Official Journal L 083 , 30/03/1973 P. 0035 - 0035
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0129
Greek special edition: Chapter 03 Volume 9 P. 0128
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 5 P. 0129
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 6 P. 0244
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 6 P. 0244
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 1972 li temenda t-tieni Direttiva tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 1971 li tistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf (73/47/KEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill ta’ l-20 ta’ Lulju 1970 [1] dwar l-introduzzjoni tal-metodi Komunitarji ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf, kif emendata mid-Direttiva ta’ l-20 ta’ Lulju 1972 [2], u partikolarment Artikolu 2 tagħha, Filwaqt li fit-18 ta’ Novembru 1971, il-Kummissjoni addottat it-Tieni Direttiva [3] li tistabbilixxi l-metodi Komunitarji ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf; Filwaqt li l-1 parti ta’ l-Anness ta’ dik id-Direttiva tipprovdi metodu li tiddetermina l-irtuba li tista’ tkun applikata inter alia lill-analiżi ta’ grassi u żjut ta’ annimali u ħxejjex; Filwaqt li l-irtuba fil-grassi u fi żjut għandha tkun iddeterminata sa mill-1 ta’ Jannar 1974 permezz ta’ metodu ieħor li kien stabbilit mir-Raba’ Direttiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-metodi Komunitarji ta’ analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf; Għalhekk, filwaqt li għandu jkun sospiż l-obbligu ta’ l-applikazzjoni tal-metodu li jiddetermina rtuba kif speċifikat fit-Tieni Direttiva għall-analiżi ta’ grassi u żjut ta’ annimali u ħxejjex; Filwaqt li l-miżuri pprovduti f’din id-Direttiva huma konformi ma’ l-Opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Għalf għall-Annimali; ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: Artikolu 1 It-tieni Direttiva tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-metodi ta’ analiżi tal-Komunità għall-kontroll uffiċjali ta’ l-għalf hija emendata kif ġej: It-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-1 punt, l-1 Parti ta’ l-Anness hija ssostitwita b’dan li ġej: "Ma tkoprix l-analiżi ta’ prodotti tal-ħalib bħala għalf mhux proċessat, l-analiżi ta’ sustanzi u taħlita minerali magħmula l-aktar minn sustanzi minerali, l-analiżi ta’ grassi u żjut ta’ l-annimali u ħxejjex, jew l-analiżi ta’ żrieragħ taż-żejt u frott żejtni definit fir-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE [4] tat-22 ta’ Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq tal-grassi u żjut." Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ mhux aktar tard minn l-1 ta’ Jannar 1973 il-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa, sabiex ikunu konformi mall-provvedimenti ta’ din id-Direttiva. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar dan, minnufih. Artikolu 3 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-5 ta’ Diċembru 1972. Għall-Kummissjoni S. L. Mansholt Il-President [1] ĠU Nru L 170, tat-3.8.1970, p. 2. [2] ĠU Nru L 171, tad-29.7.1972, p. 39. [3] ĠU Nru L 279, ta’ l-20.12.1971, p. 7. [4] ĠU Nru L 170, tat-3.8.1970, p. 2. --------------------------------------------------