinġite,
— artrite
JEW
kull tarbija tat-twelid b'konġuntivite.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— l-iżolament ta' Neisseria gonorrhoeae minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' Neisseria gonorrhoeae f'kampjun kliniku,
— dimostrazzjoni ta' Neisseria gonorrhoeae permezz ta' test b'sonda mhux amplifikata ta' l-aċidu nuklejku f'kampjun kliniku,
— sejbien mikroskopiku ta' diploccocci gramma-negattiva intraċellulari f'kampjun maskili ta' l-uretra.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta' trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali jew trażmissjoni vertikali).
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju.
MENINĠITE HAEMOPHILUS, MARDA INVAŻIVA
Haemophilus influenzae
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza.
Kriterji tal-Laboratorju
Kriterji tal-laboratorju għad-definizzjoni tal-każ
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— iżolament ta' Haemophilus influenzae minn sit normalment sterili,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' Haemophilus influenzae minn sit normalment sterili.
Jekk ikun possibbli għandha ssir klassifikazzjoni ta' l-iżolati.
Rabta epidemjoloġika
MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ.
EPATITE A
(Virus ta' l-Epatite A)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha bidu diskret ta' sintomi (eż. għeja kbira, uġigħ addominali, telf ta' aptit, nawsja u remettar intermittenti)
U
għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— deni,
— suffejra,
— livelli elevati ta' aminotransferase tas-serum.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— sejbien ta' aċidu nuklejku tal-virus ta' l-epatite A fis-serum jew fl-ippurgar,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi tal-virus ta' l-epatite A,
— sejbien ta' antiġen tal-virus ta' l-epatite A fl-ippurgar.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment għal sors komuni,
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat,
— esponiment ambjentali.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
EPATITE B, AKUTA
(Virus ta' l-Epatite B)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha bidu diskret ta' sintomi (eż. għeja kbira, uġigħ addominali, telf ta' aptit, nawsja u remettar intermittenti)
U
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— deni,
— suffejra,
— livelli elevati ta' aminotransferase tas-serum.
Kriterji tal-Laboratorju
Reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-antiġen ta' l-IgM ċentrali tal-virus ta' l-epatite B.
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skond l-istatus tat-tilqim.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika permezz ta' trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (eż. kuntatt sesswali, trażmissjoni vertikali jew trasfużjoni tad-demm).
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
EPATITE C
(Virus ta' l-Epatite C)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus ta' l-epatite C fis-serum,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi tal-virus ta' l-epatite C ikkonfermata minn test ta' l-antikorpi differenti.
Kriterji Epidemjoloġiċi
MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju.
INFLUWENZA
(Virus ta' l-influwenza)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Marda simili ta' l-influwenza (ILI)
— Bidu għal għarrieda tas-sintomi
— U
— għall-inqas wieħed mill-erba' sintomi sistemiċi li ġejjin:
—— deni jew stat ta' deni,
— telqa tal-ġisem,
— uġigħ ta' ras,
— uġigħ fil-muskoli
— U
— għall-inqas wieħed mit-tliet sintomi respiratorji li ġejjin:
—— sogħla,
— uġigħ tal-gerżuma,
— qtugħ tan-nifs.
Infezzjoni respiratorja akuta (ARI)
— Bidu għal għarrieda tas-sintomi
— U
— għall-inqas wieħed mill-erba' sintomi respiratorji li ġejjin:
—— sogħla,
— uġigħ tal-gerżuma,
— qtugħ tan-nifs,
— koriża
— U
— opinjoni klinika li l-marda hi kkawżata minn infezzjoni.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— iżolament tal-virus ta' l-influwenza minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus ta' l-influwenza f'kampjun kliniku,
— identifikazzjoni ta' antiġen tal-virus ta' l-influwenza permezz tat-test DFA f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi ta' l-influwenza.
Jekk ikun possibbli għandha ssir klassifikazzjoni tas-subtip ta' l-iżolati ta' l-influwenza.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi (ILI jew ARI).
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi (ILI jew ARI) u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi (ILI jew ARI) u tal-laboratorju.
MARD TAL-LEĠĠJUNARJI
(Legionella spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bi pnewmonja
Kriterji tal-Laboratorju
— Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— iżolament ta' Legionella spp. minn tnixxijiet respiratorji jew kull sit normalment sterili,
— sejbien ta' l-antiġen tal-Legionella pneumophila fl-urina,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għas-serogrupp 1 tal-Legionella pneumophila.
— Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
— Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
—— sejbien ta' l-antiġen tal-Legionella pneumophila fi tnixxijiet respiratorji jew tessut tal-pulmuni eż. permezz ta' tebgħa bid-DFA bl-użu ta' reaġenti derivati ta' l-antikorpi monoklonali,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Legionella spp. f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għal-Legionella pneumophila mhux tas-serogrupp 1 jew għal Legionella spp. oħra,
— serogrupp 1 ta' L. pneumophila, serogruppi oħra jew speċi oħra ta' Legionella: titru singolu għoli f'antikorp speċifiku tas-serum.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment ambjentali,
— esponiment għall-istess sors komuni.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi U mill-inqas test wieħed tal-laboratorju pożittiv għal każ probabbli JEW rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ.
