|
28.9.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 313/4 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1339
tat-23 ta’ Settembru 2020
dwar l-approvazzjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ tidwil estern effiċjenti tal-vetturi bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn ċerti vetturi kummerċjali ħfief b’rabta mal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi standards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-19 ta’ Diċembru 2019, il-manifatturi Toyota Motor Europe, NV/SA, Opel Automobile GmbH–PSA, FCA Italy S.p.A., Automobiles Citroën, Automobiles Peugeot, PSA Automobiles SA, Audi AG, Ford-Werke GmbH, Jaguar Land Rover Ltd., Hyundai Motor Europe Technical Center GmbH, Škoda Auto a.s., BMW AG, Renault SA, Honda Motor Europe Ltd, Volkswagen AG u Volkswagen AG Nutzfahrzeuge ppreżentaw applikazzjoni konġunta (“l-applikazzjoni”) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631 għall-approvazzjoni ta’ tidwil estern effiċjenti tal-vetturi bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl (“dawl LED estern effiċjenti”) bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magna b’kombustjoni interna li jistgħu jaħdmu bil-petrol, bid-diżil u b’ċerti fjuwils alternattivi. |
|
(2) |
Fl-20 ta’ Frar 2020, Renault SA, f’isem l-applikanti, ippreżentat applikazzjoni addizzjonali dwar l-użu tat-teknoloġija f’ċerti vetturi elettriċi ibridi li jistgħu jiġu ċċarġjati abbord (“NOVC-HEV”) tal-kategorija N1. Meta wieħed iqis li l-applikazzjoni addizzjonali tirreferi għall-istess teknoloġija innovattiva u li l-istess kundizzjonijiet japplikaw għall-użu tagħha fil-kategoriji ta’ vetturi kkonċernati, jixraq li kemm l-applikazzjoni kif ukoll l-applikazzjoni addizzjonali jiġu indirizzati f’Deċiżjoni waħda. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tirreferi għall-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ CO2 li ma jistax jintwera bil-kejliet imwettqa f’konformità mal-Proċedura ta’ Ttestjar Armonizzata fuq Livell Dinji għall-Vetturi Ħfief (“WLTP”) kif stabbilit fir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (2). |
|
(4) |
L-applikazzjoni ġiet ivvalutata f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631, mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 (3) kif ukoll mal-“Linji Gwida Tekniċi għat-tħejjija tal-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 u r-Regolament (UE) Nru 510/2011” (ir-Reviżjoni ta’ Lulju 2018 (V2)) (4). F’konformità mal-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2019/631, l-applikazzjoni kienet akkumpanjata minn rapporti ta’ verifika mwettqa minn korp indipendenti u ċċertifikat. |
|
(5) |
L-użu ta’ ċerti dwal LED esterni effiċjenti diġà ġie approvat għall-karozzi tal-passiġġieri bid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE (5), (UE) 2015/206 (6), (UE) 2016/160 (7) u (UE) 2016/587 (8) li jirreferu għaċ-Ċiklu Ġdid tas-Sewqan Ewropew (NEDC) u bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 (9) li tirreferi għad-WLTP (“Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni dwar l-approvazzjonijiet tal-imgħoddi”) bħala teknoloġija innovattiva li tista’ tnaqqas l-emissjonijiet ta’ CO2 b’mod li mhuwiex kopert mill-kejliet imwettqa bħala parti mill-NEDC, rispettivament id-WLTP. |
|
(6) |
Abbażi tal-esperjenza miksuba mid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni dwar l-approvazzjonijiet tal-imgħoddi, kif ukoll abbażi tar-rapporti u l-informazzjoni pprovduti mal-applikazzjoni, intwera b’mod sodisfaċenti u konklużiv li dawl LED estern effiċjenti jew kombinamenti xierqa tiegħu jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631 u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014 u jipprovdu tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2 ta’ mill-inqas 0,5 g ta’ CO2/km meta mqabbel mal-istess sett ta’ dwal esterni tal-linja bażi. |
