32003R1727



Official Journal L 249 , 01/10/2003 P. 0005 - 0010


Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1727/2003

tad-29 ta' Settembru 2003

dwar ċerti miżuri restrittivi rigward ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/680/PESK tad-29 ta' Settembru 2003, li temenda l-Posizzjoni Komuni 2002/829/PESK fuq il-fornitura ta' ċertu apparat lir-Repubblika Demokratika tal-Kongo [1],

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi:

(1) Fit-28 ta' Lulju 2003, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda fir-Riżoluzzjoni tiegħu 1493 (2003), hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejħa UNSCR 1493 (2003), biex jimponi embargo fuq il-fornitura ta' armi u materjal ieħor relatat kif ukoll fuq l-għoti ta' assistenza, pariri jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kull grupp jew milizzja armati li joperaw fit-territorju tat-tramuntana u n-nofsinhar ta' Kivu u ta' Ituri, u lil gruppi li ma jagħmlux parti mill-Ftehim Globali Inklużiv fuq - kollox, fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

(2) Il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2002/829/PESK tal-21 ta' Ottubru 2002 fuq il-fornitura ta' ċertu apparat fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo [2] timponi embargo fuq il-fornitura jew bejgħ, lil dak il-pajjiz, ta' armi u materjal ieħor relatat.

(3) Il-Posizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/680/PESK tipprovidi għall-implimentazzjoni tal-miżuri imposti mill-UNSCR 1493 (2003), li jinkludu, inter alia, probizzjoni ta' assistenza, pariri u taħriġ li huma relatati ma' materjal militari.

(4) Dik il-miżura taqa' taħt l-iskop tat-Trattat u, għalhekk, notevolment bil-għan li jiġi evitat tgħawwiġ fil-kompetizzjoni, l-legislazzjoni tal-Komunità hija neċessarja biex tiġi implimentata dik id-deċizjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà sa dak li jikkonċerna t-territorju tal-Komunità. Ghall-iskop ta' dan ir-Regolament, it-territorju tal-Komunità huwa meqjus li jinkludi t-territorji ta' l-Istati Membri li għalihom japplika t-Trattat, taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattat.

(5) Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħuda taħt dan ir-Regolament u ta' kull informazzjoni relevanti oħra li tkun għad-disposizzjoni tagħhom konsessa ma' dan ir-Regolament, u jikkoperaw mas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment billi jipprovdulu informazzjoni.

(6) Il-vjolazzjonijiet tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu soġġetti għal sanzjonijiet, u l-Istati Membri għandhom għal dak l-iskop jimponu sanzjonijiet xierqa. Barra dan, huwa mixtieq li dawn is-sanzjonijiet jiġu mposti mid-data li r-Regolament jibda' jseħħ,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat ta' l-Istati Membri fl-eżerċizzju ta' l-awtorità pubblika tagħhom, għandu jkun projbit

(a) li jingħataw finanzjament u assistenza finanzjarja, li jinkludi partikolarment għotjiet, self u assigurazzjoni ta' esportazzjoni fuq kreditu, għal kull bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, li jinkludi armi u munizzjon, vetturi militari u apparat, aparat paramilitari u biċċiet ta' tibdil għal dawk imsemmija qabel, direttament jew indirettament, li xi persuna, entità jew korp fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo;

(b) li jingħataw, direttament jew indirettament, pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari, li jinkludi partikolarment taħrig u assistenza relatati mal-manifattura, manuntenzjoni u użu ta' armi u materjal relatat ta' kull tip, lil xi persuna, entità jew korp fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

2. Il-parteċipazzjoni, xjentement u intenzjonalment, f'attivitajiet li l-għan u l-effett tagħhom huwa, direttament jew indirettament, biex jippromovu l-operazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu projbiti.

Artikolu 2

L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja għall-bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta' apparat militari, u l-għoti ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħrig relatat ma' attivitajiet militari, lill-Missjoni ta' l-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo u l-armata nazzjonali u l-qawwiet tal-pulizija tal-Kongo integrati, jekk tkun ingħatat awtorizzazzjoni għal attivitajiet bħal dawn mill-awtorità kompetenti, kif elenkat fl-Anness, ta' l-Istati Membri, fejn jiġi stabbilit min jipprovdi s-servizz.

Artikolu 3

L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-għoti ta' finanzjament u assistenza finanzjarja għall-bejgħ, fornitura, trasferiment jew esportazzjoni ta' apparat militari li mhuwiex letali maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv u l-għoti ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħrig relatati ma' dan l-apparat li mhuwiex letali, sakemm:

(a) dan l-għoti jkun notifikat bil-quddiem mill-awtorità lokali kompetenti lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tar-Rappreżentant Speċjali tiegħu; u

(b) awtorizazzjoni għal dawn l-attivitajiet tkun mogħtija mill-awtorità kompetenti, kif elenkat fl-Anness, ta' l-Istati Membri, fejn jiġi stabbilit min jipprovdi s-servizz.