LEPTOSPIROSIS
(Leptospira interrogans)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha
— deni
JEW
għall-inqas tnejn minn dawn il-ħdax li ġejjin:
— riħ qawwi,
— uġigħ ta' ras,
— uġigħ fil-muskoli,
— xaqq ta' l-għaraq konġuntivali,
— emorraġiji tal-ġilda jew ta' membrani mukużi,
— raxx,
— suffejra,
— mijokardite,
— meninġite,
— indeboliment renali,
— sintomi respiratorji bħal haemoptysis.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— l-iżolament ta' Leptospira interrogans minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Leptospira interrogans f'kampjun kliniku,
— dimostrazzjoni bl-immunofluworexxenza ta' Leptospira interrogans f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għal Leptospira interrogans.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem,
— esponiment ambjentali,
— esponiment għal sors komuni.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
LISTERIOSIS
(Listeria monocytogenes)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— listeriosis ta' trabi tat-twelid iddefinita bħala
— Twelid ta' tarbija mejta
— JEW
— għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin matul l-ewwel xahar ta' ħajja:
—— granulomatosis infantiseptica,
— meninġite jew meningoencephalitis,
— settiċemija,
— dispnea,
— feriti fil-ġilda, fil-membrani mukużi jew fil-konġuntiva;
— listeriosis fit-tqala ddefinita bħala mill-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— abort, korriment, twelid ta' tarbija mejta jew twelid prematur,
— deni,
— sintomi simili ta' l-influwenza;
— forma oħra ta' listeriosis iddefinita bħala mill-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
—— deni,
— meninġite jew meningoencephalitis,
— settiċemija,
— infezzjonijiet lokalizzati bħal artrite, endokardite, axxessi, ...
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— iżolament ta' Listeria monocytogenes minn sit normalment sterili,
— iżolament ta' Listeria monocytogenes minn sit normalment mhux sterili fil-fetu, f'tarbija mwielda mejta, f'tarbija tat-twelid jew fl-omm fi jew fi ħdan 24 siegħa mit-twelid.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment għal sors komuni,
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali),
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat.
Informazzjoni addizzjonali
Perjodu ta' inkubazzjoni ta' 3 sa 70 jum, ħafna drabi 21 jum.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju
JEW
kull omm li jkollha infezzjoni ta' listeriosis ikkonfermata mil-laboratorju fil-fetu, fit-tarbija mwielda mejta jew fit-tarbija tat-twelid tagħha.
MALARJA
(Plasmodium spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha d-deni JEW storja ta' deni.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— dimostrazzjoni tal-parassiti tal-malarja permezz ta' mikroskopija ottika f'kampjuni tad-demm,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Plasmodium fid-demm,
— sejbien ta l-antiġen tal-Plasmodium.
Jekk ikun possibbli għandha ssir differenzjazzjoni ta' Plasmodium spp.
Kriterji Epidemjoloġiċi
MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
ĦOŻBA
(Virus tal-ħożba)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-Deni
U
— raxx bi tbajja' u nfafet
U għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— sogħla,
— koriża,
— konġuntivite.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— iżolament tal-virus tal-ħożba minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus tal-ħożba f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-virus tal-ħożba karatteristika ta' infezzjoni akuta fis-serum jew fil-bżieq,
— sejbien ta' l-antiġen tal-virus tal-ħożba permezz tad-DFA f'kampjun kliniku bl-użu ta' antikorpi monoklonali speċifiċi tal-ħożba.
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skond l-istatus tat-tilqim. F'każ li t-tilqim ikun riċenti, investiga għall-virus naturali.
Kriterji epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
MARDA MENINGOCCOCAL, INVAŻIVA
(Neisseria meningitidis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— deni,
— sinjali tal-meninġi,
— raxx bħal tbenġila,
— xokk settiku,
— Artrite settika.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— iżolament ta' Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili, inklużi feriti purpuriċi fil-ġilda,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tan-Neisseria meningitidis minn sit normalment sterili, inklużi feriti purpuriċi fil-ġilda,
— sejbien ta' l-antiġen tan-Neisseria meningitidis f'CSF,
— sejbien ta' diplococcus imtebba' gramm-negattiv f'CSF.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju.
GATTONE
(Virus tal-gattone)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha
— deni
U
għall-inqas tnejn minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— bidu għal għarrieda ta' nefħa sensittiva tal-parotid jew ta' glandoli oħra tal-bżieq,
— orkite,
— meninġite.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament tal-virus tal-gattone minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus tal-gattone,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-virus tal-gattone karatteristika ta' infezzjoni akuta fis-serum jew fil-bżieq.
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skond l-istatus tat-tilqim.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju.
F'każ ta' tilqim riċenti: Kull persuna b'sejbien ta' razza tal-virus tal-gattone tat-tip naturali.
SOGĦLA KONVULSIVA
(Bordetella pertussis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha sogħla li ddum mill-inqas ġimgħatejn
U
għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— attakk ta' sogħla,
— “tqaħqiħ” ispiratorju,
— remettar wara s-sogħla
JEW
kull persuna ddijanjostikata b'sogħla konvulżiva minn tabib
JEW
episodji ta' waqfien tan-nifs fit-trabi.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— l-iżolament ta' Bordetella pertussis minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Bordetella pertussis f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-Bordetella pertussis.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
PESTA
(Yersinia pestis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
Pesta bubonika:
— deni
— U
— bidu għal għarrieda ta' limfadenitis li tikkawża l-uġigħ.
Pesta settiċemika:
— deni
Pesta pnewmonika:
— deni
— U
għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— sogħla,
— uġigħ fis-sider,
— haemoptysis.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament ta' Yersinia pestis minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Yersinia pestis minn kampjun kliniku (antiġen F1),
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi kontra l-antiġen F1 tal-Yersinia pestis.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem,
— esponiment fil-laboratorju (fejn hemm esponiment potenzjali għall-pesta),
— esponiment għal sors komuni.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju.
