<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTB.1101220901.case.xml"><NO.CASE>C-518/10</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62010CO0518</NO.CELEX><NO.SEQ>0029.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-12211</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-12230</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>20</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><LEFT>DIGRIET TAL-<DATE ISO="20111125">25.11.2011</DATE> — KAWŻA C-518/10</LEFT><RIGHT>YEDA RESEARCH AND DEVELOPMENT COMPANY U AVENTIS HOLDINGS</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20111125">25 ta’ Novembru 2011</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża C-518/10,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) (ir-Renju Unit), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20101010">10 ta’ Ottubru 2010</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20101102">2 ta’ Novembru 2010</DATE>, fil-proċedura</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Yeda Research and Development Company Ltd,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Aventis Holdings Inc.,</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><?PAGE NO="I-12212"?><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn J.-C. Bonichot, President tal-Awla, A. Prechal, L. Bay Larsen, C. Toader (Relatur), u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: V. Trstenjak,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P><P>peress li l-Qorti tal-Ġustizzja qed tipproponi li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha,</P><P>wara li semgħet lill-Avukat Ġenerali,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="152" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU L 152, p. 1</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><?PAGE NO="I-12213"?><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Yeda Research and Development Company Ltd u Aventis Holdings Inc (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Yeda Research<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) kontra l-Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Patent Office<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) dwar ir-rifjut ta’ dan tal-aħħar ta’ waħda minn żewġ applikazzjonijiet għal ċertifikati ta’ protezzjoni supplimentari (iktar ’il quddiem iċ-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>ĊPS<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) li huma kienu ppreżentaw.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>L-ewwel kif ukoll ir-raba’ sal-għaxar premessa tar-Regolament Nru 469/2009 jaqraw hekk:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(1)</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KEE) Nru 1768/92 tal-Kunsill tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE> dwar il-ħolqien taċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 11, p. 200] ġie emendat kemm-il darba b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="I-12214"?><CONSID><NP><NO.P>(4)</NO.P><TXT>Bħalissa t-tul taż-żmien li jgħaddi bejn il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal privattiva għal prodott mediċinali ġdid u l-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali jkun jista’ jitqiegħed fis-suq [iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ATS<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>] jagħmel il-perjodu ta’ protezzjoni effettiv taħt il-privattiva insuffiċjenti biex ikopri l-investiment li jkun sar fir-riċerka.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Din is-sitwazzjoni toħloq nuqqas ta’ protezzjoni li tippenalizza r-riċerka farmaċewtika.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(6)</NO.P><TXT>Jeżisti r-riskju li ċentri ta’ riċerka li jinsabu fl-Istati Membri jirrilokaw ruħhom f’pajjiżi li joffru protezzjoni akbar.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Għandha tintlaħaq soluzzjoni uniformi fuq livell Komunitarju, sabiex il-liġijiet nazzjonali ma jiżviluppawx b’mod eteroġeneu li jwassal għal iktar differenzi li jista’ jkun probabbli li joħolqu ostakli għall-moviment ħieles ta’ prodotti mediċinali fil-Komunita u b’hekk jaffetwa b’mod dirett il-funzjonzment tas-suq intern.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa neċessarju li jiġi previst [ĊPS] li jingħata, taħt l-istess kondizzjonijiet, minn kull Stat Membru fuq talba tad-detentur ta’ privattiva Ewropea li tirrigwarda prodott mediċinali li għalih tkun inħarġet [ATS]. Regolament huwa għalhekk l-istrument legali l-aktar xieraq.