Artikolu 4

L-informazzjoni li tikkonċerna l-awtotitajiet kompetenti għandha tiġi emendata mill-Kummissjoni fuq il-bazi ta' l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri.

Artikolu 5

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom minnufih jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri li jieħdu taħt dan ir-Regolament u għandhom jagħtu lil xulxin l-informazzjoni rilevanti li jkollhom għad-disposizzjoni tagħhom in konnessjoni ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar vjolazzjonijiet u problemi ta' infurzar u sentenzi mogħtija mill-qrati nazzjonali.

Artikolu 6

1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi liema sanzjonijiet għandhom ikunu imposti meta jkun hemm ksur tad-disposizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Dawn is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswadenti.

Sakemm tiġi adottata leġislazzjoni, fejn ikun neċessarju, għal dan il-għan, is-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti jekk ikun hemm ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament għandhom ikunu, fejn ikun rilevanti, dawk determinati mill-Istati Membri biex ikunu jistgħu jagħtu effett lill-Artikolu 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) No 1318/2002 tat-22 ta' Lulju 2002 dwar ċerti miżuri restrittivi rigward il-Liberja [3].

2. Kull Stat Membri għandu jkun responsabbli biex iġib proċeduri kontra kull persuna naturali jew ġuridika, entità jew korp taħt il-ġurisdizzjoni tagħha, f'kazijiet ta' vjolazzjoni ta' xi projbizzjoni stabbilita f'dan ir-Regolament, minn din il-persuna, entità jew korp.

Artikolu 7

Dan ir-Regolament għandu jgħodd

- fit-territorju tal-Komunità, li jinkludi l-ispazju ta' l-ajru tagħha,

- abbord kull ajruplan jew bastiment taħt il-ġurisdizzjoni ta' Stat Membru,

- għal kull ċittadin ta' Stat Membru, u

- għal kull persuna ġuridika, entità jew korp li huwa inkorporat jew kostitwit taħt il-liġi ta' Stat Membru.

Artikolu 8

Dan ir-Regolament jibda' jseħħ fil-ġurnata wara li jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fid-29 ta' Settembru 2003.

Għall-Kunsill

Il-President

F. Frattini

[1] Ara l-paġna 64 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.

[2] ĠU L 285, tat-23.10.2002, pġ. 1.

[3] ĠU L 194, tat-23.7.2002, p. 1.

--------------------------------------------------

ANNESS

Lista ta' l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 2

IL-BELĠJU

Service public fédéral des affaires étrangères, commerce extérieur et coopération au développement

Egmont 1

Rue des Petits Carmes 19

B-1000 Bruxelles

Direction générale des affaires bilatérales

Service "Afrique du sud du Sahara"

Téléphone (32-2) 501 85 77

Service des transports

Téléphone (32-2) 501 37 62

Télécopieur (32-2) 501 88 27

Direction générale coordination et des affaires européennes

Coordination de la politique commerciale

Téléphone (32-2) 501 83 20

Service public fédéral de l'économie, des PME, des classes moyennes et de l'énergie

ARE 4e o division, service des licences

Avenue du Général Leman 60

B-1040 Bruxelles

Téléphone (32-2) 206 58 16/27

Télécopieur (32-2) 230 83 22

Brussels Hoofdstedelijk Gewest — Région de Bruxelles-Capitale:

Kabinet van de minister van Financiėn, Begroting, Openbaar Ambt en Externe Betrekkingen van de Brusselse Hoofdstedelijke regering

Kunstlaan 9

B-1210 Brussel

Cabinet du ministre des finances, du budget, de la fonction publique et des relations extérieures du gouvernement de la Région de Bruxelles-Capitale

Avenue des Arts, 9

B-1210 Bruxelles

Téléphone (32-2) 209 28 25

Télécopieur (32-2) 209 28 12

Région wallonne:

Cabinet du ministre-président du gouvernement wallon

Rue Mazy, 25-27

B-5100 Jambes-Namur

Téléphone (32-81) 33 12 11

Télécopieur (32-81) 33 13 13

Vlaams Gewest:

Administratie Buitenlands Beleid

Boudewijnlaan 30

B-1000 Brussel

Tel. (32-2) 553 59 28

Fax (32-2) 553 60 37

ID-DANIMARKA

1. Erhvervs-og Boligstyrelsen

Dahlerups Pakhus

Langelinie Allé 17

DK-2100 Kųbenhavn Ų

Tlf. (45) 35 46 60 00

Fax (45) 35 46 60 01

Udenrigsministeriet

Asiatisk Plads 2

DK-1448 Kųbenhavn K

Tlf. (45) 33 92 00 00

Fax (45) 32 54 05 33

Justitsministeriet

Slotholmsgade 10

DK-1216 Kųbenhavn K

Tlf. (45) 33 92 33 40

Fax (45) 33 93 35 10

IL-ĠERMANJA

Bundesamt für Wirtschaft und Ausfuhrkontrolle (BAFA)