MARD INVAŻIV TAL-PNEWMOKOKKI
(Streptococcus pneumoniae)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament ta' S. pneumoniae minn sit normalment sterili,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' l-S. pneumoniae minn sit normalment sterili,
— sejbien ta' l-antiġen ta' l-S. pneumoniae minn sit normalment sterili.
Kriterji Epidemjoloġiċi
MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
MA
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju.
POLJOMELITE
(Virus tal-poljo)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li għandha inqas minn 15-il sena b'Paralisi mpaħpħa akuta (AFP)
JEW
kull persuna li t-tabib jissuspetta li għandha l-poljo.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament tal-virus tal-poljo u differenzjazzjoni intratipika – Virus naturali tal-poljo (WPV),
— virus tal-poljo derivat mill-vaċċin (VDPV) (għall-VDPV mill-inqas 85 % xebh mal-virus tal-vaċċin fis-sekwenzi ta' nukleotide tat-taqsima VP1),
— virus tal-poljo simili ta' Sabin differenzjazzjoni intratipika mwettqa minn laboratorju tal-poljo akkreditat mill-WHO (għall-VDPV minn > 1 % sa 15 % differenza fis-sekwenza VP1 meta mqabbel mal-virus tal-vaċċin ta' l-istess serotip).
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— storja ta' vjaġġar lejn żona ta' poljo endemika jew żona b'ċirkolazzjoni suspetta jew ikkonfermata tal-virus tal-poljo.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
DENI Q
(Coxiella burnetii)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— deni,
— pnewmonja,
— epatite.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament ta' Coxiella burnetii minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-Coxiella burnetii f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għal Coxiella burnetii (IgG jew IgM fażi II).
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment għal sors komuni,
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
RABJA
(Virus lyssa)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b'enċefalomjelite akuta
U
għall-inqas tnejn minn dawn is-sebgħa li ġejjin:
— bidliet sensorji rriferuti għaż-żona fejn qabel seħħet gidma minn annimal,
— paresi jew paralisi,
— spażmi tal-muskoli li jomgħodu,
— idrofobija,
— delirju,
— konvulżjonijiet,
— ansjetà.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— iżolament tal-virus Lyssa minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus Lyssa f'kampjun kliniku (eż. il-bżieq jew it-tessut tal-moħħ),
— sejbien ta' l-antiġeni virali minn DFA f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-virus Lyssa permezz ta' analiżi ta' newtralizzazzjoni tal-virus fis-serum jew CSF.
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skond l-istatus tat-tilqim jew ta' l-immunizzazzjoni.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem (annimal b'infezzjoni suspettata jew ikkonfermata),
— esponiment għal sors komuni (l-istess annimal),
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (eż. trapjant ta' l-organi).
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
RUBELLA
(Virus tar-rubella)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha bidu għal għarrieda ta' raxx ġeneralizzat bi tbajja' u nfafet
U
għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— adenopatija ċervikali,
— adenopatija tas-suboċċipite,
— adenopatija ta' wara l-widna,
— artralġija,
— artrite.
Kriterji tal-Laboratorju
— Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament tal-virus tar-rubella minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus tar-rubella f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-virus tar-rubella (IgG) fis-serum jew fil-bżieq.
— Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
— Reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-virus tar-rubella (IgM ( 11 ).
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skond l-istatus tat-tilqim.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— rabta epidemjoloġika,
— kriterji tal-laboratorju li jridu jintlaħqu għal każ probabbli.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ.
F'każ ta' tilqim riċenti, persuna b'sejbien ta' razza tal-virus tar-rubella tat-tip naturali.
RUBELLA, KONĠENITALI
(Inkluż is-Sindromu tar-Rubella Konġenitali)
Kriterji Kliniċi
Infezzjoni tar-rubella konġenitali (CRI)
Ma jistgħu jiġu ddefiniti l-ebda kriterji kliniċi għal CRI.
Sindromu tar-rubella konġenitali (CRS)
Kull tarbija li jkollha inqas minn sena jew kull tarbija mwielda mejta bi:
— għall-inqas tnejn mill-kundizzjonijiet imniżżla taħt il-kategorija (A)
— JEW
— waħda fil-kategorija (A) u waħda fil-kategorija (B)
(A)
— Katarretta/Katarretti
— Glawkoma konġenitali
— Mard tal-qalb konġenitali
— Nuqqas ta' smigħ
— Retinopatija pigmentarja
(B)
— Purpura
— Splenomegalija
— Mikroċefalija
— Dewmien fl-iżvilupp
— Meningoencephalitis
— Marda ta' l-għadam radjoluċida
— Suffejra li tibda fi żmien 24 siegħa wara t-twelid
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— iżolament tal-virus tar-rubella minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus tar-Rubella,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għall-virus tar-rubella (IgM),
— persistenza ta' l-IgG tar-rubella fl-età ta' bejn 6 u 12-il xahar (għall-inqas żewġ kampjuni b'konċentrazzjoni simili ta' IgG tar-rubella).
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skond l-istatus tat-tilqim.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Kull tarbija jew tarbija mwielda mejta ta' omm b'infezzjoni tar-rubella kkonfermata mil-laboratorju matul it-tqala permezz ta' trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali).
