<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-723/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0723</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2022:209">EU:C:2022:209</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>12</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>12</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tal‑<DATE ISO="20220324">24.3.2022</DATE> – Kawża C‑723/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Galapagos BidCo.</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20220324">24 ta’ Marzu 2022</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2015/848</KEYWORD><KEYWORD>Proċeduri ta’ insolvenza</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisdizzjoni internazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Trasferiment taċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur lejn Stat Membru ieħor wara t-tressiq ta’ talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil‑Kawża C‑723/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas‑<DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid‑<DATE ISO="20201229">29 ta’ Diċembru 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Galapagos BidCo. Sàrl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">DE</HT>, fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju ta’ Galapagos SA,</P><P><HT TYPE="BOLD">Hauck Aufhäuser Fund Services SA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Prime Capital SA,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL‑ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn E. Regan, President tal‑Awla, I. Jarukaitis (Relatur), M. Ilešič, D. Gratsias u Z. Csehi, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Galapagos BidCo. Sàrl, minn W. Nassall, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għal DE, fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju ta’ Galapagos SA, minn C. van de Sande, Rechtsanwalt,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Hauck Aufhäuser Fund Services SA u Prime Capital SA, minn R. Hall, Rechtsanwalt,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn J. Möller, M. Hellmann u U. Bartl, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Grünheid u S. Noë, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE> dwar proċedimenti ta’ insolvenza (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="141" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 141, p. 19</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="349" PAGE.FIRST="9" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 349, p. 9</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Galapagos BidCo. Sàrl u DE, fil-kwalità tiegħu ta’ stralċjarju ta’ Galapagos SA, Hauck Aufhäuser Fund Services SA u Prime Capital SA, dwar talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fil-Ġermanja fir-rigward ta’ Galapagos.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id‑dritt tal‑Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il‑Ftehim dwar il‑Ħruġ</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 67(3) tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="029" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 29, p. 7</REF.DOC.OJ> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim dwar il-Ħruġ<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Fir-Renju Unit [tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq], kif ukoll fl-Istati Membri f’sitwazzjonijiet li jinvolvu lir-Renju Unit, id-dispożizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw kif ġej:</P><P>[…]</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>ir-[Regolament Nru 2015/848] għandu japplika għal proċedimenti ta’ insolvenza, u għal azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(1) ta’ dak ir-Regolament, dment li l-proċedimenti ewlenin inbdew qabel tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 126 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għandu jkun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni jew ta’ implimentazzjoni, li għandu jibda mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim u jintemm fil‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad‑<DATE ISO="20000529">29 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar proċedimenti ta’ falliment (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191), imħassar bir-Regolament 2015/848, kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Il-qrati ta’ l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinstab iċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollu l-ġurisdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta’ falliment. Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-post ta’ l-uffiċju rreġistrat għandu jkun meqjus li huwa ċ-ċentru ta’ l-interessi prinċipali fin-nuqqas ta’ prova għal kuntrarju.