Frankfurter Straße 29-35

D-65760 Eschborn

Tel. (49) 61 96908-0

Fax (49) 61 96908-800

IL-GREĊJA

Ministeru ta' l-Ekonomija u l-Finanzi

Segretarjat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Ekonomiċi Internazzjonali

Direttorat Ġenerali għall-Pjanifikazzjoni u t-Tmexxija tal-Politika

1 Triq Kornarou

GR-105 63 Ateni

Tel. (30) 210328 64 01-3

Fax (30) 210328 64 04

2. Υπουργείο Οικονομίας και Οικονομικών

Γενική Γραμματεία.ιεθνών Οικονομικών Σχέσεων

Γενική.ιεύθυνση Σχεδιασμού και.ιαχείρισης Πολιτικής

Κορνάρου 1

GR-105 63 Αθήνα

Τηλ.: (30) 210328 64 01-3

Φαξ: (30) 210328 64 04

SPANJA

3. Ministerio de Economķa

Dirección General de Comercio e Inversiones

Paseo de la Castellana, 162

E-28046 Madrid

Tel.: (34) 913 49 38 60

Fax (34) 914 57 28 63

FRANZA

Ministère de l'économie, des finances et de l'industrie

Direction générale des douanes et des droits indirectsCellule embargo— Bureau E2

Téléphone (33) 144 74 48 93

Télécopieur (33) 144 74 48 97

Ministère des affaires étrangères

Direction des Nations unies et des organisations internationales

Téléphone (33) 143 17 59 68

Télécopieur (33) 143 17 46 91

L-IRLANDA

5. Department of Enterprise

Trade and Employment Licensing Unit

Earlsfort Centre

Lower Hatch St

Dublin 2

Ireland

Tel. (353-1) 631 21 21

Fax (353-1) 631 25 62

L-ITALJA

6. Ministero degli Affari esteri

DGAE - Uff. X

Roma

Tel. (39) 06 36 91 37 50

Fax (39) 06 36 91 37 52

Ministero del Commercio estero

Gabinetto

Roma

Tel. (39) 06 59 93 23 10

Fax (39) 06 59 64 74 94

Ministero dei Trasporti

Gabinetto

Roma

Tel. (39) 06 44 26 71 16/06 84 90 40 94

Fax (39) 06 44 26 71 14

IL-LUSSEMBURGU

Ministère des affaires étrangères

Office des licences

21, rue Philippe II

L-2340 Lussemburgu

Téléphone (352) 478 23 70

Télécopieur (352) 46 61 38

L-OLANDA

7. Belastingdienst/Douane centrale dienst voor in- en uitvoer

Team II

Postbus 3003

9700 RD Groningen

Nederland

Tel. (31) 50523 81 11

Fax (31) 50523 22 10

E-mail: cdiusgs@bart.nl

L-AWSTRIJA

Bundesministerium für Wirtschaft und Arbeit

Stubenring 1

A-1010 Wien

Tel. (43-1) 711 00

Fax (43-1) 711 00-8386

IL-PORTUGALL

Ministério dos Negócios Estrangeiros

10. Direcēćo-Geral dos Assuntos Multilaterais

Largo do Rilvas

P-1350-179 Lisboa

Tel. (351) 21394 60 72

Fax (351) 21394 60 73

Direcēćo Geral dos Assuntos Europeus e Relações Internacionais

Ministério das Finanēas

Av. Infante D. Henrique, n.o 1 C - 1o

P-1100-278 Lisboa

Tel. (351) 21882 33 90

Fax (351) 21882 33 99

E-mail: mf.dgaeri@dgaeri.pt

IL-FINLANDJA

11. Ulkoasiainministeriö/Utrikesministeriet

PL/PB 176

FIN-00161 Helsinki/Helsingfors

Puhelin/Tfn (358-9) 16 05 59 00

Faksi/Fax (358-9) 16 05 57 07

Puolustusministeriö/Försvarsministeriet

Eteläinen Makasiinikatu 8

PL/PB 31

FIN-00131 Helsinki/Helsingfors

Puhelin/Tfn (358-9) 1608 8128

Faksi/Fax (358-9) 1608 8111

L-ISVEZJA

Inspektionen för strategiska produkter (ISP)

Box 70252

S-107 22 Stockholm

Tfn (46) 8406 31 00

Fax (46) 8 20 31 00

IR-RENJU UNIT

12. Sanctions Licensing Unit

Export Control Organisation

Department of Trade and Industry

4 Abbey Orchard Street

London SW1P 2HT

United Kingdom

Tel. (44-20) 72 15 05 94

Fax (44-20) 72 15 05 93

IL-KOMUNITÀ EWROPEA

13. Commission of the European Communities

Directorate-General for External Relations

Directorate PESK

Unit A.2: Legal and institutional matters for external relations — Sanctions

CHAR 12/163

B-1049 Bruxelles/Brussel

Tel. (32-2) 296 25 56

Fax (32-2) 296 75 63

E-mail: relex-sanctions@cec.eu.int

--------------------------------------------------