Klassifikazzjoni tal-Każ tar-Rubella Konġenitali
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull tarbija mwielda mejta jew tarbija li jew mhijiex ittestjata JEW li jkollha riżultati negattivi tal-laboratorju u b'għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— rabta epidemjoloġika U għall-inqas kriterju kliniku wieħed ta' CRS tal-kategorija “A”,
— il-kriterji kliniċi li jridu jintlaħqu għal CRS.
C. Każ ikkonfermat
Kull tarbija mwielda mejta li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju.
JEW
Kull tarbija li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju U li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— rabta epidemjoloġika,
— għall-inqas kriterju kliniku wieħed ta' CRS tal-kategorija “A”.
Tarbija bi kriterji pożittivi tal-laboratorju mingħajr storja ta' rubella fl-omm matul it-tqala u mingħajr kriterji kliniċi “A” biss se tkun għalhekk irrappurtata bħala każ tar-rubella.
SALMONELLOŻI
(Salmonella spp. għajr S. Typhi u S. Paratyphi)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— dijarea,
— deni,
— uġigħ addominali,
— remettar.
Kriterji tal-Laboratorju
— Iżolament ta' Salmonella (għajr S. Typhi u S. Paratyphi) mill-ippurgar u mid-demm.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment għal sors komuni,
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem,
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat,
— esponiment ambjentali.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
SINDROMU RESPIRATORJU AKUT GRAVI – SARS
(SARS-coronavirus, SARS-CoV)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha d-deni jew storja ta' deni
U
għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— sogħla,
— diffikultà biex tieħu n-nifs,
— qtugħ tan-nifs
U
għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— evidenza radjografika ta' pnewmonja,
— evidenza radjografika tas-sindromu ta' diffikultà respiratorja akuta,
— sejbien ta' pnewmonja fl-awtopsja,
— sejbien fl-awtopsja ta' sindromu ta' diffikultà respiratorja akuta
U
l-ebda dijanjosi alternattiva li tista' tispjega l-marda b'mod sħiħ.
Kriterji tal-Laboratorju
— Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— iżolament tal-virus fil-koltivazzjoni taċ-ċelluli minn kull kampjun kliniku u identifikazzjoni ta' SARS-CoV bl-użu ta' metodu bħal RT-PCR;
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' SARS-CoV f'għall-inqas waħda mit-tlieta li ġejjin:
—— għall-inqas żewġ kampjuni kliniċi differenti (eż. kampjun rinofarinġali u ppurgar),
— l-istess kampjun kliniku miġbur f'żewġ okkażjonijiet jew aktar matul il-marda (eż. aspirati rinofarinġali sekwenzjali),
— żewġ analiżi differenti jew ripetizzjoni ta' RT-PCR bl-użu ta' estratt ġdid ta' RNA mill-kampjun kliniku oriġinali f'kull okkażjoni ta' l-ittestjar;
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi tas-SARS-CoV permezz ta' waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
—— serokonverżjoni permezz ta' ELISA jew IFA tas-serum fil-fażi akuta u konvalexxenti ttestjat b'mod parallel,
— żieda b'erba' darbiet jew aktar fit-titru ta' l-antikorpi bejn seri fil-fażi akuta u konvalexxenti ttestjati b'mod parallel.
— Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
—— test pożittiv wieħed ta' l-antikorpi għas-SARS-CoV,
— riżultat pożittiv tal-PCR għas-SARS-CoV f'kampjun kliniku wieħed u analiżi waħda.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— impjegati f'xogħol marbut ma' riskju akbar ta' esponiment għas-SARS-CoV (eż. l-istaff f'laboratorju li jaħdem b'virus ħajjin simili tas-SARS-CoV/SARS-CoV jew jaħżen kampjuni kliniċi infettati bis-SARS-CoV; persuni b'esponiment għal annimali selvaġġi jew annimali oħra meqjusa riserva tas-SARS-CoV, il-ħmieġ jew it-tnixxijiet tagħhom, eċċ.),
— kuntatt mill-qrib ( 12 ) ta' persuna waħda jew aktar bis-SARS ikkonfermat jew taħt investigazzjoni għas-SARS,
— storja ta' vjaġġar jew residenza f'żona fejn isseħħ tifqigħa ta' SARS;
— żewġ ħaddiema jew aktar fil-qasam tal-kura tas-saħħa ( 13 ) b'evidenza klinika ta' SARS fl-istess unità ta' kura tas-saħħa u bil-bidu tal-marda fl-istess perjodu ta' għaxart ijiem;
— Tliet persuni jew aktar (ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa u/jew pazjenti u/jew viżitaturi) b'evidenza klinika ta' SARS bil-bidu tal-marda fl-istess perjodu ta' għaxart ijiem u marbuta epidemjoloġikament ma' faċilità tal-kura tas-saħħa.
Klassifikazzjoni tal-Każ għall-perjodu interepidemiku
Tapplika wkoll matul tifqigħa f'pajjiż jew f'żona mhux affettwata.
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi U b'rabta epidemjoloġika U li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli.
C. Każ ikkonfermat nazzjonalment
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f'laboratorju ta' referenza nazzjonali.
D. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f'laboratorju tal-WHO ta' referenza u ta' verifika tas-SARS.
Klassifikazzjoni tal-Każ matul tifqigħa
Tapplika matul tifqigħa f'pajjiż/żona fejn mill-inqas persuna waħda ġiet ikkonfermata minn laboratorju tal-WHO ta' referenza u ta' verifika tas-SARS.
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika ma' każ ikkonfermat nazzjonalment jew każ ikkonfermat.
C. Każ ikkonfermat nazzjonalment
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f'laboratorju ta' referenza nazzjonali.