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir‑Regolament 2015/848</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 3, 5, 8, 23, 27, 29, 33 u 65 tar-Regolament 2015/848 jistipulaw:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>(1)</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20121212">12 ta’ Diċembru 2012</DATE>, il-Kummissjoni [Ewropea] adottat rapport dwar l-applikazzjoni tar-[Regolament Nru 1346/2000]. Ir-rapport ikkonkluda li r-Regolament b’mod ġenerali qed jaħdem sew imma li hemm ix-xewqa li tittejjeb l-applikazzjoni ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sabiex tissaħħaħ l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti transkonfinali ta’ insolvenza. Billi dak ir-Regolament ġie emendat diversi drabi u għandhom isiru aktar emendi, huwa għandu jitfassal mill-ġdid fl-interess taċ-ċarezza.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(3)</NO.P><TXT>Il-funzjonament xieraq tas-suq intern jeħtieġ li l-proċedimenti transkonfinali ta’ insolvenza joperaw b’effiċjenza u b’effettività. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(5)</NO.P><TXT>Biex is-suq intern jiffunzjona sew, hu neċessarju li jiġu evitati inċentivi għall-partijiet biex jittrasferixxu assi jew proċedimenti ġudizzjarji minn Stat Membru għall-ieħor, bil-ħsieb li jiksbu pożizzjoni legali aktar favorevoli għad-detriment tal-korp ġenerali tal-kredituri (forum shopping).</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(8)</NO.P><TXT>Sabiex jinkiseb l-għan li jittejbu l-effiċjenza u l-effettività ta’ proċedimenti ta’ insolvenza li għandhom effetti transkonfinali, huwa meħtieġ, u xieraq, li dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni, l-għarfien, u l-liġi applikabbli f’dan il-qasam ikunu miġburin f’miżura tal-Unjoni li tkun torbot u tapplika direttament fl-Istati Membri.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament jawtorizza l-proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza li jinbdew fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu ċ-ċentru prinċipali tal-interessi tiegħu. Dawk il-proċedimenti għandhom ambitu universali u huma mmirati li jkopru l-assi kollha tad-debitur. […]</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="4"?><CONSID><NP><NO.P>(27)</NO.P><TXT>Qabel il-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, il-qorti kompetenti għandha teżamina fuq inizjattiva tagħha jekk iċ-ċentru tal-interessi prinċipali jew l-istabbiliment tad-debitur jinsabx effettivament fil-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(29)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu jkun fih għadd ta’ salvagwardji bil-għan li jiġi evitat <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>forum shopping<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> frodulenti jew abbużiv.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(33)</NO.P><TXT>Fil-każ li l-qorti invokata bit-talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza issib li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ma jinsabx fit-territorju tagħha, din ma għandhiex tiftaħ proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(65)</NO.P><TXT>Dan ir-Regolament għandu jipprovdi għall-għarfien immedjat ta’ ġudizzji li jkopru l-ftuħ, it-twettiq u l-għeluq ta’ proċedimenti ta’ insolvenza li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u fis-sentenzi mgħotija b’ konnessjoni diretta ma’ proċedimenti ta’ insolvenza bħal dawk. Għarfien awtomatiku għandu għalhekk ifisser li l-effetti attribwiti għal proċedimenti bil-liġi tal-Istat Membru li fih ikunu ġew miftuħa l-proċedimenti, ikunu estiżi lejn l-Istati Membri l-oħra kollha. L-għarfien tas-sentenzi mogħtija mill-qrati tal-Istati Membri għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka. Għal dan il-għan, ir-raġunijiet għal nuqqas ta’ għarfien għandhom jitnaqqsu għal minimu meħtieġ. Dan huwa wkoll il-bażi li fuqu għandha tiġi solvuta xi tilwima meta l-qrati ta’ żewġ Stati Membri jinsistu t-tnejn fuq il-kompetenza li jiftħu l-proċedimenti prinċipali tal-insolvenza. Id-deċiżjoni tal-Prim Awla li tiftaħ il-proċedimenti għandha tkun magħrufa fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma dawk l-Istati jkollhom il-poter li jiskrutinizzaw id-deċiżjoni tal-qorti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont il-punt (7) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, għall-finijiet ta’ dan tal-aħħar, is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> tfisser deċiżjoni li tinkludi d-deċiżjoni ta’ kwalunkwe qorti li tiftaħ proċedura ta’ insolvenza jew li tikkonferma l-ftuħ ta’ tali proċedura u d-deċiżjoni ta’ qorti li taħtar prattikant fl-insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Ġurisdizzjoni internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="003.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur għandu jkollhom il-ġurisdizzjoni biex jiftħu l-proċedimenti tal-insolvenza (<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>il-proċedimenti prinċipali ta’ insolvenza<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>). Iċ-ċentru tal-interessi prinċipali għandu jkun il-post fejn id-debitur iwettaq l-amministrazzjoni tal-interessi tiegħu fuq bażi regolari u li jista’ jiġi aċċertat minn partijiet terzi.