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(9)</NO.P><TXT>It-tul taż-żmien tal-protezzjoni mogħtija miċ-ċertifikat għandu jkun biżżejjed sabiex jipprovdi protezzjoni adegwata u effettiva. Għal dan l-iskop, id-detentur kemm ta’ privattiva u kemm ta’ ċertifikat għandu jkun jista’ jgawdi massimu totali ta’ 15-il sena ta’ esklussività minn meta l-prodott mediċinali inkwistjoni jkun kiseb [ATS] għall-ewwel darba biex jitqiegħed fis-suq fil-Komunità.</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="I-12215"?><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>L-interessi kollha involuti, inklużi dawk tas-saħħa pubblika, f’settur kumplikat u sensittiv daqs dak tal-farmaċewtiċi għandhom madanakollu jittieħdu inkonsiderazzjoni. Għal dan il-għan, iċ-ċertifikat ma jistax jingħata għal perjodu ta’ iktar minn ħames snin. Il-protezzjoni mogħtija għandha wkoll tkun strettament limitata għall-prodott li jkun kiseb l-awtorizzazzjoni biex jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>prodott mediċinali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser kull sustanza jew kombinazzjoni ta’ sustanzi preżentata għal trattament jew prevenzjoni ta’ mard fil-bnedmin […];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-ingredjent attiv jew il-kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi ta’ prodott mediċinali;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>privattiva bażika<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/> tfisser privattiva li tipproteġi prodott, bħala tali, proċess sabiex jinkiseb prodott jew applikazzjoni ta’ prodott, u li hija nominata mid-detentur tagħha għall-iskop tal-proċedura għall-ħruġ ta’ ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-12216"?><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/> tfisser ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari;</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, l-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Kull prodott protett minn privattiva fit-territorju ta’ Stat Membru u suġġett, qabel ma jkun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali, għal proċedura amministrattiva ta’ awtorizzazzjoni kif stipulat fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/83/KE, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69] jew fid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2001/82/KE, tas-<DATE ISO="20011106">6 ta’ Novembru 2001</DATE>, dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji [ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 3] jista’, taħt it-termini u kondizzjonijiet stipulati minn dan ir-Regolament, ikun is-suġġett ta’ ċertifikat.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 469/2009, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>Kundizzjonijiet għall-kisba ta’ ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>Ċertifikat għandu jingħata jekk, fl-Istat Membru fejn tkun ġiet preżentata l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 u fid-data ta’ dik l-applikazzjoni:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="I-12217"?><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>tkun ingħatat [ATS] valida sabiex il-prodott jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali konformement mad-Direttiva 2001/83/KE jew id-Direttiva 2001/82/KE, kif xieraq;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>il-prodott ma kienx diġà suġġett ta’ ċertifikat;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>l-awtorizzazzjoni msemmija f’punt (b) tkun l-ewwel [ATS] sabiex il-prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq bħala prodott mediċinali.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>Is-suġġett tal-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Fil-limiti tal-protezzjoni mogħtija minn privattiva bażika, il-protezzjoni mogħtija minn ċertifikat għandha testendi biss għall-prodott kopert bl-awtorizzazzjoni sabiex il-prodott mediċinali korrispondenti jkun jista’ jitqiegħed fis-suq u għal kull użu tal-prodott bħala prodott mediċinali li jkun ġie awtorizzat qabel ma jkun skada ċ-ċertifikat.