Official Journal L 177 , 04/07/1984 P. 0020 - 0021
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0202
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 17 P. 0202
Id-Direttiva Tal-Kunsill tad-19 ta’ Ġunju 1984 li temenda d-Direttiva 71/118/KEE dwar problemi ta’ saħħa li jolqtu l-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur (84/335/KEE) IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 43 u 100 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi l-proposta tal-Kummissjoni ntbagħtet lill-Kunsill fid-19 ta’ Marzu 1981 biex temenda ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar problemi sanitarji li jolqtu l-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur [4], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 84/186/KEE [5]; billi l-għan ta’ din il-proposta huwa b’mod partikolari li temenda u tiċċara r-regoli ta’ l-ispezzjoni, issolvi l-problema ta’ l-iffinanzjar ta’ l-ispejjeż ta’ l-ispezzjoni u tipposponi d-data ta’ l-iskadenza tad-deroga msemmija fit-tielet inċiż ta’ l-Artikolu 16a(a) dwar il-qtil u t-tneħħija tal-ġewwieni tat-tjur, biex din id-deroga tiġi estiża mill-15 ta’ Awissu 1981 sal-15 ta’ Awissu 1986, minħabba l-fatt li f’ċerti Stati Membri l-produzzjoni tal-laħam tat-tjur li l-ġewwieni tagħhom ikun parzjalment imneħħi għadu konsiderevoli; Billi d-Direttiva 71/118/KEE illimitat b’mod partikolari l-użu tat-tkessiħ tal-laħam tat-tjur permezz ta’ l-immersjoni fl-ilma, li jsir skond id-Direttiva msemmija, fil-każ tal-karkassi tat-tjur li, ladarba jkunu tkessħu, jiġu immedjatament iffriżati jew deep-frozen; billi dik id-Direttiva tagħti lill-Istati Membri l-għażla li jikkonċedu derogi minn din id-dispożizzjoni; billi d-derogi li jingħataw jiskadu fit-30 ta’ Ġunju 1984; Billi, barra minn hekk, fl-14 ta’ Frar 1979 il-Kummissjoni bagħtet lill-Kunsill proposta bil-għan li jiġi estiż l-użu tal-proċess tat-tkessiħ tal-karkassi maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fi stat imkessaħ; Billi kien miftiehem li tkun posposta d-data li fiha jiskadu d-derogi hawn fuq imsemmija bħala miżura ta’ prekawzjoni sakemm jiġu adottati regoli Komunitarji definittivi dwar l-ispejjeż ta’ l-ispezzjoni kkawżati mid-Direttiva 71/118/KEE, dwar l-aċċertazzjoni tal-kondizzjonijiet speċifiċi ta’ l-iġjene li taħthom l-hekk imsejjaħ proċess ta’ tkessiħ "tal-kontro-kurrent" jista’ jiġi applikat għal-laħam frisk tat-tjur li ma jkunux immedjatament iffriżati jew deep-frozen, jew dwar il-produzzjoni u l-ispezzjoni tat-tjur li l-ġewwieni tagħhom jiġi mneħħi parzjalment; Billi l-Kunsill eżamina l-proposti tal-Kummissjoni dwar dan il-punt; billi, sakemm dawn il-proposti jiġu adottati, id-data li fiha l-imsemmija derogi jIskadu għandha għal darb’oħra tiġi posposta, ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 Id-Direttiva 71/118/KEE hija b’hekk tiġi emendata kif ġej: 1. L-aħħar sentenza ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 14(2) "30 ta’ Ġunju 1984" qiegħda tinbidel bi "31 ta’ Diċembru 1984". 2. Fl-Artikolu 16a(a), it-tielet inċiż, "30 ta’ Ġunju 1984" qiegħed jinbidel bi "31 ta’ Diċembru 1984". L-Artikolu 2 L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 1984. Dawn għandhom jinformaw mill-ewwel b’dan lill-Kummissjoni. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva qed tiġi indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fil-Lussemburgu, fid-19 ta’ Ġunju 1984. Għall-Kunsill Il-President M. Rocard [1] ĠU C 65, tad-9.3.1979, p. 5 u ĠU C 97, tad-29.4.1981, p. 12. [2] ĠU C 140, tal-5.6.1979, p. 180, ĠU C 234, ta’ l-14.9.1981, p. 99 u ĠU C 87, tal-5.4.1982, p. 116. [3] ĠU C 247, ta’ l-1.10.1979, p. 16, ĠU C 230, tad-19.9.1981, p. 24 u ĠU C 252, tat-2.10.1981, p. 11. [4] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23. [5] ĠU L 87, tat-30.3.1984, p. 27. --------------------------------------------------