|
(7) |
Minbarra t-tidwil estern tal-vetturi li għalih l-użu ta’ dwal LED effiċjenti diġà ġie approvat bħala teknoloġija innovattiva fid-Deċiżjonijiet ta’ Implimentazzjoni dwar l-approvazzjonijiet tal-imgħoddi, l-applikazzjoni tirreferi wkoll għal dwal li jimmarkaw it-truf tal-vetturi u għal dwal li jimmarkaw il-ġnub tal-vetturi. Peress li dawk id-dwal ma jinxtegħlux waqt il-kejliet imwettqa bħala parti mit-test tad-WLTP, jixraq li jiġi approvat ukoll l-użu ta’ dwal LED esterni effiċjenti f’dawk id-dwal. |
|
(8) |
L-applikazzjoni tistabbilixxi metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ dwal LED esterni effiċjenti f’medda ta’ dwal tal-vetturi għall-użu f’vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magni b’kombustjoni interna kif ukoll f’ċerti NOVC-HEVs tal-kategorija N1 li jistgħu jaħdmu bil-petrol, bid-diżil, bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) jew bl-E85. |
|
(9) |
Minħabba d-disponibbiltà limitata ta’ E85 fis-suq kollu tal-Unjoni, jitqies li mhuwiex iġġustifikat li għall-fini tal-metodoloġija tal-ittestjar issir distinzjoni bejn dan il-fjuwil u l-petrol. |
|
(10) |
L-applikanti pprovdew studji li jsostnu li x-xejriet tal-użu tal-vetturi kummerċjali ħfief u tal-karozzi tal-passiġġieri, fir-rigward tal-użu tat-tidwil estern tal-vetturi, huma simili biżżejjed biex jippermettu li tiġi applikata l-metodoloġija stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 għall-vetturi kummerċjali ħfief. |
|
(11) |
Madankollu, fir-rigward tal-fanali għall-kantunieri u tal-fanali għal-liwi statiku, l-applikanti pproponew li jinkludu fatturi tal-użu speċifiċi li huma differenti minn dawk inklużi fil-metodoloġija stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119. Il-fatturi tal-użu proposti mill-applikanti għal dawk id-dwal jistgħu jitqiesu li huma iktar konservattivi minn dawk stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119, u għalhekk jitqies li huwa xieraq li dawk il-fatturi ġodda tal-użu jiġu inklużi fil-metodoloġija tal-ittestjar f’din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, id-dwal li jimmarkaw it-truf tal-vetturi u d-dwal li jimmarkaw il-ġnub tal-vetturi ma kinux koperti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 u għalhekk jenħtieġ li jiġu miżjuda l-fatturi tal-użu u l-valuri tal-konsum tal-enerġija għal dawk id-dwal. |
|
(12) |
Filwaqt li jitqiesu dawk iż-żidiet, jenħtieġ li l-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1119 titqies bħala xierqa biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta’ CO2 mill-użu tat-teknoloġija innovattiva fil-vetturi kummerċjali ħfief. |
|
(13) |
Jenħtieġ li d-dwal LED esterni effiċjenti jintużaw fil-vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magna b’kombustjoni interna, jew fl-NOVC-HEVs tal-kategorija N1 li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla u mhux ikkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151. |
|
(14) |
Jenħtieġ li l-manifatturi jkollhom il-possibbiltà li japplikaw għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ dwal LED esterni effiċjenti meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Għal dik il-fini, jenħtieġ li l-manifatturi jiżguraw li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li t-teknoloġija innovattiva tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’din id-Deċiżjoni u li l-iffrankar ġie ddeterminat f’konformità mal-metodoloġija tal-ittestjar stabbilita fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(15) |
Sabiex tiġi ffaċilitata introduzzjoni usa’ tat-teknoloġija innovattiva fil-vetturi ġodda, jenħtieġ li manifattur ikollu wkoll il-possibbiltà li jippreżenta applikazzjoni unika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 minn diversi dwal LED esterni effiċjenti. Madankollu, jixraq li jiġi żgurat li meta tintuża din il-possibbiltà, jiġi applikat mekkaniżmu li jinċentiva l-introduzzjoni ta’ dawk id-dwal LED esterni effiċjenti biss li joffru l-ogħla effiċjenza. |
