|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6749 |
19.12.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12229 — JIP / MITSUBISHI LOGISNEXT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/6749)
1.
Fit-8 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Japan Industrial Partners Inc (bil-fondi affiljati tagħha “JIP”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Japan Industrial Partners Holdings Inc., |
|
— |
Mitsubishi Logisnext Co., Ltd. (bis-sussidjarji tagħha, l-“impriża fil-mira”, il-Ġappun), ikkontrollata minn Mitsubishi Heavy Industries, Ltd. |
JIP se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-impriża fil-mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-30 ta’ Settembru 2025.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
JIP hija negozju ta’ investiment ta’ ekwità privata li jiffoka fuq ir-riorganizzazzjoni u r-ristrutturar ta’ kumpaniji Ġappuniżi. |
|
— |
L-impriża fil-mira hija manifattur tat-tagħmir loġistiku bil-kwartieri ġenerali tagħha fil-Ġappun, li timmanifattura u tikkummerċjalizza forklifts u tagħmir u sistemi loġistiċi relatati. L-attivitajiet tagħha jiffukaw fuq l-Asja, l-Amerika ta’ Fuq u l-Ewropa. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12229 — JIP / MITSUBISHI LOGISNEXT
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6749/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)