D. Każ ikkonfermat
Waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ fejn l-ittestjar ikun sar f'laboratorju tal-WHO ta' referenza u ta' verifika tas-SARS,
— kull każ ikkonfermat nazzjonalment b'rabta epidemjoloġika ma' katina ta' trażmissjoni fejn mill-inqas każ wieħed ġie vverifikat b'mod indipendenti minn Laboratorju tal-WHO ta' Referenza u ta' Verifika tas-SARS,
— kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għal każ probabbili b'rabta epidemjoloġika ma' katina ta' trażmissjoni fejn mill-inqas każ wieħed ġie vverifikat b'mod indipendenti minn Laboratorju tal-WHO ta' Referenza u ta' Verifika tas-SARS.
SHIGELLOSIS
(Shigella spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— dijarea,
— deni,
— remettar,
— uġigħ addominali.
Kriterji tal-Laboratorju
— l-iżolament ta' Shigella spp. minn kampjun kliniku.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-ħames rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment għal sors komuni,
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem,
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat,
— esponiment ambjentali.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
ĠIDRI
(Virus tal-variola)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— deni
U
raxx b'vexxikoli jew ponot ibsin fl-istess stadju ta' żvilupp b'distribuzzjoni ċentrifuga.
— Preżentazzjonijiet atipiċi ddefiniti bħala mill-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
—— feriti bl-emorraġija,
— feriti ċatti bellusin li ma jiżviluppawx f'ponot,
— variola sine eruptione,
— tip aktar ħafif.
Kriterji tal-Laboratorju
— Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
— Għall-inqas wieħed miż-żewġ testijiet tal-laboratorju li ġejjin:
—— iżolament tal-ġidri (virus tal-variola) minn kampjun kliniku segwit bl-għoti ta' sekwenzi (laboratorji P4 maħtura biss),
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus tal-Variola f'kampjun kliniku segwit bl-għoti ta' sekwenzi.
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skond l-istatus tat-tilqim
— Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
— Identifikazzjoni tal-partikuli tal-virus ta' l-orthopox permezz ta' EM
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment fil-laboratorju (fejn hemm esponiment potenzjali għall-virus tal-Variola).
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— rabta epidemjoloġika ma' każ uman ikkonfermat bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— kriterji tal-laboratorju li jridu jintlaħqu għal każ probabbli.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ.
Matul tifqigħa tal-marda: kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
SIFILIDE
(Treponema pallidum)
Kriterji Kliniċi
— Sifilide primarja
— Kull persuna li jkollha ulċera waħda jew aktar (normalment mingħajr uġigħ) fil-parti ġenitali, perineali u anali jew fil-mukuża tal-ħalq jew tal-farinġi jew f'parti oħra ekstraġenitali
— Sifilide sekondarja
— Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— raxx bi tbajja' u nfafet diffużi li spiss jinvolvi l-keff ta' l-id u l-qiegħ tas-sieq,
— limfadenopatija ġeneralizzata,
— condyloma lata,
— enanthema,
— allopetia diffuża.
— Sifilide latenti prekoċi (inqas minn sena)
— Storja ta' sintomi kompatibbli ma' dawk ta' l-istadji bikrin tas-sifilide fi żmien it-12-il xahar preċedenti.
— Sifilide latenti tardiva (aktar minn sena)
— Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju (testijiet seroloġiċi speċifiċi).
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas wieħed mill-erba' testijiet tal-laboratorju li ġejjin:
— dimostrazzjoni ta' Treponema pallidum fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta' eżami mikroskopiku fuq sfond skur,
— dimostrazzjoni ta' Treponema pallidum fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta' test DFA,
— dimostrazzjoni ta' Treponema fl-effużjoni jew fit-tessuti tal-ferita permezz ta' PCR,
— sejbien ta' antikorpi ta' Treponema pallidum permezz ta' test ta' skrining (TPHA, TPPA jew EIA) U sejbien addizzjonali ta' antikorpi Tp-IgM (permezz ta' IgM-ELISA, IgM immunoblot jew 19S-IgM-FTA-abs) – ikkonfermati bit-tieni analiżi ta' l-IgM.
Kriterji Epidemjoloġiċi
— Sifilide primarja/sekondarja
— Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali).
— Sifilide latenti prekoċi (inqas minn sena)
— Rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (kuntatt sesswali) fi żmien it-12-il xahar preċedenti.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ.
SIFILIDE, KONĠENITALI U NEONATALI
(Treponema pallidum)
Kriterji Kliniċi
Kull tarbija li għandha inqas minn sentejn li jkollha mill-inqas waħda minn dawn l-għaxra li ġejjin:
— hepatospenomegaly,
— feriti mukużi u fil-ġilda,,
— condyloma lata,
— rinite persistenti,
— suffejra,
— psewdoparalisi (minħabba perjostite u osteochondritis),
— involviment tas-sistema nervuża ċentrali,
— anemija,
— sindromu nefrotiku,
— nuqqas ta' nutriment.
