10.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 234/42


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tat-8 ta’ Settembru 2011

li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja

(2011/532/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sinjura Pernilla LINDH, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sinjura Pernilla LINDH, jiġifieri sas-6 ta’ Ottubru 2012.

(2)

Ġie propost is-Sur Carl Gustav FERNLUND għall-post li sar vakanti.

(3)

Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Carl Gustav FERNLUND għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Carl Gustav FERNLUND huwa b’dan maħtur imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-6 ta’ Ottubru 2011 sas-6 ta’ Ottubru 2012.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Settembru 2011.

Il-President

J. TOMBIŃSKI