<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 469/2009, dwar <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>[e]ffetti taċ-ċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, jipprovdi li, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>[m]ingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4, iċ-ċertifikat għandu jagħti l-istess drittijiet bħal dawk mogħtija minn privattiva bażika u għandu jkun suġġett għall-istess limitazzjonijiet u l-istess obbligazzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12218"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>Limitu tal-protezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>, l-Artikolu 69 tal-Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej, iffirmat fil-<DATE ISO="19731005">5 ta’ Ottubru 1973</DATE>, fil-verżjoni emendata kif applikabbli fid-data tal-fatti tal-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>(1)</NO.P><TXT>Il-limitu tal-protezzjoni mogħtija minn privattiva Ewropea jew applikazzjoni għal privattiva Ewropea għandu jkun determinat mit-talbiet. Minkejja dan, id-deskrizzjoni u d-disinnji għandhom jintużaw biex jiġu interpretati t-talbiet.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Għall-perijodu sal-għoti ta’ privattiva Ewropea, il-limitu tal-protezzjoni mogħtija mill-applikazzjoni għal privattiva Ewropea għandu jiġi determinat mit-talbiet li hemm fl-applikazzjoni kif ġiet ippubblikata. Madankollu, il-privattiva Ewropea kif mogħtija jew kif emendata fi proċeduri ta’ oppożizzjoni, limitazzjoni jew revoka għandha tiddetermina retroattivament il-protezzjoni mogħtija mill-applikazzjoni, sakemm din il-protezzjoni ma tiġix hekk estiża.<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-Protokoll dwar l-Interpretazzjoni tal-Artikolu 69 tal-Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej, li jifforma parti integrali minn din il-Konvenzjoni hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 164(1) tagħha, jipprovdi fl-Artikolu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>L-Artikolu 69 m’għandux jiġi interpretat li jfisser li l-limitu tal-protezzjoni mogħtija minn privattiva Ewropea għandha tiġi mifhuma bħal dik definita mit-tifsira litterali strett tal-kliem użat fit-talbiet, id-deskrizzjoni u d-disinni li jintużaw biss bl-għan li tiġi riżolta ambigwità li tinstab fit-talbiet. Lanqas ma għandu jiġi interpretat li jfisser li<?PAGE NO="I-12219"?> t-talbiet iservu biss bħala linja gwida u li l-protezzjoni attwali mogħtija tista’ testendi għal dak, li mill-aspett tad-deskrizzjoni u d-disinni minn persuna mħarrġa fl-arti, ikun ikkontempla l-proprjetarju tal-privattiva. Għall-kuntrarju, għandu jiġi interpretat bħala li jiddefinixxi pożizzjoni bejn dawn iż-żewġ estremi li tikkombina protezzjoni ġusta għall-proprjetarju tal-privattiva bi grad raġonevoli ta’ ċertezza legali għal terzi.<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 60 tal-Att dwar il-Privattivi tar-Renju Unit 1977 (UK Patents Act 1977), dwar id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>[d]efinizzjoni tal-ksur<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jaqra hekk kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1)</NO.P><TXT>Suġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-artikolu, persuna tikser privattiva għal invenzjoni jekk, iżda biss jekk, waqt li l-privattiva qiegħda fis-seħħ, tagħmel waħda mill-affarijiet li ġejjin fir-Renju Unit b’rabta mal-invenzjoni mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju tal-privattiva, jiġifieri:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>fejn l-invenzjoni hija prodott, tagħmel, tiddisponi minn, toffri li tiddisponi minn, tuża jew timporta l-prodott jew iżżommu kemm jekk għad-disponiment jew għal raġuni oħra;</TXT><P>[…]</P></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="I-12220"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>B’mod konformi mad-dispożizzjonijiet segwenti tal-artikolu preżenti, jikser ukoll privattiva ta’ invenzjoni, kull minn (minbarra l-proprjetarju tal-privattiva), fil-perijodu ta’ validità tal-privattiva u mingħajr il-kunsens tal-proprjetarju, jforni jew joffri li jforni fir-Renju Unit lil terz ieħor minbarra l-propjetarju ta’ liċenzja jew kwalunkwe persuna oħra awtorizzata li tuża l-invenzjoni, ikunu xi jkunu l-mezzi, li jirrigwardaw element essenzjali tal-invenzjoni, intiżi sabiex jimplementaw l-invenzjoni, jaf jew normalment għandu jkun jaf, hekk kif jirriżulta miċ-ċirkustanzi, li dawn il-mezzi huma adattati u destinati għall-implementazzjoni tal-invenzjoni fir-Renju Unit.