</ALINEA><ALINEA>Fil-każ ta’ kumpannija jew persuna ġuridika, il-preżunzjoni tkun li l-post tal-uffiċċju rreġistrat ikun iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja. […]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Meta ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur ikun jinstab fit-territorju ta’ Stat Membru, il-qrati ta’ Stat Membru ieħor għandhom ikollhom il-ġurisdizzjoni li jiftħu proċedimenti ta’ insolvenza kontra dak id-debitur fil-każ biss li dak ikollu stabbiliment fit-territorju ta’ dak l-Istat<?PAGE NO="5"?> Membru l-ieħor. L-effetti ta’ dawk il-proċedimenti għandhom ikunu ristretti għall-assi tad-debitur li jkunu jinstabu fit-territorju tal-Istat Membru l-ieħor.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="003.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Meta proċedimenti ta’ insolvenza jkunu nfetħu skont il-paragrafu 1, kull proċediment miftuħ sussegwentement skont il-paragrafu 2 ikun proċedimenti sekondarji ta’ insolvenza.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-istess regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Eżami tal-ġurisdizzjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Qorti li tiġi invokata bit-talba għall-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza għandha teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex ufficio</HT> jekk għandhiex ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3. Is-sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza għandha tispeċifika r-raġunijiet fuq xiex tkun ibbażata l-ġurisdizzjoni tal-qorti, u, b’mod partikolari, jekk il-ġurisdizzjoni tkunx ibbażata fuq l-Artikolu 3(1) jew (2).<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 19(1) tar-Regolament Nru 2015/848 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>Kwalunkwe sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta’ insolvenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru li jkollu l-ġurisdizzjoni skont l-Artikolu 3 għandu jkun rikonoxxut fl-Istati Membri kollha mill-waqt li jsir effettiv fl-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑kawża prinċipali u d‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Galapagos hija kumpannija holding li għandha s-sede statutorja tagħha fil-Lussemburgu. Fix-xahar ta’ Ġunju 2019, hija ddeċidiet li tittrasferixxi l-amministrazzjoni ċentrali tagħha lejn Fareham (ir-Renju Unit). Fit‑<DATE ISO="20190822">22 ta’ Awwissu 2019</DATE>, l-amministraturi tagħha maħtura fit‑<DATE ISO="20190613">13 ta’ Ġunju 2019</DATE> talbu lill-High Court of Justice (England and Wales), Chancery Division (Business and Property Courts, Insolvency and Companies list) (il-Qorti Għolja tal-Ġustizzja (Ingilterra u Wales), Sezzjoni tal-Ekwità (Awla tan-Negozju u l-Proprjetà, Reġistru tal-Insolvenza u tal-Kumpanniji, ir-Renju Unit) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>High Court<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza. Madankollu, l-għada, dawn l-amministraturi ġew irrevokati fuq l-instigazzjoni ta’ grupp ta’ kredituri li kellhom pleġġ ta’ azzjonijiet u ġew issostitwiti minn amministratur ġdid. Dan tal-aħħar stabbilixxa, għal Galapagos, uffiċċju f’Düsseldorf (il-Ġermanja) u ta istruzzjoni lill-avukati li jirrappreżentawha sabiex jirtiraw it-talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza. Madankollu, dan l-irtirar ma seħħx għaliex grupp ta’ kredituri ngħaqad ma’ din it-talba. Il-High Court kienet għadha ma ddeċidietx fuqha fis‑<DATE ISO="20201217">17 ta’ Diċembru 2020</DATE>, data li fiha tressqet it-talba għal deċiżjoni preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190823">23 ta’ Awwissu 2019</DATE>, Galapagos ressqet talba oħra għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza quddiem l-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), li, permezz ta’ digriet mogħti fl-istess jum, ħatret lil DE bħala amministratur ġudizzjarju provviżorju u ordnat miżuri kawtelatorji. Madankollu, fis‑<DATE ISO="20190906">6 ta’ Settembru 2019</DATE>, din il-qorti, adita minn kredituri b’rikors immedjat, irrevokat id-digriet tagħha u ċaħdet bħala inammissibbli t-talba ta’ Galapagos, għar-raġuni li hija ma kellhiex ġurisdizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20190906">6 ta’ Settembru 2019</DATE>, Hauck Aufhäuser Fund Services u Prime Capital, żewġ kumpanniji kredituri oħra ta’ Galapagos, adixxew lill-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) b’talba oħra għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza. Permezz ta’ digriet tad‑<?PAGE NO="6"?