|
(16) |
Hija r-responsabbiltà tal-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip li tivverifika bir-reqqa li jkunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ teknoloġija innovattiva kif speċifikat f’din id-Deċiżjoni. Jekk iċ-ċertifikazzjoni tinħareġ, jenħtieġ li l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip responsabbli tiżgura li l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni jiġu rreġistrati f’rapport tat-test, li dan jinżamm flimkien mar-rapport ta’ verifika, u li din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Kummissjoni jekk titlobha. |
|
(17) |
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni ġenerali li jrid jintuża fid-dokumenti tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti f’konformità mal-Annessi I, VIII u IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), jeħtieġ li jiġi attribwit kodiċi individwali għat-teknoloġija innovattiva. |
|
(18) |
Mill-2021, il-konformità tal-manifatturi mal-miri speċifiċi tal-emissjonijiet ta’ CO2 tagħhom trid tiġi stabbilita abbażi tal-emissjonijiet ta’ CO2 iddeterminati f’konformità mad-WLTP. Għalhekk, l-iffrankar ta’ CO2 mit-teknoloġija innovattiva ċċertifikata b’referenza għal din id-Deċiżjoni jista’ jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji ta’ CO2 tal-manifatturi minn dik is-sena, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Teknoloġija innovattiva
L-użu ta’ dijodi effiċjenti li jemettu d-dawl fit-tidwil estern tal-vetturi (“dawl LED estern effiċjenti”) huwa approvat bħala teknoloġija innovattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2019/631 għall-użu fil-vetturi kummerċjali ħfief li jaħdmu b’magna b’kombustjoni interna li jistgħu jaħdmu bil-petrol, bid-diżil, bil-gass likwifikat miż-żejt (LPG), bil-gass naturali kkompressat (CNG) jew bl-E85, jew kombinament ta’ dawk il-fjuwils, kif ukoll f’vetturi elettriċi ibridi li jistgħu jiġu ċċarġjati abbord (“NOVC-HEVs”) tal-kategorija N1 li għalihom jistgħu jintużaw valuri mkejla u mhux ikkoreġuti tal-konsum tal-fjuwil u tal-emissjonijiet ta’ CO2 f’konformità mal-paragrafu 1.1.4 tal-Appendiċi 2 tas-Subanness 8 tal-Anness XXI tar-Regolament (UE) 2017/1151 u li jistgħu jaħdmu b’dawk l-istess fjuwils jew kombinament tagħhom, meta t-teknoloġija innovattiva tintuża f’dawl wieħed jew iktar mid-dwal esterni tal-vetturi li ġejjin:
|
(a) |
il-fanal ta’ quddiem bir-raġġ baxx (inkluż is-sistema adattiva tad-dawl ta’ quddiem); |
|
(b) |
il-fanal ta’ quddiem bir-raġġ qawwi; |
|
(c) |
il-fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem; |
|
(d) |
il-fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar; |
|
(e) |
il-fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar; |
|
(f) |
id-dawl tal-indikaturi ta’ quddiem; |
|
(g) |
id-dawl tal-indikaturi ta’ wara; |
|
(h) |
id-dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni; |
|
(i) |
il-fanal tar-rivers; |
|
(j) |
il-fanal għall-kantunieri; |
|
(k) |
il-fanal għal-liwi statiku; |
|
(l) |
id-dawl li jimmarka t-truf tal-vettura; |
|
(m) |
id-dawl li jimmarka l-ġenb tal-vettura. |
Artikolu 2
Applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2
1. Manifattur jista’ japplika għand awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 mill-użu ta’ dawl LED estern effiċjenti wieħed jew iktar b’referenza għal din id-Deċiżjoni.
2. Il-manifattur għandu jiżgura li l-applikazzjoni għaċ-ċertifikazzjoni tkun akkumpanjata minn rapport ta’ verifika minn korp indipendenti u ċċertifikat li jikkonferma li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ġew issodisfati.