</TXT><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Skont l-informazzjoni mogħtija mill-qorti tar-rinviju, l-imsemmi paragrafu 2 tal-Artikolu 60, għandhu oriġini fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni dwar il-Privattiva Ewropea għas-Suq Komuni, iffirmata fil-Lussemburgu fil-<DATE ISO="19891215">15 ta’ Diċembru 1989</DATE>, li tidher fl-anness tal-ftehim fil-qasam tal-Privattivi Komunitarji (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="401" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="1989">ĠU 1989, L 401, p. 1</REF.DOC.OJ>), li, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>Projbizzjoni tal-użu indirett tal-invenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, isemmi fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Il-privattiva Komunitarja tagħti wkoll id-dritt li l-partijiet terzi kollha jiġu pprojbiti, fin-nuqqas tal-kunsens tal-proprjetarju tal-privattiva, il-kunsinna jew l-offerta tal-kunsinna, fit-territorju tal-Istati kontraenti, lil persuna oħra minn dik awtorizzata li tuża l-invenzjoni koperta minn privattiva, tal-mezzi tal-użu, f’dan it-territorju, ta’ din l-invenzjoni li jirrigwardaw element essenzjali tagħha, jekk il-parti terza taf jew meta ċ-ċirkustanzi juru b’mod evidenti li dawn il-miżuri huma adattati jew destinati li jiġu użati<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali]</ALINEA></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-12221"?><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Artikolu 125 tal-UK Patents Act 1977, dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>[p]ortata tal-invenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>1)</NO.P><TXT>Għall-finijiet ta’ dan l-Att, l-invenzjoni […] li għaliha inħarġet privattiva għandha, sakemm il-kuntest ma jeħtieġx mod ieħor, tinftihem li hija dik speċifikata f’talba ta’ speċifikazzjoni tal-[…] privattiva kif interpretata permezz tad-deskrizzjoni u ta’ disinni eventwali kontenuti f’din l-ispeċifikazzjoni, u l-portata tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva […] hija stabbilita b’mod korrispondenti.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-protokoll fuq l-interpretazzjoni tal-Artikolu 69 tal-Konvenzjoni dwar il-Privattivi Ewropej (dan l-artikolu jikkontjeni dispożizzjoni korrispondenti mas-sub-artikolu 1, iktar ’il fuq) japplika, sakemm huwa fis-seħħ, għall-finalitajiet tal-imsemmija sub-artikolu 1 hekk kif japplika għall-finijiet ta’ dan l-artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Yeda Research hija l-proprjetarja ta’ privattiva Ewropea EP 0667165, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>Kompożizzjonijiet terapewtiċi li jikkontjenu antikorpi monoklonali għar-reċettur uman tal-fattur ta’ tkabbir epidermiku [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Epidermal growth factor<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> (EGF)]<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, liema applikazzjoni ġiet irreġistrata mill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (UEP) tal-<DATE ISO="19890915">15 ta’ Settembru 1989</DATE>. Dan il-privattiv ġie kkunsinnat minnu fis-<DATE ISO="20020327">27 ta’ Marzu 2002</DATE> u skada fil-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12222"?><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Skont dak li qalet il-qorti tar-rinviju, it-talba Nru° 1 tal-imsemmija privattiva tirrigwarda kompożizzjoni terapewtika li tinkludi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>a)</NO.P><TXT>antikorp li jwaqqaf it-tkabbir taċ-ċelluli tumorali fil-bniedem, liema antikorpi jorbtu mad-dominju extraċellulari tar-reċetturi EGF fil-bniedem tal-imsemmija ċelluli tumorali f’kumpless antiġeni-antikorpi, dawn iċ-ċelluli tumorali jkunu kkaratterizzati mill-espressjoni tagħhom tar-reċetturi EGF fil-bniedem u l-istimolu mitoġeniku mill-EGF fil-bniedem, u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>aġent antineoplastiku […]<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, it-talba Nru° 2 tirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>kompożizzjoni terapewtika deskritta fit-talba Nru° 1 fid-dawl tal-amministrazzjoni separata tal-komponenti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tippreċiża li l-privattiva tindika b’mod partikolari li l-kumbinazzjoni ta’ wieħed mill-antikorpi u ta’ prodott mediċinali antineoplastiku jipprovdi trattament iktar effettiv