><DATE ISO="20190909">9 ta’ Settembru 2019</DATE>, din il-qorti reġgħet ħatret lil DE bħala amministratur ġudizzjarju provviżorju u ordnat miżuri provviżorji, billi kkunsidrat li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ Galapagos kien jinsab f’Düsseldorf meta din it-talba ġiet ippreżentata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Galapagos BidCo, li hija kemm sussidjarja kif ukoll kreditriċi ta’ Galapagos, f’din il-kwalità tal-aħħar adixxiet lil-Landgericht Düsseldorf (il-Qorti Reġjonali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja) b’rikors immedjat sabiex tikseb l-annullament tad-digriet tad‑<DATE ISO="20190909">9 ta’ Settembru 2019</DATE>, billi sostniet li l-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) ma kellhiex ġurisdizzjoni internazzjonali, peress li l-amministrazzjoni ċentrali ta’ Galapagos kienet ġiet ittrasferita lil Fareham fix-xahar ta’ Ġunju 2019. Peress li dan ir-rikors ġie miċħud permezz ta’ digriet tat‑<DATE ISO="20191030">30 ta’ Ottubru 2019</DATE>, Galapagos BidCo. adixxiet lill-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja, il-Ġermanja), il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Dik il-qorti tesponi li l-qorti tal-appell ikkunsidrat li kien ġust li l-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) kienet aċċettat il-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha billi kkunsidrat li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ Galapagos kien jinsab fil-Ġermanja fid‑<DATE ISO="20190909">9 ta’ Settembru 2019</DATE>. Barra minn hekk, din il-qorti tal-appell qieset li t-talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza mressqa quddiem il-High Court ma kinitx tipprekludi din il-ġurisdizzjoni, peress li l-prinċipju li l-ġurisdizzjoni internazzjonali ta’ qorti ma tistax tiġi eskluża bit-trasferiment, bejn it-talba u l-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza, taċ-ċentru tal-interessi prinċipali fi Stat Membru ieħor jikkonċerna biss, fil-fehma tagħha, iż-żamma tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita inizjalment u ma għandu ebda effett fuq il-ġurisdizzjoni ta’ qrati oħra aditi sussegwentement.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li l-eżitu tal-appell li hija adita bih jiddependi mill-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848. Fil-fatt, fl-ewwel lok, il-qorti tal-appell, fil-fehma tagħha, wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ Galapagos kien jinsab fil-Ġermanja, jekk l-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija, li għandha s-sede statutorja tagħha fl-ewwel Stat Membru, għandha titqies li ma għandhiex iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħha fit-tieni Stat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab l-amministrazzjoni ċentrali tagħha meta din il-kumpannija tkun ittrasferixxiet l-amministrazzjoni ċentrali tagħha mit-tielet Stat Membru lejn dan it-tieni Stat Membru minkejja li kienet preċedentement ġiet ippreżentata f’dan it-tielet Stat Membru talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza u li għadha ma ngħatatx deċiżjoni dwar din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Hija tirrileva, f’dan ir-rigward, li t-tieni sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848 tistipula li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali jikkorrispondi għall-post fejn id-debitur iwettaq l-amministrazzjoni tal-interessi tiegħu fuq bażi regolari u li huwa verifikabbli minn terzi. Hija tosserva li, fil-ġurisprudenza tagħha dwar ir-Regolament Nru 1346/2000, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li kellu jiġi pprivileġġat il-post identifikabbli tal-amministrazzjoni ċentrali tal-kumpannija kkonċernata. Għaldaqstant, hija tqis li jkun hemm lok li tiġi kkonfermata l-konstatazzjoni tal-qorti tal-appell li Galapagos kellha ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħha fil-Ġermanja fil-bidu tax-xahar ta’ Settembru 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, wara r-riformulazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000 magħmula bir-Regolament Nru 2015/848, hemmx lok, fid-determinazzjoni taċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ kumpannija debitriċi u sabiex jiġi evitat aġir abbużiv f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża li tressqet quddiemha, li jiġu imposti rekwiżiti speċifiċi sabiex jiġi kkunsidrat li trasferiment taċ-ċentru tal-interessi prinċipali lejn Stat Membru ieħor għandu jittieħed inkunsiderazzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, il-qorti tal-appell, skont il-qorti tar-rinviju, wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati Ġermaniżi tirriżulta mill-fatt li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ Galapagos kien jinsab fit-territorju Ġermaniż fix-xahar ta’ Settembru 2019, jekk l-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur fil-mument tat-tressiq ta’ talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza jibqa’ jkollhom ġurisdizzjoni fuq il-livell internazzjonali sabiex jiftħu din il-proċedura meta d-debitur jittrasferixxi ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor wara t-tressiq ta’ din it-talba, iżda qabel ma jseħħ il-ftuħ tal-imsemmija proċedura