|
26.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 476/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10372 — SHV ENERGY / UGI INTERNATIONAL HOLDING / JV)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 476/06)
1.
Fis-17 ta’ Novembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SHV Energy N.V. (“SHV Energy”, in-Netherlands), ikkontrollata minn SHV Holdings N.V. (in-Netherlands), |
|
— |
UGI International Holdings B.V. (“UGI International Holdings”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn UGI Corporation (“UGI”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Joint Venture (in-Netherlands), ikkontrollata minn SHV Energy u UGI International. |
SHV Energy u UGI International jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Impriża bi Sħab (joint venture).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SHV Energy: attiva fil-qasam tal-fuels sostenibbli u s-soluzzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli u fid-distribuzzjoni tal-enerġija mhux kollegata mal-grilja, |
|
— |
UGI International Holding: attiva permezz ta’ diversi sussidjarji fid-distribuzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti tal-enerġija u servizzi relatati, |
|
— |
il-Joint Venture: se tkun attiva fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ Dimethyl Ether minn karbonju rinnovabbli u / jew irriċiklat (rDME) u fil-promozzjoni tal-aċċettazzjoni tal-industrija u tas-suq ta’, u l-interess fl-rDME għad-defossilizzazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10372 — SHV ENERGY / UGI INTERNATIONAL HOLDING / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).