mill-użu separat jew tal-antikorpi monoklonali, jew tal-aġent antineoplastiku. Barra minn hekk, il-privattiva tiddeskrivi b’mod partikolari u titlob mill-amministrazzjoni żewġ komponenti separatament, peress li kienu jaqgħu fl-istess kompożizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20041102">2 ta’ Novembru 2004</DATE>, Yeda Research ippreżentat lill-Patent Office żewġ applikazzjonijiet bil-għan tal-għoti taċ-ĊPS. Fl-ewwel applikazzjoni (SPC/GB04/037), hija indikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament Nru 469/2009, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>cetuximab flimkien mal-irinotecan<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, peress li, fit-tieni applikazzjoni (SPC/GB04/038), hija ssemmi l-uniku ingredjent attiv cetuximab.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12223"?><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Insostenn tat-talbiet tagħha, Yeda Research forniet, bħala l-ewwel AMM fis-sens tal-Artikolu 13 tal-imsemmi regolament, l-awtorizzazzjoni maħruġa fl-<DATE ISO="20031201">1 ta’ Diċembru 2003</DATE> mill-Awtorità Svizzera regolatorja (SwissMedic) għall-prodott mediċinali Erbitux li jikkontjeni l-ingredjent attiv cetuximab. Din l-awtorizzazzjoni inħarġet mill-imsemmija awtorità għall-indikazzjoni segwenti, jiġifieri: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>[f]limkien mal-irinotecan għat-trattament tal-pazjenti li jsofru minn kanċer kolorettali b’espressjoni EGFR (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>epidermal growth factor receptor<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="2019" ID="QE0037"/>) metastatiku, fil-każ fejn trattament ċitotossiku li jinkludi l-irinotecan ma jkollux suċċess<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>. Min-naħa l-oħra, l-istess awtorità ppreċiżat, fil-ħruġ tal-imsemmija awtorizzazzjoni, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>[l]-effetti mhux mixtieqa tal-irinotecan, sustanza assoċjata fit-trattament awtorizzat, għandhom ukoll jiġu kkunsidrati<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Yeda Research forniet, bħala ATS fis-sens tal-Artikolu 3(b) tal-istess regolament, dak maħruġ fid-<DATE ISO="20040629">29 ta’ Ġunju 2004</DATE> mill-Aġenzija Ewropea tal-Prodotti Mediċinali (EMA) lil Merck KGaA għall-prodott mediċinali Erbitux, li huwa deskritt bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>soluzzjoni għall-perfużjoni (qatra qatra fil-vina) li għandu bħala ingredjent attiv il-cetuximab<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. F’dan ir-rigward, għandu jiġi pppreċiżat li din l-ATS kienet ġiet mitluba lill-EMA għall-indikazzjoni terapewtika flimkien mal-irinotecan jew bħala aġent uniku għat-trattament tal-pazjenti li għandhom kanċer kolorettali metastatiku li għandu fattur ta’ tkabbir epidermiku (EGFR) wara li jkun falla trattament terapewtiku cytotoxique li jinkludi l-irinotecan.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Wara eżami, peress li kellu dubju fuq l-eżistenza tal-provi suffiċjenti sabiex jiġi stabbilit bilanċ pożittiv tal-użu tal-Erbitux f’monoterapija, il-Kumitat għall-Prodotti Mediċinali [Committee for Proprietary Medicinal Products (CPMP)] fil-bidu ta opinjoni favorevoli biss għall-ATS li tirrigwarda biss indikazzjoni terapewtika tal-Erbitux flimkien mal-irinotecan. Madankollu, f’opinjoni ulterjuri datata l-<DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, dan l-istess kumitat ta opinjoni favorevoli, b’mod li l-ATS ġiet modifikata sabiex tkopri wkoll l-indikazzjoni terapewtika tal-Erbitux f’monoterapija wara li jfalli trattament ibbażat fuq oxaliplatine u irinotecan u f’każ ta’ intolleranza għal din.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12224"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>L-ingredjent attiv irinotecan huwa kkummerċjalizzat b’mod partikolari fil-prodott mediċinali Campto mil-laboratorju Pfizer li għandu ATS f’numru ta’ Stati Membri u li fihom huwa ppreċiżat li dan il-prodott mediċinali jista’ jiġi amministrat f’monoterapija jew flimkien ma’ prodotti mediċinali oħra kontra l-kanċer, inkluż dak li jikkontjeni l-ingredjent attiv cetuximab.