3. Meta l-iffrankar ikun ġie ċċertifikat f’konformità mal-Artikolu 3, il-manifattur għandu jiżgura li l-iffrankar iċċertifikat ta’ CO2 u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1) jiġu rreġistrati fiċ-ċertifikat tal-konformità tal-vetturi kkonċernati.
Artikolu 3
Ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2
1. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura li l-iffrankar ta’ CO2 miksub mill-użu tat-teknoloġija innovattiva jkun ġie ddeterminat bl-użu tal-metodoloġija stabbilita fl-Anness.
2. Meta manifattur japplika għaċ-ċertifikazzjoni tal-iffrankar ta’ CO2 minn iktar minn wieħed mid-dwal LED esterni effiċjenti msemmija fl-Artikolu 1 fir-rigward ta’ verżjoni waħda ta’ vettura, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiddetermina liema mid-dwal LED esterni effiċjenti li ġew ittestjati jrendi l-inqas iffrankar ta’ CO2, u għandha tirreġistra l-iktar valur baxx fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti.
3. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-iffrankar ta’ CO2 iċċertifikat li jkun ġie ddeterminat f’konformità mal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, u l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fl-Artikolu 4(1), fid-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip rilevanti.
4. Meta t-teknoloġija innovattiva tiġi installata f’vettura bifjuwil jew flex fjuwil, l-awtorità tal-approvazzjoni għandha tirreġistra l-iffrankar ta’ CO2 kif ġej:
|
(a) |
għall-vetturi bifjuwil li jużaw il-petrol u l-fjuwils gassużi, l-iffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-fjuwils LPG jew CNG; |
|
(b) |
għall-vetturi flex fjuwil li jużaw il-petrol u l-E85, l-iffrankar ta’ CO2 fir-rigward tal-petrol. |
5. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tirreġistra l-elementi kollha kkunsidrati għaċ-ċertifikazzjoni f’rapport tat-test, għandha żżommu flimkien mar-rapport ta’ verifika msemmi fl-Artikolu 2(2), u għandha tara li dik l-informazzjoni tkun disponibbli għall-Kummissjoni jekk titlobha.
6. L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiċċertifika l-iffrankar ta’ CO2 biss jekk issib li t-teknoloġija innovattiva tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni, u jekk l-iffrankar ta’ CO2 miksub ikun 0,5 g ta’ CO2/km jew iktar, kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014.
Artikolu 4
Kodiċi tal-ekoinnovazzjoni
1. It-teknoloġija innovattiva approvata b’din id-Deċiżjoni tingħata l-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni 35.
2. L-iffrankar ta’ CO2 iċċertifikat li jiġi rreġistrat b’referenza għall-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jista’ jitqies għall-kalkolu tal-emissjonijiet speċifiċi medji tal-manifatturi mis-sena kalendarja 2021 ’il quddiem.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Settembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 111, 25.4.2019, p. 13.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta’ Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 427/2014 tal-25 ta’ April 2014 li jistabbilixxi proċedura għall-approvazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni ta’ teknoloġiji innovattivi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 minn vetturi kummerċjali ħfief skont ir-Regolament (UE) Nru 510/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 26.4.2014, p. 57).
(4) https://circabc.europa.eu/sd/a/a19b42c8-8e87-4b24-a78b-9b70760f82a9/July%202018%20Technical%20Guidelines.pdf
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/128/UE tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar l-approvazzjoni tal-modulu LED bir-raġġ baxx “E-Light” bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 70, 11.3.2014, p. 30).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/206 tad-9 ta’ Frar 2015 dwar l-approvazzjoni tad-dawl effiċjenti fuq barra tad-Daimler AG bl-użu ta’ dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet tad-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 10.2.2015, p. 52).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/160 tal-5 ta’ Frar 2016 dwar l-approvazzjoni tas-sistema ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tat-Toyota Motor Europe li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 31, 6.2.2016, p. 70).