u, min-naħa l-oħra, iż-żamma tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati ta’ Stat Membru inizjalment aditi teskludi l-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru ieħor sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ talbiet oħra għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva, qabelxejn, li l-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060117">17 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Staubitz-Schreiber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑1/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:39">EU:C:2006:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), interpretat l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 fis-sens li l-qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kien jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur fil-mument tat-tressiq tat-talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza mid-debitur jibqa’ jkollha ġurisdizzjoni sabiex tiftaħ l-imsemmija proċedura meta l-imsemmi debitur ikun ittrasferixxa ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor wara l-preżentata ta’ din it-talba, iżda qabel il-ftuħ tal-proċedura. Hija tistaqsi, madankollu, jekk, fid-dawl tar-riformulazzjoni ta’ dan ir-regolament imwettqa bir-Regolament 2015/848, din il-ġurisprudenza għadhiex rilevanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Sussegwentement, il-qorti tar-rinviju tirrileva li mir-Regolament 2015/848 u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jsegwi li tista’ tinfetaħ proċedura waħda ta’ insolvenza prinċipali u li l-Istati Membri kollha huma marbuta bid-deċiżjoni li tiftaħ tali proċedura, b’tali mod li l-ġurisdizzjoni internazzjonali prevista fl-Artikolu 3(1) ta’ dan ir-regolament titqies li tikkostitwixxi ġurisdizzjoni esklużiva. Issa, skont din il-qorti, jekk iż-żamma tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita inizjalment ma teskludix il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati ta’ Stat Membru ieħor sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ talbiet ġodda għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza, tali qorti adita ulterjorment tkun tista’ tiftaħ il-proċedura ta’ insolvenza prinċipali permezz ta’ deċiżjoni li tkun torbot lill-qorti adita inizjalment, b’tali mod li din tal-aħħar ma tkunx tista’ iktar tiftaħ proċedura ta’ insolvenza prinċipali, u dan jista’ jċaħħad minn effett utli ż-żamma tal-ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva li tirriżulta mill-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2015/848 u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl-aħħar, il-qorti tar-rinviju tindika li, fil-kuntest tar-rikors li hija adita bih, hija għandha titlaq mill-prinċipju li, fid-data li fiha tressqet it-talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza quddiem il-High Court, il-ġurisdizzjoni internazzjonali tal-qrati tar-Renju Unit sabiex jiftħu proċeduri ta’ insolvenza prinċipali kienet stabbilita skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848, peress li, skont il-fatti li fuqhom huwa bbażat dan ir-rikors, iċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ Galapagos kien jinsab f’din id-data fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi l-Bundesgerichtshof (il-Qorti Federali tal-Ġustizzja) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tar-[Regolament 2015/848] għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija debitriċi li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jkun jinsab fi Stat Membru ma jkollhiex iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħha f’tieni Stat Membru li fih jinsab il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha, kif dan il-post jista’ jiġi ddeterminat abbażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli minn terzi, meta, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-proċedura fil-kawża prinċipali, din il-kumpannija tkun ittrasferixxiet dan il-post ta’ amministrazzjoni ċentrali minn tielet Stat Membru lejn dan it-tieni Stat Membru, fi żmien li fih talba għal ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza prinċipali fir-rigward tal-assi tal-imsemmija kumpannija tkun tressqet f’dan it-tielet Stat Membru u tkun għadha ma ngħatatx deċiżjoni dwar din it-talba?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-Artikolu 3(1) tar-Reglament 2015/848 għandu jiġi interpretat fis-sens li:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur fiż-żmien li fih titressaq talba għall-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza jżommu ġurisdizzjoni fuq il-livell internazzjonali sabiex jiddeċiedu dwar il-ftuħ ta’ din il-proċedura meta d-debitur jittrasferixxi ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor wara t-tressiq tat-talba iżda qabel ma tittieħed id-deċiżjoni dwar il-ftuħ tal-proċedura; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>li tali żamma tal-ġurisdizzjoni fuq il-livell internazzjonali tal-qrati ta’ Stat Membru teskludi l-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru ieħor fir-rigward ta’ talbiet oħra għall-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza prinċipali li jaslu f’qorti ta’ Stat Membru ieħor wara t-trasferiment taċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur lejn dan l-Istat Membru l-ieħor?