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, il-Patent Office irrifjuta l-ħruġ ta’ żewġ ĊPS mitluba. Fir-rigward tal-applikazzjoni SPC/GB04/037, huwa kkunsidra li l-ATS maħruġa mill-EMA kienet tkopri biss l-ingredjent attiv cetuximab, b’mod li l-applikazzjoni ma kinitx tissodisfa l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 3(b) tar-Regolament Nru° 469/2009. Fir-rigward tal-applikazzjoni SPC/GB04/038, il-Patent Office irrifjuta l-ħruġ ta’ ĊPS għall-ingredjent attiv cetuximab waħdu sa fejn il-miżura fejn, bid-differenza tal-kompożizzjoni magħmula minn żewġ ingredjenti attivi cetuximab u irinotecan, dan l-ingredjent attiv ma kienx individwalment protett mill-privattiva bażika fis-sens tal-Artikolu 3(a) tal-istess regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Yeda Research ippreżentat rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ rifjut quddiem il-High Court of Justice (England &amp; Wales), Chancery Division (Patents Court), fejn stiednet din il-qorti sabiex tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) fil-kawża li wasslet għas-sentenza tal-<DATE ISO="20111124">24 ta’ Novembru 2011</DATE>, Medeva (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-322/10" PAGE.ECR="I-12051" YEAR="2011">C-322/10, Ġabra p. I-12051</REF.DOC.ECR>).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tat-<DATE ISO="20100712">12 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-High Court of Justice ċaħdet ir-rikors fejn ikkunsidrat li l-ATS maħruġa mill-EMA għall-Erbitux, l-unika ATS rilevanti għall-finijiet tal-eżami tat-talbiet għal ĊPS inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ikopru biss l-uniku ingredjent attiv cetuximab, indipendentement mir-restrizzjonijiet tal-użu li jidhru fl-ATS ta’ dan il-prodott mediċinali u li jimponi użu flimkien ma’ ingredjent attiv ieħor kontenut f’prodott mediċinali ieħor. Fir-rigward tal-ATS maħruġ fl-Isvizzera, din il-qorti indikat li l-punt dwar jekk din l-awtorizzazzjoni kienet tkopri<?PAGE NO="I-12225"?> kumbinazzjoni ta’ prodotti jew fuq użu kombinat ta’ prodotti mediċinali ma kienx ġie stabbilit.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, billi tibbaża ruħha fuq il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fuq il-punt 25 tas-sentenza tal-<DATE ISO="20060504">4 ta’ Mejju 2006</DATE>, Massachusetts Institute of Technology (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-431/04" PAGE.ECR="I-4089" YEAR="2006">C-431/04, Ġabra p. I-4089</REF.DOC.ECR>) u l-punt 18 tad-Digriet tas-<DATE ISO="20070417">17 ta’ April 2007</DATE>, Yissum (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-202/05" PAGE.ECR="I-2839" YEAR="2007">C-202/05, Ġabra p. I-2839</REF.DOC.ECR>), deċiżjonijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>prodott<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ma jinkludix l-użu terapewtiku ta’ ingredjent attiv protett mill-privattiva bażika u li sustanza li ma teżerċita ebda effett terapewtiku proprju u li sservi sabiex tinkiseb ċerta forma farmaċewtika tal-prodott mediċinali ma taqax fil-kunċett ta’ ingredjent attiv, il-High Court of Justice ikkonkludiet li ċ-ċirkustanza li l-indikazzjoni terapewtika tal-Erbitux kienet tirreferi għal użu f’kumbinazzjoni terapewtika ma’ ingredjent attiv ieħor, jiġifieri l-irinotecan, kontenut f’prodott mediċinali ieħor, li ma jippermettix li jiġi kkunsidrat li l-ATS maħruġ għall-Erbitux tkopri l-kompożizzjoni tal-ingredjenti attivi cetuximab u irinotecan liema protezzjoni ġiet mitluba miċ-ĊPS. Min-naħa l-oħra, din il-qorti kkunsidrat li l-privattiva bażika kienet tipproteġi din il-kompożizzjoni terapewtika, iżda ma kinitx tiddeskrivi ingredjent attiv uniku.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Kontra s-sentenza tal-High Court of Justice, Yeda Research appellat quddiem il-qorti tar-rinviju għal dak li jirrigwarda ċ-ċaħda tat-talba tagħha li tirrigwarda ĊPS li jkopri l-ingredjent attiv cetuximab waħdu (SPC/GB04/038). F’dan ir-rigward, hija sostniet li, fil-perijodu tat-terminu ta’ validità tal-privattiva tagħha, hija kienet f’pożizzjoni, skont id-dritt nazzjonali dwar il-privattivi, li topponi l-użu minn terzi tal-ingredjent attiv cetuximab, inkluż f’mono terapija, sa fejn użu bħal dan jammonta għal ksur indirett tal-invenzjoni tagħha jew inkella ksur b’kompliċità, fis-sens tal-Artikolu 60(2) tal-UK Patents Act 1977. Konsegwentement, għandu jiġi kkunsidrat, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009, li, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, l-ingredjent attiv inkwistjoni kien protett mill-imsemmija privattiva, minkejja l-fatt li dan jitlob kompożizzjoni ta’ dan l-ingredjent attiv flimkien ma’ ingredjent attiv ieħor, jiġifieri, fil-kawża prinċipali, l-irinotecan.