Kriterji tal-Laboratorju
— Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— dimostrazzjoni ta' Treponema pallidum permezz ta' mikroskopija fuq sfond skur fil-kurdun taż-żokra, plaċenta, tnixxija nażali jew materjal tal-ferita fil-ġilda,
— dimostrazzjoni ta' Treponema pallidum permezz ta' DFA-TP fil-kurdun taż-żokra, plaċenta, tnixxija nażali jew materjal tal-ferita fil-ġilda,
— sejbien ta' Treponema pallidum – IgM speċifika (FTA-abs, EIA)
— U test reattiv mhux treponemali (VDRL, RPR) fis-serum tat-tarbija
— Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— riżultat tat-test VDRL-CSF reattiv,
— testijiet serloġiċi reattivi mhux treponemali u dawk treponemali fis-serum ta' l-omm,
— it-titru ta' l-antikorpi mhux treponemali tat-tarbija huwa erba' darbiet aktar mit-titru ta' l-antikorpi fis-serum ta' l-omm jew akbar.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Kull tarbija b'rabta epidemjoloġika bi trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali).
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull tarbija jew tifel/tifla li tilħaq il-kriterji kliniċi u li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— rabta epidemjoloġika,
— kriterji tal-laboratorju li jridu jintlaħqu għal każ probabbli.
C. Każ ikkonfermat
Kull tarbija li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ.
TETNU
(Clostridium tetani)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas tnejn minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— kontrazzjonijiet muskolari li jikkawżaw l-uġigħ primarjament tal-muskoli masseteri u ta' l-għonq li jwasslu għal spażmi tal-wiċċ magħrufa bħala trismu u “risus sardonicus”,
— kontrazzjonijiet muskolari li jikkawżaw l-uġigħ tal-muskoli tat-tronk,
— spażmi ġeneralizzati, ħafna drabi l-pożizzjoni ta' l-opisthotonus.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— iżolament ta' Clostridium tetani minn sit ta' l-infezzjoni,
— sejbien ta' tossina tat-tetanu f'kampjun tas-serum.
Kriterji Epidemjoloġiċi
MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
TOXOPLASMOSIS, KONĠENITALI
(Toxoplasma gondii)
Kriterji Kliniċi
Mhux rilevanti għal għanijiet ta' sorveljanza.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
— dimostrazzjoni ta' T. gondii fit-tessuti jew fil-fluwidi tal-ġisem,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' T. gondii f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għal T. gondii (IgM, IgG, IgA) f'tarbija tat-twelid,
— titri ta' IgG T.gondii stabbli b'mod persistenti f'tarbija (ta' inqas minn 12-il xahar).
Kriterji Epidemjoloġiċi
MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
MA
C. Każ ikkonfermat
Kull tarbija li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju.
TRIKINELLOŻI
(Trichinella spp.)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas tlieta minn dawn is-sitta li ġejjin:
— deni,
— uġigħ fil-muskoli,
— dijarea,
— edema tal-wiċċ,
— eosinophilia,
— emorraġiji subkonġuntivali, taħt id-difer u tar-retina.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— dimostrazzjoni tal-larva ta' Trichinella fit-tessut miksuba minn bijopsija muskolari,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għat-Trichinella (test IFA, ELISA jew Western Blot).
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment għal ikel (laħam) ikkontaminat,
— esponiment għal sors komuni.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju.
TUBERKULOSI
(Kumpless tal-Mycobacterium tat-tuberkulosi)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna b'dawn it-tnejn li ġejjin:
— sinjali, sintomi u/jew sejbiet radjoloġiċi konsistenti ma' tuberkulosi attiva f'kull sit
— U
— deċiżjoni minn tabib biex il-persuna tieħu trattament b'kors sħiħ ta' terapija kontra t-tuberkulosi
JEW
każ li ġie skopert post mortem b'sejbiet patoloġiċi konsistenti ma' tuberkulosi attiva li seta' jindika trattament antibijotiku kontra t-tuberkulosi li kieku l-pazjent ġie ddijanjostikat qabel mewtu.
Kriterji tal-Laboratorju
— Kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
—— iżolament tal-kumpless tal-Mycobacterium tat-tuberkulosi (għajr Mycobacterium bovis-BCG) minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-kumpless tal-Mycobacterium tat-tuberkulosi f'kampjun kliniku U mikroskopija pożittiva għal baċilli b'rabta aċiduża jew baċilli b'tebgħa fluworexxenti ekwivalenti fuq mikroskopija ottika.
— Kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— mikroskopija għal baċilli b'rabta aċiduża jew baċilli b'tebgħa fluworexxenti ekwivalenti fuq mikroskopija ottika,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-kumpless tal-Mycobacterium tat-tuberkulosi f'kampjun kliniku,
— dehra istoloġika ta' granulomata.
Kriterji Epidemjoloġiċi
MA
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u l-kriterji tal-laboratorju għal każ probabbli.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju għall-konferma tal-każ.
TULAREMJA
(Francisella tularensis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda mill-forom kliniċi li ġejjin:
— Tularemja ulċeroglandolari
—— Ulċera fil-ġilda
— U
— limfadenopatija reġjonali.
— Tularemja glandolari
—— Glandoli limfatiċi kbar u li jikkawżaw l-uġigħ mingħajr ulċera apparenti.
— Tularemja okuloglandolari
—— Konġuntivite
— U
— limfadenopatija reġjonali.
— Tularemja orofarinġali
—— Limfadenopatija ċervikali.
— U
— għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— stomatite,
— farinġite,
— tonsillite.
— Tularemja intestinali
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
—— uġigħ addominali,
— remettar,
— dijarea.
— Tularemja pnewmonika
—— pnewmonja.
