26.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 322/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9534 — CKA/Greene King)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 322/07)

1.   

Fid-19 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

CK Asset Holdings Limited (“CKA”, il-Gżejjer Cayman),

—

Greene King plc (“Greene King”, ir-Renju Unit).

CKA takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku tat-totalità ta’ Greene King.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fid-19 ta’ Awwissu 2019 segwita bix-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CKA: korporazzjoni multinazzjonali ewlenija b’diversi attivitajiet li jinkludu l-iżvilupp tal-proprjetà u l-investiment fiha, l-operat ta’ lukandi u ta’ appartamenti moqdijin bis-servizzi, il-ġestjoni tal-proprjetà u ta’ proġetti, l-investiment fl-infrastruttura u l-operat ta’ assi utilitarji u l-kiri tal-inġenji tal-ajru.

—   Għal Greene King: bejjiegħ bl-imnut integrat lil pubs u birrier ewlieni li jopera ristoranti u lukandi fl-Ingilterra, Wales u l-Iskozja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9534 — CKA/Greene King

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Indirizz elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.