(8) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/587 tal-14 ta’ April 2016 dwar l-approvazzjoni tat-teknoloġija użata fis-sistema ta’ illuminazzjoni esterna ta’ effiċjenza għolja tal-vetturi li tuża dijodi li jemettu d-dawl bħala teknoloġija innovattiva biex jonqsu l-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 101, 16.4.2016, p. 17).
(9) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1119 tat-28 ta’ Ġunju 2019 dwar l-approvazzjoni ta’ illuminazzjoni esterna effiċjenti tal-vetturi permezz ta’ dijodi li jemettu d-dawl għall-użu f’vetturi b’magna ta’ kombustjoni interna u f’vetturi elettriċi ibridi li ma jistgħux jiġu ċċarġjati esternament bħala teknoloġija innovattiva għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 176, 1.7.2019, p. 67).
(10) Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).
ANNESS
Metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar ta’ CO2 għad-Dwal LED Esterni Effiċjenti għall-użu f’ċerti vetturi kummerċjali ħfief
1. INTRODUZZJONI
Dan l-Anness jistabbilixxi l-metodoloġija biex jiġi ddeterminat l-iffrankar tal-emissjonijiet ta’ diossidu tal-karbonju (CO2) bis-saħħa tal-użu ta’ dwal LED esterni effiċjenti tal-vetturi f’wieħed jew iktar mid-dwal esterni tal-vetturi elenkati fl-Artikolu 1, għall-użu fil-vetturi kummerċjali ħfief imsemmija f’dak l-Artikolu.
2. KUNDIZZJONIJIET TAL-ITTESTJAR
Fil-każ tal-NOVC-HEVs, il-livell ta’ vultaġġ massimu disponibbli abbord ma għandux jaqbeż is-60 Volt.
Il-kundizzjonijiet tal-ittestjar għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti tar-Regolamenti Nri 4 (1), 6 (2), 7 (3), 19 (4), 23 (5), 38 (6), 48 (7), 91 (8), 100 (9), 112 (10), 119 (11) u 123 (12) tan-NU/KEE. Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat f’konformità mal-punt 6.1.4 tar-Regolament Nru 112 tan-NU/KEE u mal-punti 3.2.1 u 3.2.2 tal-Anness 10 ta’ dak ir-Regolament.
Għas-sistema adattiva tad-dawl ta’ quddiem (AFS) bir-raġġ baxx li tagħmel parti minn mill-inqas tnejn mill-Klassijiet C, E, V jew W kif definit fit-Tabella 1 tar-Regolament Nru 123 tan-NU/KEE, il-kejliet tal-konsum tal-enerġija għandhom isiru bl-intensità tal-LED ta’ kull klassi (Pk), fejn k tikkorrispondi għal kull klassi speċifikata fit-Tabella 1 kif definit fir-Regolament Nru 123 tan-NU/KEE.
Jekk ikun hemm qbil mas-servizz tekniku li l-Klassi C hija l-intensità tal-LED rappreżentattiva/medja għall-applikazzjoni tal-vettura, il-kejliet tal-konsum tal-enerġija għandhom isiru bl-istess mod bħalma jsiru għal kwalunkwe dawl LED estern ieħor inkluż fil-kombinament.
Tabella 1
Klassijiet ta’ AFS bir-raġġ baxx
|
Klassi |
Ara l-punt 1.3 u n-nota 2 f’qiegħ il-paġna tar-Regolament Nru 123 tan-NU/KEE |
% tal-Intensità tal-LED |
Modalità ta’ Attivazzjoni (*1) |
|
C |
Mogħdija tar-Raġġi Bażi (Pajjiż) |
100 |
50 km/h < veloċità < 100 km/h Jew meta ma tiġi attivata l-ebda klassi ta’ mogħdija tar-raġġi oħra (V, W, E) |
|
V |
Belt |
85 % |
Veloċità < 50 km/h |
|
E |
Awtostrada |
110 % |
Veloċità > 100 km/h |
|
W |
Kundizzjonijiet Avversi |
90 % |
Wajper tal-windscreen attiv > żewġ minuti |
2.1. Tagħmir tat-test
Għandu jintuża t-tagħmir tat-test li ġej:
|
(a) |
unità tal-provvista tal-enerġija (jiġifieri fornitur tal-vultaġġ varjabbli); |
|
(b) |
żewġ multimeters diġitali, wieħed għall-kejl tal-kurrent dirett, u l-ieħor għall-kejl tal-vultaġġ tal-kurrent dirett. |
Il-Grafika 1 turi konfigurazzjoni possibbli ta’ test, fejn il-meter tal-vultaġġ tal-kurrent dirett ikun integrat fl-unità tal-provvista tal-enerġija.
