|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/403 |
3.3.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/403
tat-28 ta’ Frar 2025
li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ ċerti miżuri nazzjonali mfassla biex jillimitaw l-impatt ta’ ċertu mard tal-annimali akkwatiċi u fir-rigward tal-lista ta’ speċijiet li huma suxxettibbli għal dak il-mard
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 226(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 (2) tistabbilixxi, fl-Annessi I, II u III tagħha, il-listi tal-Istati Membri jew ta’ partijiet minnhom li jitqiesu ħielsa minn ċertu mard tal-annimali akkwatiċi, mhux elenkati f’konformità mal-Artikolu 9(1), il-punt (d), tar-Regolament (UE) 2016/429, jew li huma soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard, u li għalihom huma approvati l-miżuri nazzjonali, kif ukoll lista ta’ speċijiet li huma suxxettibbli għal dak il-mard. |
|
(2) |
Franza nnotifikat lill-Kummissjoni li ż-żona Durançole u l-kompartimenti FR 72261001 u FR 72294001, fit-territorju tagħha li huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, ma jistgħux jibqgħu jitqiesu ħielsa mill-KHV. L-awtorità kompetenti mhux se tibqa’ tieħu miżuri nazzjonali biex tipprevjeni l-introduzzjoni ta’ dik il-marda jew biex tikkontrolla t-tixrid tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li dik iż-żona u dawk il-kompartimenti jitneħħew mil-lista f’dak l-Anness. |
|
(3) |
Id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kompartimenti 103647 u 117789 u fit-territorju tagħha, li huma elenkati fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, ma jistgħux jibqgħu jitqiesu ħielsa kemm mill-marda batterika tal-kliewi (BKD) kif ukoll min-nekrożi pankreatika infettiva (IPN). Barra minn hekk, id-Danimarka infurmat lill-Kummissjoni li l-kompartiment 104106 fit-territorju tagħha ma jistax jibqa’ jitqies ħieles mill-IPN. L-awtorità kompetenti mhux se tibqa’ tieħu miżuri nazzjonali biex tipprevjeni l-introduzzjoni ta’ dak il-mard jew biex tikkontrolla t-tixrid tiegħu f’dawk il-kompartimenti. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kompartimenti jitneħħew mil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260. |
|
(4) |
Id-Danimarka nnotifikat ukoll lill-Kummissjoni li l-kompartiment 122491 fit-territorju tagħha, li huwa elenkat fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, ma jistax jibqa’ jitqies li għandu programm ta’ eradikazzjoni għall-BKD. L-awtorità kompetenti mhux se tibqa’ tieħu miżuri nazzjonali biex tipprevjeni l-introduzzjoni ta’ din il-marda jew biex tikkontrolla t-tixrid tagħha f’dak il-kompartiment. Barra minn hekk, dak il-kompartiment jenħtieġ għalhekk, li jitneħħa mil-lista f’dak l-Anness. |
|
(5) |
Barra minn hekk, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni li l-programm ta’ eradikazzjoni għal ċertu mard, imsemmi fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260, issa ġie ffinalizzat b’suċċess fir-rigward tal-BKD għall-kompartiment 106314 fit-territorju tagħha li huwa elenkat f’dak l-Anness. Għaldaqstant, dak il-kompartiment jista’ jitqies ħieles mill-BKD u, għalhekk, jenħtieġ li jitneħħa mil-lista f’dak l-Anness. Minflok, jenħtieġ li jiddaħħal fil-lista ta’ kompartimenti li jitqiesu ħielsa mill-BKD fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni u l-awtorità kompetenti se tieħu miżuri nazzjonali biex tipprevjeni l-introduzzjoni ta’ dik il-marda jew biex tikkontrolla t-tixrid tagħha. |
|
(6) |
Barra minn hekk, id-Danimarka nnotifikat lill-Kummissjoni li kienet bdiet programm ta’ eradikazzjoni għall-BKD għall-kompartimenti 83138 u 103606 fit-territorju tagħha. Għalhekk, jenħtieġ li dawk il-kompartimenti jiżdiedu mal-lista ta’ kompartimenti li huma soġġetti għal programm ta’ eradikazzjoni għall-BKD fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 u l-awtorità kompetenti se tieħu miżuri nazzjonali biex tipprevjeni l-introduzzjoni ta’ dik il-marda jew biex tikkontrolla t-tixrid tagħha. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
Barra minn hekk, l-opinjonijiet riċenti tal-EFSA dwar il-BKD (3), l-infezzjoni bil-Gyrodactylus salaris (4), in-nekrożi pankreatika infettiva (5), l-infezzjoni bl-alfavirus tas-salmonidi (6), u l-viremija tar-Rebbiegħa tal-karpjun (7), stabbilew listi ta’ speċijiet ta’ annimali akkwatiċi li huma suxxettibbli għal dak il-mard. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 jiġi emendat biex jitqiesu dawk l-opinjonijiet tal-EFSA. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/260 tal-11 ta’ Frar 2021 li tapprova miżuri nazzjonali mfassla biex jillimitaw l-impatt ta’ ċertu mard ta’ annimali akkwatiċi f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE (ĠU L 59, 19.2.2021, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/260/oj).
(3) https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2023.8326.
(4) https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2023.8325.
(5) https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2023.8028.
(6) https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2023.8327.
(7) https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/full/10.2903/j.efsa.2023.8324.
ANNESS
L-Annessi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/260 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(2) |
Fl-Anness II, l-entrata għad-Danimarka fir-rigward tal-marda batterika tal-kliewi (BKD) hija sostitwita b’dan li ġej:
|
||||||||||
|
(3) |
L-Anness III huwa sostitwit b’dan li ġej: “Speċijiet ta’ annimali akkwatiċi li huma suxxettibbli għall-mard li għalih ċerti Stati Membri (*1) adottaw miżuri nazzjonali f’konformità mal-Artikolu 226(3) tar-Regolament (UE) 2016/429
(*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.” " |
(*1) F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Qafas ta’ Windsor flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Qafas, għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ir-referenzi għall-Istati Membri jinkludu r-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq.” ”
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/403/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)