— Tularemja tat-tifojde
— Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
—— deni mingħajr sinjali jew sintomi lokalizzati minn qabel,
— settiċemija.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— iżolament ta' Francisella tularensis minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku ta' Francisella tularensis f'kampjun kliniku,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għal Francisella tularensis.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment għal sors komuni,
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem,
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
DENI TAT-TIFOJDE/PARATIFOJDE
(Salmonella Typhi/Paratyphi)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— bidu ta' Deni sostnut,
— Għall-inqas tnejn minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
—— uġigħ ta' ras,
— bradikardija relattiva,
— sogħla mhux produttiva,
— dijarea, stitikezza, telqa tal-ġisem jew uġigħ addominali.
Id-deni tal-paratifojde għandu l-istess sintomi bħad-deni tat-tifojde, għalkemm normalment ikun aktar ħafif.
Kriterji tal-Laboratorju
— Iżolament ta' Salmonella Typhi jew Paratyphi minn kampjun kliniku.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mit-tliet rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— esponiment għal sors komuni,
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment għal ikel/ilma tax-xorb ikkontaminat.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
DENI EMORRAĠIKU VIRALI
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— deni,
— manifestazzjonijiet emorraġiċi taħt forom diversi li jistgħu jwasslu għal falliment ta' ħafna organi.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— iżolament tal-virus speċifiku minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus speċifiku f'kampjun kliniku u ġenotipar.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda minn dawn li ġejjin:
— ivvjaġġar matul l-aħħar 21 jum lejn reġjun fejn huwa magħruf jew maħsub li seħħew każijiet ta' VHF,
— esponiment matul l-aħħar 21 jum għal każ probabbli jew ikkonfermat ta' Deni Emorraġiku Virali li l-bidu tiegħu kien matul l-aħħar sitt xhur.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
DENI TAL-PUNENT TAN-NIL
(Infezzjoni virali tal-Punent tan-Nil, WNV)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-Deni
JEW
għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— enċefalite,
— meninġite.
Kriterji tal-Laboratorju
— Test tal-laboratorju għall-konferma tal-każ
— Għall-inqas waħda minn dawn l-erbgħa li ġejjin:
—— iżolament ta' WNV mid-demm jew CSF,
— sejbien ta' l-aċidu nukejku ta' WNV fid-demm jew CSF,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għal WNV (IgM) f'CSF,
— titru għoli ta' WNV IgM U sejbien ta' WNV IgG, U konferma permezz ta' newtralizzazzjoni.
— Test tal-laboratorju għal każ probabbli
— Reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għal WNV fis-serum.
— Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skond l-istatus tat-tilqim kontra l-flavivirus.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda miż-żewġ rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem (li jgħix, żar jew kien espost għal gdim tan-nemus f'żona fejn il-WNV hija endemika fiż-żwiemel jew fl-għasafar),
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem (trażmissjoni vertikali, trasfużjoni tad-demm, trapjanti).
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi U li jkollha għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— rabta epidemjoloġika,
— test tal-laboratorju għal każ probabbli.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma tal-każ.
DENI ISFAR
(Virus tad-deni isfar)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna bid-Deni
U
għall-inqas waħda minn dawn it-tnejn li ġejjin:
— suffejra,
— emorraġija ġeneralizzata.
Kriterji tal-Laboratorju
Għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— iżolament tal-virus tad-deni isfar minn kampjun kliniku,
— sejbien ta' l-aċidu nuklejku tal-virus tad-deni isfar,
— sejbien ta' l-antiġen tad-deni isfar,
— reazzjoni speċifika ta' l-antikorpi għad-deni isfar,
— dimostrazzjoni ta' feriti tipiċi f'istopatoloġija tal-fwied post mortem.
Ir-riżultati tal-laboratorju jridu jiġu interpretati skond l-istatus tat-tilqim kontra l-flavivirus.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Ivvjaġġar matul l-aħħar ġimgħa lejn reġjun fejn huwa magħruf jew maħsub li seħħew każijiet ta' deni isfar.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li ma ġietx imlaqqma reċentement u li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
F'każ ta' tilqim riċenti, persuna b'sejbien ta' razza tal-virus tad-deni isfar tat-tip naturali.
YERSINIOSIS
(Yersinia enterocolitica, Yersinia pseudotuberculosis)
Kriterji Kliniċi
Kull persuna li jkollha għall-inqas waħda minn dawn il-ħamsa li ġejjin:
— deni,
— dijarea,
— remettar,
— uġigħ addominali (psewdoappendiċite),
— teneżmu.
Kriterji tal-Laboratorju
— L-iżolament ta' Yersinia enterocolitica jew Yersinia pseudotuberculosis patoġenika għall-bniedem minn kampjun kliniku.
Kriterji Epidemjoloġiċi
Għall-inqas waħda mill-erba' rabtiet epidemjoloġiċi li ġejjin:
— trażmissjoni minn bniedem għal bniedem,
— esponiment għal sors komuni,
— trażmissjoni minn annimal għal bniedem,
— esponiment għal ikel ikkontaminat.
Klassifikazzjoni tal-Każ
A. Każ possibbli
MA
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u b'rabta epidemjoloġika.
C. Każ ikkonfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u tal-laboratorju.
IL-VAJRUS IL-ĠDID A(H1N1) TAL-INFLUWENZA (DAK IMSEJJAĦ BĦALA IL-VAJRUS IL-ĠDID TAL-INFLUWENZA A(H1N1) U L-VAJRUS TAL-INFLUWENZA MESSIKAN) ( 14 )
Il-kriterji kliniċi
Kull persuna li għandha kriterju minn dawn it-tlieta li ġejjin:
— Deni ta’ aktar minn 38 °C KIF UKOLL sinjali u sintomi ta’ infezzjoni respiratorja akuta,
— Pulmonite (marda respiratorja serja),
— Mewt minn marda respiratorja akuta inspjegabbli.