<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id‑domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848 għandux jiġi interpretat fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali żżomm ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tiftaħ tali proċedura meta ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur jiġi ttrasferit lejn Stat Membru ieħor wara t-tressiq ta’ din it-talba, iżda qabel ma din il-qorti tkun iddeċidiet dwarha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ma ġietx mistoqsija dwar il-klassifikazzjoni jew dwar il-konsegwenzi, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848, tat-trasferiment taċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ debitur qabel it-tressiq tal-ewwel talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza li kienet seħħet f’mument qrib ta’ dan it-tressiq. Fil-fatt, il-qorti tar-rinviju indikat, kif tfakkar fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, li hija għandha, essenzjalment, għal raġunijiet proċedurali, titlaq mill-prinċipju li, fid-data li fiha tressqet it-talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza fir-rigward ta’ Galapagos quddiem il-High Court, dan iċ-ċentru kien jinsab fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Peress li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, fil-kuntest ta’ din id-domanda, b’mod iktar preċiż dwar jekk il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 u, speċjalment, l-interpretazzjoni ta’ dan ir-regolament mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060117">17 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Staubitz-Schreiber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑1/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:39">EU:C:2006:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), humiex rilevanti għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848, qabelxejn għandu jiġi kkonstatat li, kif jirriżulta mill-premessa 1 ta’ dan ir-regolament tal-aħħar, dan iwettaq riformulazzjoni tar-Regolament Nru 1346/2000 li kien ġie emendat diversi drabi. Issa, minn naħa, bħal dan tal-aħħar, ir-Regolament 2015/848 huwa intiż b’mod partikolari, kif jirriżulta mill-premessa 8 tiegħu, sabiex itejjeb u jħaffef il-proċeduri ta’ insolvenza li għandhom effetti transkonfinali billi jinkludi, f’att vinkolanti u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha, dispożizzjonijiet dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u d-dritt applikabbli f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bħar-Regolament Nru 1346/2000, ir-Regolament 2015/848 ifittex b’mod partikolari l-għan, stabbilit fil-premessa 5 tiegħu, li jiġi evitat, sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, li l-partijiet ma jkunux inċentivati li jittrasferixxu assi jew proċeduri ġudizzjarji minn Stat Membru għal ieħor bil-ħsieb li jtejbu s-sitwazzjoni legali tagħhom għad-detriment tal-korp ġenerali tal-kredituri (forum shopping). Għal dan l-għan, huwa jfittex b’mod partikolari, kif isegwi mill-premessa 29 tiegħu, li jistabbilixxi garanziji intiżi sabiex jipprekludu t-tfittxija frawdolenti jew abbużiva tal-qorti l-iktar favorevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848 jipprevedi, bħall-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000, li l-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiftħu l-proċedura ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-interpretazzjoni tar-regoli stabbiliti mir-Regolament Nru 1346/2000 fil-qasam tal-ġurisdizzjoni internazzjonali tibqa’ rilevanti għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Novo Banco</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑253/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:585">EU:C:2020:585</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848 jagħti, għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali, ġurisdizzjoni esklużiva lill-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu d-debitur għandu ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu (ara, b’analoġija, is-sentenzi tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111215">15 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Rastelli Davide u C.