2.2. Determinazzjoni tal-iffrankar tal-enerġija
2.2.1. Kejl tal-konsum tal-enerġija
Għal kull dawl LED estern effiċjenti inkluż f’kombinament, il-kejl tal-kurrent għandu jsir b’vultaġġ ta’ 13,2 V. Il-modulu/i tal-LED imħaddem/imħaddma b’apparat elettroniku għall-kontroll tas-sors tad-dawl għandu/għandhom jitkejjel/jitkejlu kif speċifikat mill-applikant.
Il-manifattur jista’ jitlob li jsiru kejliet addizzjonali tal-kurrent b’vultaġġi oħra, meta l-ħtieġa li jsir dan tkun tista’ tintwera abbażi ta’ dokumentazzjoni vverifikata.
Fi kwalunkwe każ, il-kejliet (n) għandhom isiru għal kull vultaġġ mill-inqas ħames darbiet wara xulxin. Il-vultaġġ applikat u l-kurrent imkejjel għandhom jiġu rreġistrati b’erba’ ċifri deċimali.
Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi ddeterminat billi l-vultaġġ jiġi mmultiplikat bil-kurrent imkejjel. Il-medja tal-konsum tal-enerġija għal kull dawl LED estern effiċjenti
fejn:
|
|
hija l-vultaġġ ittestjat ta’ kull dawl LED tal-vettura i [V] |
|
|
hija l-kurrent imkejjel ta’ kull dawl LED tal-vettura i [A] |
|
n |
hija n-numru ta’ kejliet tal-kampjun |
|
j |
tirreferi għal kejl individwali tal-konsum tal-enerġija |
Fil-każ ta’ AFS bir-raġġ baxx, il-konsum tal-enerġija
fejn:
|
|
hija l-konsum tal-enerġija fl-intensità tal-LED għal kull klassi k bħala l-medja ta’ n kejliet konsekuttivi [W] |
|
K |
hija n-numru ta’ klassijiet assoċjati mal-AFS bir-raġġ baxx. |
WLTP_ share huwa s-sehem tal-ħin tad-WLTP għal kull medda ta’ veloċitajiet f’kull klassi kif definit fit-Tabella 2.
Tabella 2
Is-sehem tal-ħin tad-WLTP għal kull medda ta’ veloċitajiet
|
Medda ta’ veloċitajiet |
WLTP_share |
|
< 50 km/h |
0,588 |
|
50 – 100 km/h |
0,311 |
|
> 100 km/h |
0,101 |
Meta l-AFS bir-raġġ baxx ma tkunx tagħmel parti mill-erba’ klassijiet kollha speċifikati fit-Tabella 1, id-WLTP_share tal-klassijiet nieqsa għandha tingħata lill-klassi C.
2.2.2. Kalkolu tal-iffrankar tal-enerġija
L-iffrankar tal-enerġija ta’ kull dawl LED estern effiċjenti (ΔPi) [W] għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-Formula 3 li ġejja:
fejn:
|
|
hija l-konsum tal-enerġija tad-dawl tal-vettura tal-linja bażi i [W] |
|
|
hija l-medja tal-konsum tal-enerġija tad-dawl ekoinnovattiv tal-vettura i [W]. |
Il-konsum tal-enerġija tad-dwal differenti tal-vettura tal-linja bażi huwa definit fit-Tabella 3.