Il-kriterji tal-laboratorju
Mill-inqas waħda mit-testijiet li ġejjin:
— RT-PCR,
— Kultura virali (li tirrikjedi faċilitajiet BSL 3),
— Żieda b’erba’ darbiet fl-antikorpi speċifiċi li kapaċi jinnewtralizzaw il-vajrus il-ġdid tal-influwenza A(H1N1) (timplika l-ħtieġa ta’ serums f’koppja, minn marda ta’ fażi akuta u mbagħad fl-istadju ta’ konvalexxenza minimu ta’ għaxart ijiem sa 14-il jum wara).
Il-kriterji epidemjoloġiċi
Mill-inqas wieħed minn dawn il-kriterji fis-sebat ijiem qabel ma bdiet il-marda:
— Persuna li kienet f’kuntatt qrib ma’ każ konfermat ta’ infezzjoni tal-vajrus il-ġdid tal-influwenza A(H1N1) meta l-każ kien marid,
— Persuna li siefret lejn żona fejn hija dokumentata trażmissjoni sostnuta minn bniedem għall-ieħor tal-vajrus il-ġdid tal-influwenza A(H1N1),
— Persuna li taħdem, f’laboratorju fejn jiġu ttestjati kampjuni tal-vajrus il-ġdid tal-influwenza A(H1N1).
Il-klassifika tal-każijiet
A. Każ li qed jiġi investigat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi u epidemjoloġiċi.
B. Każ probabbli
Kull persuna li tilħaq il-kriterji kliniċi KIF UKOLL epidemjoloġiċi KIF UKOLL b’riżultati tal-laboratorju li juru infezzjoni pożittiva ta’ influwenza A ta’ tip li ma jistax jingħatalu sottotip.
C. Każ konfermat
Kull persuna li tilħaq il-kriterji tal-laboratorju għall-konferma.
( 1 ) ĠU L 268, tat-3.10.1998, p. 1.
( 2 ) ĠU L 28, tat-3.2.2000, p. 50.
( 3 ) Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ Epidemjoloġiku ta' l-AIDS. Reviżjoni ta' l-1993 tad-definizzjoni Ewropea tal-każ ta' sorveljanza ta' l-AIDS. AIDS Surveillance in Europe, Rapport Trimestrali 1993; Nru 37, 23-28.
( 4 ) Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ Epidemjoloġiku ta' l-AIDS. Id-definizzjoni Ewropea tal-każ għas-sorveljanza ta' l-AIDS fit-tfal – reviżjoni ta' l-1995. HIV/AIDS Surveillance in Europe, Rapport Trimestrali 1995; Nru 48, 46-53.
( 5 ) Ara l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa ta' l-Annimali (OIE) u l-Kummissjoni Ewropea (SANCO) Sistema ta' Notifika dwar Mard ta' l-Annimali (ADNS), disponibbli fuq: http://www.oie.int/eng/en_index.htm u http://ec.europa.eu/food/animal/diseases/adns/index_en.htm#.
( 6 ) Dan ma jinkludix għasafar li jidhru b'saħħithom u li ġew maqtula, per eżempju mill-kaċċa.
( 7 ) Depressjoni, ansjetà, apatija, tbegħid mis-soċjetà, taqriq.
( 8 ) Dan jinkludi kemm uġigħ evidenti kif ukoll/jew dysaesthesia.
( 9 ) Id-dehra tipika ta' l-EEG f'CJD sporadika tikkonsisti f'kumplessi perjodiċi ġeneralizzati b'rata ta' madwar wieħed kull sekonda. Dawn jistgħu jidhru kultant fl-aħħar stadji tal-vCJD.
( 10 ) Il-bijopsija tat-tunsilli mhijiex irrakkomandata bħala rutina u lanqas f'każijiet b'dehriet ta' l-EEG tipiċi tas-CJD sporadika, iżda tista' tkun utli f'każi suspetti fejn il-fatturi kliniċi jkunu kompatibbli mal-vCJD u l-MRI ma jurix sinjal għoli pulvinari.
( 11 ) Meta tkun issuspettata r-rubella fit-tqala, tinħtieġ konferma ulterjuri tar-riżultati pożittivi ta' l-IgM tar-rubella (eż. test ta' qawwa ta' IgG speċifika tar-rubella li juri qawwa baxxa). F'ċerti sitwazzjonijiet, bħal tifqigħat ikkonfermati ta' rubella s-sejbien tal-virus IgM tar-rubella jista' jitqies konfermattiv f'każijiet mhux ta' tqala.
( 12 ) Kuntatt mill-qrib hija persuna li ħadet ħsieb, għexet ma', jew kellha kuntatt dirett mat-tnixxijiet respiratorji, il-fluwidi tal-ġisem u/jew il-ħmieġ (eż. il-feċi) ta' każijiet ta' SARS.
( 13 ) F'dan il-kuntest it-terminu “ħaddiem fil-qasam tal-kura tas-saħħa” jinkludi l-istaff kollu ta' l-isptar. Id-definizzjoni ta' l-unità tal-kura tas-saħħa fejn iseħħu l-każijiet se tiddependi fuq is-sitwazzjoni lokali. Id-daqs ta' l-unità jista' jvarja minn faċilità sħiħa tal-kura tas-saħħa jekk tkun żgħira, għal dipartiment wieħed jew sala waħda ta' sptar terzjarju kbir.
( 14 ) L-isem se jinbidel b’konformità mad-definizzjoni mogħtija mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.