|
16.12.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 470/3 |
Notifika għall-attenzjoni ta' Rustam Magomedovich Aselderov li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/2262
(2016/C 470/03)
|
1. |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) titlob lill-Unjoni sabiex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni ta' ISIL (Da'esh) u Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999). Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi lil:
Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati ma’” ISIL (Da'esh) u Al Qaida, jinkludu:
|
|
2. |
Il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fit-12 ta' Diċembru 2016 approva ż-żieda tal-entrata ta’ Rustam Magomedovich Aselderov mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida. Rustam Magomedovich Aselderov jistà f'kull mument jissottometti talba lill-Ombudsperson tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Talba bħal din għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Għal aktar informazzjoni ara https://www.un.org/sc/suborg/en/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting. |
|
3. |
B'żieda mad-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) 2016/2262 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al Qaida (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid l-isem ta' Rustam Magomedovich Aselderov mal-lista fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament (“Anness I”). Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:
|
|
4. |
L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami fejn jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin fl-Anness I permezz tar-Regolament (UE) 2016/2262 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:
|
|
5. |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) 2016/2262 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
|
6. |
Għall-korrettezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/Membri rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal bżonnijiet essenzjali jew għal pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament. |
(1) ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.
(2) ĠU L 342, 16.12.2016, p. 22.
(3) ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.