Tabella 3
Konsum tal-enerġija għad-dwal differenti tal-vettura tal-linja bażi
|
Dawl tal-vettura |
Konsum tal-enerġija PB [W] |
|
Fanal ta’ quddiem bir-raġġ baxx |
137 |
|
Fanal ta’ quddiem bir-raġġ qawwi |
150 |
|
Fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem |
12 |
|
Dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni |
12 |
|
Fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar |
124 |
|
Fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar |
26 |
|
Dawl tal-indikaturi ta’ quddiem |
13 |
|
Dawl tal-indikaturi ta’ wara |
13 |
|
Fanal tar-rivers |
52 |
|
Fanal għall-kantunieri |
44 |
|
Fanal għal-Liwi Statiku |
44 |
|
Dawl li jimmarka t-truf tal-vetturi (wisa’ tal-vetturi > 2,1 m) |
12 |
|
Dawl li jimmarka l-ġnub tal-vetturi (tul tal-vetturi > 6 m) |
24 |
3. KALKOLU TAL-IFFRANKAR TA’ CO2
L-iffrankar ta’ CO2 għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-Formula 4.
fejn:
|
v |
hija l-veloċità medja tas-sewqan tad-WLTP, jiġifieri 46,6 km/h |
|
ηA |
hija l-effiċjenza tal-alternatur, jiġifieri 0,67 |
|
UFi |
hija l-fattur tal-użu tad-dawl tal-vettura i kif definit fit-Tabella 4 |
|
VPe |
hija l-konsum tal-enerġija effettiva għal kull fjuwil approvat, kif definit fit-Tabella 5 |
|
CF |
hija l-fattur ta’ konverżjoni tal-fjuwil kif definit fit-Tabella 6. |
Tabella 4
Fattur tal-użu għal tipi differenti ta’ dwal tal-vetturi
|
Dawl tal-vettura |
Fattur tal-użu (UF) |
|
Fanal ta’ quddiem bir-raġġ baxx |
0,33 |
|
Fanal ta’ quddiem bir-raġġ qawwi |
0,03 |
|
Fanal ta’ pożizzjoni ta’ quddiem |
0,36 |
|
Dawl tal-pjanċa tar-reġistrazzjoni |
0,36 |
|
Fanal ta’ quddiem kontra ċ-ċpar |
0,01 |
|
Fanal ta’ wara kontra ċ-ċpar |
0,01 |
|
Dawl tal-indikaturi ta’ quddiem |
0,15 |
|
Dawl tal-indikaturi ta’ wara |
0,15 |
|
Fanal tar-rivers |
0,01 |
|
Fanal għall-kantunieri |
0,019 |
|
Fanal għal-Liwi Statiku |
0,039 |
|
Dwal li jimmarkaw it-truf tal-vetturi (wisa’ > 2,1 m) |
0,36 |
|
Dwal li jimmarkaw il-ġnub (tul > 6 m) |
0,36 |
Tabella 5
Konsum tal-enerġija effettiva
|
Tip ta’ Magna |
Konsum tal-enerġija effettiva VPe [l/kWh] |
|
Petrol/E85 |
0,264 |
|
Petrol/E85 Turbo |
0,280 |
|
Diżil |
0,220 |
|
LPG |
0,342 |
|
LPG Turbo |
0,363 |
|
|
Konsum tal-enerġija effettiva VPe [m3/kWh] |
|
CNG (G20) |
0,259 |
|
CNG (G20) Turbo |
0,275 |
Tabella 6
Fattur ta’ Konverżjoni tal-Fjuwil
|
Tip ta’ fjuwil |
Fattur ta’ konverżjoni (CF) [g ta’ CO2/l] |
|
Petrol/E85 |
2 330 |
|
Diżil |
2 640 |
|
LPG |
1 629 |
|
|
Fattur ta’ konverżjoni (CF) [g ta’ CO2/m3] |
|
CNG (G20) |
1 795 |
4. KALKOLU TAL-INĊERTEZZA TAL-IFFRANKAR TA’ CO2
4.1. Metodoloġija ġenerali
L-inċertezza tal-iffrankar ta’ CO2
fejn:
|
m |
hija n-numru ta’ dwal LED esterni fil-kombinament ittestjat. |
|
|