</TXT></NP><?PAGE NO="I-12226"?><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, il-Patent Office sostna li, anki jekk il-kriterju tal-ksur tal-privattiva bażika jista’ jiġi użat għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009, applikazzjoni bħal din għandha tkun limitata għal ksur dirett ta’ din il-privattiva u ma testendix għall-ksur ta’ din li fuqha huma bbażati t-talbiet ta’ Yeda Research. B’mod partikolari, huwa jsostni li, kieku kellu japplika l-kriterju tal-ksur indirett, dan ikun b’hekk marbut jiddetermina l-użu tal-prodott, fil-każ preżenti f’kompożizzjoni mal-ingredjent attiv irinotecan, b’mod li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-użu tal-prodott ma huwiex rilevanti għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ din u li użu bħal dan ikun, fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal ĊPS, teoriku, peress li hija tiddependi mill-portata tal-ATS fil-mument tal-introduzzjoni ta’ din it-talba. Fil-fatt, fil-kawża prinċipali, l-ATS inizjali kienet tawtorizza indikazzjoni terapewtika f’kompożizzjoni flimkien ma’ ingredjent attiv ieħor, peress li, fil-verżjoni modifikata tagħha, hija kienet tawtorizza ulterjorment ukoll indikazzjoni monoterapewtiku tal-ingredjent attiv cetuximab.</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division), fejn ukoll ikkunsidrat bħala rilevanti l-fatt li ċerti uffiċċji nazzjonali tal-proprjetà intellettwali ħarġu lil Yeda Research <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ĊPS simili għal dawk li ġie rrifjutat lill-Patent Office, iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li taqgħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Jekk il-kriterji biex jiġi deċiż jekk prodott huwiex <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>protett minn privattiva bażika fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="2019" ID="QE0042"/> taħt l-Artikolu 3(a) tar-Regolament [Nru 469/2009] jinkludu jew jikkonsistu f’evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk il-provvista tal-prodott tivvjolax il-privattiva bażika, il-fatt li l-vjolazzjoni seħħ permezz ta’ vjolazzjoni indiretta jew kontributorja bbażata fuq l-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni Komunitarja dwar il-Privattivi, ippromulgat bħala l-Artikolu 60(2) tal-[UK] Patents Act 1977 fir-Renju Unit, u d-dispożizzjonijiet korrispondenti fil-liġijiet tal-Istati Membri l-oħra tal-Komunità jagħmel xi differenza għall-analiżi?<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-12227"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 104(3) tar-Regoli tal-Proċedura, meta talba għal deċiżjoni preliminari tkun identika għal domanda li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet dwarha, jew fil-każ li r-risposta għal tali domanda tkun tista’ b’mod ċar tiġi dedotta mill-ġurisprudenza, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, wara li tkun semgħet lill-Avukat Ġenerali, f’kull waqt, tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat. Il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li dan huwa l-każ fil-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Fil-fatt, id-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju fil-kawża preżenti hija, essenzjalment, l-istess għal dawk li saru minn din l-istess qorti fil-kawża li wasslet għas-sentenza Medeva, iċċitata iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposti u d-dettalji mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fl-imsemmija sentenza huma wkoll validi għal dak li jirrigwarda d-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju fil-kawża preżenti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-fatt, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru° 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ĊPS meta l-ingredjent attiv imsemmi fl-applikazzjoni, għalkemm jidher fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika bħala ingredjent attiv li jaqa’ f’kompożizzjoni ma’ ingredjent attiv ieħor, ma jkunx is-suġġett ta’ ebda talba li titratta biss fuq dan l-ingredjent attiv.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward dwar jekk ir-regoli nazzjonali li jirrigwardaw ksur jistgħux jintużaw għall-finijiet li jiġi evalwat jekk prodott huwa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>il-prodott ikun protett minn privattiva bażika fis-seħħ<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009, għandu jitfakkar li,<?PAGE NO="I-12228"?