Official Journal L 328 , 22/11/1986 P. 0038 - 0038
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0138
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 4 P. 0138
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Settembru 1986 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunitá Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim. (86/553/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tieghu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni, Billi huwa meħtieġ li jiġi approvat il-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti mill-Ftehim, sabiex tittieħed in konsiderazzjoni l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim fil-Forma ta' Skambju ta' Ittri li jikkonċerna prodotti mhux agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati mhux koperti bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunitá. It-test ta' l-Iskambju ta' l-Ittri huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill qiegħed b'din jingħata s-setgħa li jaħtar il-persuna awtorizzata biex tiffirma l-Ftehim sabiex jorbot lill-Komunità. Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1986. Għall-Kunsill Il-President G. Howe --------------------------------------------------