hija l-marġni statistiku tal-konsum tal-enerġija ta’ kull dawl LED i installat fil-vettura ekoinnovattiva, li għandu jiġi kkalkulat f’konformità mal-Formula 6. |
F’każ ta’ AFS bir-raġġ baxx, il-marġni statistiku tal-konsum tal-enerġija
fejn:
|
n |
hija n-numru ta’ kejliet tal-konsum tal-enerġija, jiġifieri mill-inqas ħamsa kif indikat fit-Taqsima 2.2.1 |
|
i |
tikkorrespondi għal kull dawl tal-vettura |
|
j |
tirreferi għal kejl individwali tal-konsum tal-enerġija |
|
|
hija l-medja ta’ n valuri Pk |
|
K |
hija n-numru ta’ klassijiet assoċjati mal-AFS bir-raġġ baxx. |
5. ARROTONDAMENT
L-iffrankar ta’ CO2
Kull valur li jintuża fil-kalkolu tal-iffrankar ta’ CO2 għandu jiġi applikat mingħajr arrotondament jew jiġi arrotondat għan-numru minimu ta’ pożizzjonijiet deċimali li jippermettu li l-impatt totali massimu (jiġifieri l-impatt ikkombinat tal-valuri arrotondati kollha) fuq l-iffrankar ikun inqas minn 0,25 g ta’ CO2/km.
6. KONTROLL MAL-LIVELL LIMITU TAL-IFFRANKAR TA’ CO2
L-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tiżgura għal kull verżjoni ta’ vettura mgħammra bi dwal LED esterni effiċjenti li jkun issodisfat il-kriterju tal-livell limitu minimu kif speċifikat fl-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014.
Meta tivverifika jekk il-kriterju tal-livell limitu minimu jkunx issodisfat, l-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip għandha tqis, f’konformità mal-Formula 9, l-iffrankar ta’ CO2 iddeterminat fil-punt 3 u l-inċertezza iddeterminata fil-punt 4.
fejn:
|
MT |
hija l-livell limitu minimu ugwali għal 1 g ta’ CO2/km |
|
|
hija l-iffrankar ta’ CO2 [g ta’ CO2/km] kif definit fil-punt 3 |
|
|
hija l-inċertezza tal-iffrankar ta’ CO2 ikkalkulata f’konformità mal-punt 4 [g ta’ CO2/km]. |
7. ĊERTIFIKAZZJONI TAL-IFFRANKAR TA’ CO2
L-iffrankar ta’ CO2 li jrid jiġi ċċertifikat mill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 427/2014
L-iffrankar ta’ CO2 għandu jiġi rreġistrat fiċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip għal kull verżjoni ta’ vettura mgħammra bid-dwal LED esterni effiċjenti.
fejn:
|
|
hija l-iffrankar ta’ CO2 kif iddeterminat fil-punt 3 [g ta’ CO2/km] |
|
|
hija l-inċertezza tal-iffrankar ta’ CO2 ikkalkulata f’konformità mal-punt 4 [g ta’ CO2/km]. |
(2) ĠU L 213, 18.7.2014, p. 1.
(3) ĠU L 285, 30.9.2014, p. 1.
(4) ĠU L 250, 22.8.2014, p. 1.
(6) ĠU L 148, 12.6.2010, p. 55.
(7) ĠU L 323, 6.12.2011, p. 46.
(8) ĠU L 164, 30.6.2010, p. 69.
(9) ĠU L 302, 28.11.2018, p. 114.
(10) ĠU L 250, 22.8.2014, p. 67.
(11) ĠU L 89, 25.3.2014, p. 101.
(12) ĠU L 222, 24.8.2010, p. 1.
(*1) Il-veloċitajiet tal-attivazzjoni għandhom jiġu kkontrollati għal kull applikazzjoni tal-vettura f’konformità mal-paragrafi 6.22.7.4.1 (klassi C), 6.22.7.4.2 (klassi V), 6.22.7.4.3 (klassi E), 6.22.7.4.4 (klassi W) tal-Kapitolu 6.22 tat-Taqsima 6 tar-Regolament Nru 48 tan-NU/KEE.