> fl-istat preżenti tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-privattivi għadhom ma kinux is-suġġett ta’ armonizzazzjoni fil-kuntest tal-Unjoni Ewropea jew ta’ approssimazzjoni tal-liġijiet (ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19990916">16 ta’ Settembru 1999</DATE>, Farmitalia, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-392/97" PAGE.ECR="I-5553" YEAR="1999">C-392/97, Ġabra p. I-5553</REF.DOC.ECR>, punt 26, u Medeva, iċċitata iktar ’il fuq, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Konsegwentement, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tad-dritt tal-privattivi fuq livell tal-Unjoni Ewropea, il-portata tal-protezzjoni mogħtija mill-privattiva tista’ tiġi ddeterminata biss fir-rigward tar-regoli li jirregolaw din tal-aħħar, li ma jaqgħux taħt id-dritt tal-Unjoni (ara s-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Farmitalia, punt 27, u Medeva, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li r-Regolament Nru° 469/2009 jistabbilixxi soluzzjoni uniformi fuq il-livell tal-Unjoni billi joħloq ĊPS li jista’ jinkiseb mid-detentur ta’ privattiva nazzjonali jew Ewropea skont l-istess kundizzjonijiet f’kull Stat Membru. Huwa b’hekk intiż sabiex jipprevjeni evoluzzjoni eteroġenja tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jwasslu għal differenzi ġodda ta’ natura li jostakolaw il-moviment liberu tal-prodotti mediċinali fi ħdan l-Unjoni u li, minħabba f’hekk, jaffettwaw direttament l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern (ara s-sentenzi tat-<DATE ISO="19950713">13 ta’ Lulju 1995</DATE>, Spanja vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-350/92" PAGE.ECR="I-1985" YEAR="1995">C-350/92, Ġabra p. I-1985</REF.DOC.ECR>, punti 34 u 35; tal-<DATE ISO="20031211">11 ta’ Diċembru 2003</DATE>, Hässle, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/00" PAGE.ECR="I-14781" YEAR="2003">C-127/00, Ġabra p. I-14781</REF.DOC.ECR>, punt 37; tat-<DATE ISO="20090903">3 ta’ Settembru 2009</DATE>, AHP Manufacturing, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-482/07" PAGE.ECR="I-7295" YEAR="2009">C-482/07, Ġabra p. I-7295</REF.DOC.ECR>, punt 35, u Medeva, iċċitata iktar ’il fuq, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 5 tar-Regolament Nru 469/2009, kull ĊPS jagħti l-istess drittijiet bħal dawk mogħtija minn privattiva bażika u huma suġġetti għall-istess limitazzjonijiet u għall-istess obbligi. B’hekk jirriżulta li l-Artikolu 3(a), tal-istess regolament jipprekludi l-ħruġ ta’ ĊPS li jirrigwardaw ingredjenti attivi li ma jidhrux fil-kliem tat-talbiet ta’ din il-privattiva bażika (sentenza Medeva, iċċitata iktar ’il fuq, punt 25).</TXT></NP><?PAGE NO="I-12229"?><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Bl-istess mod, jekk privattiva ssostni kompożizzjoni ta’ żewġ ingredjenti attivi, iżda ma tinkludi ebda talba fuq wieħed minn dawn il-ingredjenti attivi kkunsidrat individwalment, ĊPS ma jinħariġx fuq il-bażi ta’ privattiva bħal din għal wieħed minn dawn il-ingredjenti attivi kkunsidrati waħidhom (sentenza Medeva, iċċitata iktar ’il fuq, punt 26).</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru° 469/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-uffiċċji għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ĊPS meta l-ingredjent attiv imsemmi fl-applikazzjoni, għalkemm jidher fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika bħala ingredjent attiv li jaqgħa f’kompożizzjoni ma’ ingredjent attiv ieħor, ma jkunx is-suġġett ta’ ebda talba li titratta biss fuq dan l-ingredjent attiv.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20090506">6 ta’ Mejju 2009</DATE>, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinal, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lill-uffiċċji<?PAGE NO="I-12230"?> għall-proprjetà industrijali kompetenti ta’ Stat Membru milli joħorġu ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari meta l-ingredjent attiv imsemmi fl-applikazzjoni, għalkemm jidher fil-kliem tat-talbiet tal-privattiva bażika bħala ingredjent attiv li jaqgħa f’kompożizzjoni ma’ ingredjent attiv ieħor, ma jkunx is-suġġett ta’ ebda talba li titratta biss fuq dan l-ingredjent attiv.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>