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑191/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:838">EU:C:2011:838</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Wiemer &amp; Trachte</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑296/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:902">EU:C:2018:902</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, fis-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060117">17 ta’ Jannar 2006</DATE>, <NAME.CASE>Staubitz-Schreiber</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑1/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:39">EU:C:2006:39</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li l-qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur meta titressaq it-talba għall-ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza mid-debitur jibqa’ jkollha ġurisdizzjoni sabiex tiftaħ l-imsemmija proċedura meta l-imsemmi debitur jittrasferixxi ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor wara t-tressiq tat-talba, iżda qabel ma jseħħ il-ftuħ tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret b’mod partikolari, fil-punt 25 ta’ din is-sentenza, l-għan tar-Regolament Nru 1346/2000, li huwa identiku għal dak li issa huwa segwit mir-Regolament 2015/848, li jikkonsisti f’li jiġi evitat li l-partijiet fil-proċedura jiġu mħeġġa jittrasferixxu assi jew proċeduri ġudizzjarji minn Stat Membru għal ieħor, sabiex itejbu s-sitwazzjoni legali tagħhom, u kkunsidrat li dan l-għan ma jintlaħaqx jekk id-debitur ikun jista’ jittrasferixxi ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tiegħu lejn Stat Membru ieħor bejn it-tressiq<?PAGE NO="10"?> tat-talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza u meta tingħata d-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ din il-proċedura u jiddetermina, b’dan il-mod, il-qorti li għandha ġurisdizzjoni kif ukoll id-dritt applikabbli. Il-Qorti tal-Ġustizzja rrilevat, fil-punt 26 tal-imsemmija sentenza, li tali trasferiment ta’ ġurisdizzjoni jkun ukoll kuntrarju għall-għan, issa stabbilit fil-premessi 3 u 8 tar-Regolament 2015/848, ta’ funzjonament effettiv, imtejjeb u mħaffef tal-proċeduri amministrattivi, billi jobbliga lill-kredituri jfittxu kontinwament lid-debitur fil-post fejn huwa jiddeċiedi li huwa tajjeb li jistabbilixxi ruħu b’mod bejn wieħed u ieħor definittiv, u joħloq ir-riskju li, fil-prattika, iwassal ħafna drabi għal dewmien fil-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk iż-żamma tal-ġurisdizzjoni tal-qorti ta’ Stat Membru inizjalment adita għandhiex il-konsegwenza li teskludi l-ġurisdizzjoni tal-qrati ta’ Stat Membru ieħor sabiex jieħdu konjizzjoni ta’ talbiet ġodda għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali, għandu jiġi kkonstatat, qabelxejn, li mill-Artikolu 3 tar-Regolament 2015/848 isegwi li hija biss proċedura prinċipali li tista’ tinfetaħ u li din tipproduċi l-effetti tagħha fl-Istati Membri kollha li fihom dan ir-regolament huwa applikabbli (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Eurofood IFSC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:281">EU:C:2006:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Sussegwentement, konformement mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament 2015/848, moqri fid-dawl tal-premessa 27 tiegħu, hija l-qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali li għandha teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk hija għandhiex ġurisdizzjoni u, għal dan l-għan, tivverifika li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur, fis-sens tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament, jinsab f’dan l-Istat Membru (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Eurofood IFSC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:281">EU:C:2006:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Il-premessa 33 ta’ dan ir-regolament tindika barra minn hekk li, meta l-qorti adita b’tali talba tikkonstata li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali ma jinsabx fit-territorju tal-Istat li tagħmel parti minnu, din ma għandhiex tiftaħ proċedura prinċipali ta’ insolvenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fl-aħħar, skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament 2015/848, kull deċiżjoni li tiftaħ proċedura ta’ insolvenza mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru li jkollha ġurisdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 3 ta’ dan ir-regolament għandha tiġi rrikonoxxuta fl-Istati Membri l-oħra kollha minn meta tipproduċi l-effetti tagħha fl-Istat Membru li jiftaħ il-proċeduri. Dan ir-rikonoxximent huwa bbażat, bħalma tindika l-premessa 65 tal-imsemmi regolament, fuq il-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka, li jeżiġi li l-qrati tal-Istati Membri l-oħra jirrikonoxxu d-deċiżjoni li tiftaħ tali proċedura, mingħajr ma jkunu jistgħu jistħarrġu l-evalwazzjoni magħmula mill-ewwel qorti dwar il-ġurisdizzjoni tagħha (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Eurofood IFSC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑341/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:281">EU:C:2006:281</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jirriżulta li l-qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali żżomm ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tiftaħ tali proċedura meta ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur jiġi ttrasferit lejn Stat Membru ieħor wara t-tressiq ta’ din it-talba, iżda qabel ma din il-qorti tkun iddeċidiet dwarha, u li, konsegwentement, meta talba titressaq sussegwentement għall-istess finijiet quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor, din tal-aħħar ma tistax, bħala prinċipju, tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiftaħ tali proċedura sakemm l-ewwel qorti ma tkunx iddeċidiet u rrifjutat il-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Fil-kawża prinċipali, jidher li huwa paċifiku li, qabel ma ġiet adita l-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf), kienet tressqet talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali dwar Galapagos quddiem il-High Court. Għaldaqstant, sabiex tevalwa l-validità tad-deċiżjoni tal-Amtsgericht Düsseldorf (il-Qorti Distrettwali ta’ Düsseldorf) li taċċetta<?PAGE NO="11"?> l-ġurisdizzjoni internazzjonali tagħha, il-qorti tar-rinviju ser ikollha tieħu inkunsiderazzjoni l-effetti prodotti mill-preżentata ta’ din it-talba quddiem il-High Court, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti f’din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Madankollu, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-kunsiderazzjoni li, skont l-Artikolu 67(3)(ċ) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, ir-Regolament 2015/848 japplika għar-Renju Unit kif ukoll fl-Istati Membri fil-każ ta’ sitwazzjonijiet li jinvolvu r-Renju Unit, għall-proċeduri ta’ insolvenza, bil-kundizzjoni li l-proċedura prinċipali tkun infetħet qabel it-tmiem tal-perijodu tranżitorju previst fl-Artikolu 126 ta’ dan il-ftehim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Konsegwentement, kieku kellu jiġi rrilevat, f’dan il-każ, li, fid-data tal-iskadenza ta’ dan il-perijodu ta’ tranżizzjoni, jiġifieri fil‑<DATE ISO="20201231">31 ta’ Diċembru 2020</DATE>, il-High Court kienet għadha ma ddeċidietx dwar it-talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali, minn dan ikun jirriżulta li r-Regolament 2015/848 ma jkunx jeżiġi iktar li, minħabba din it-talba, qorti ta’ Stat Membru, li fit-territorju tiegħu jkun jinsab iċ-ċentru tal-interessi prinċipali ta’ Galapagos, tastjeni milli tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni għall-finijiet tal-ftuħ ta’ tali proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali żżomm ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tiftaħ tali proċedura meta ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur jiġi ttrasferit lejn Stat Membru ieħor wara t-tressiq ta’ din it-talba, iżda qabel ma din il-qorti tkun iddeċidiet fuqha. Konsegwentement, u sakemm dan ir-regolament jibqa’ applikabbli għall-imsemmija talba, il-qorti ta’ Stat Membru ieħor sussegwentement adita b’talba mressqa għall-istess finijiet ma tistax, bħala prinċipju, tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiftaħ proċedura ta’ insolvenza prinċipali sakemm l-ewwel qorti ma tkunx iddeċidiet u rrifjutat il-ġurisdizzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l‑ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 3(1) tar-Regolament 2015/848 għandux jiġi interpretat fis-sens li jista’ jitqies li ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur jinsab fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tinsab l-amministrazzjoni ċentrali tiegħu, filwaqt li din tal-aħħar ġiet ittrasferita minn Stat Membru ieħor wara t-tressiq, f’dan tal-aħħar, ta’ talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali u li għadha ma ngħatatx deċiżjoni fuq din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Issa, mir-risposta mogħtija għat-tieni domanda jirriżulta li l-qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali ma għandhiex, f’tali ċirkustanzi, l-obbligu li tivverifika jekk iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur jinsabx f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l‑ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="12"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20150520">20 ta’ Mejju 2015</DATE> dwar proċedimenti ta’ insolvenza, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qorti ta’ Stat Membru adita b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ insolvenza prinċipali żżomm ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tiftaħ tali proċedura meta ċ-ċentru tal-interessi prinċipali tad-debitur jiġi ttrasferit lejn Stat Membru ieħor wara t-tressiq ta’ din it-talba, iżda qabel ma din il-qorti tkun iddeċidiet fuqha. Konsegwentement, u sakemm dan ir-regolament jibqa’ applikabbli għall-imsemmija talba, il-qorti ta’ Stat Membru ieħor sussegwentement adita b’talba mressqa għall-istess finijiet ma tistax, bħala prinċipju, tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiftaħ proċedura ta’ insolvenza prinċipali sakemm l-ewwel qorti ma tkunx iddeċidiet u rrifjutat il-ġurisdizzjoni tagħha.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>