32000D0729



Official Journal L 293 , 22/11/2000 P. 0020 - 0023


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta' l-10 ta' Novembru 2000

dwar kuntratt standard li jkopri l-kondizzjonijiet għall-użu tat-tikketta Eco tal-Komunità

(notifikata taħt id-dokument numru C(2000) 3278)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2000/729/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL- KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 175(1) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000, dwar Skema riveduta għall-Għoti tat-Tikketta Eco tal-Komunità [1], u b'mod partikolari Artikolu 9 tiegħu,

billi:

(1) Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jistabbilixxi li għandu jiġi adottat kuntratt standard skond il-proċedura stabbilita f'Artikolu 17,

(2) Huwa approprjat, mhux biss sabiex jiġi evitat ix-xkiel fil-kompetizzjoni iżda wkoll sabiex jiġi żgurat illi l-interessi tal-konsumaturi u ta' l-utenti jiġu protetti, li l-kondizzjonijiet għall-użu tat-tikketta jkunu uniformi fil-Komunità kollha,

(3) L-awtoritajiet kompetenti għandhom, madanakollu, ikunu kapaċi, bla ħsara għall-kumpatibbiltà mar-Regolament (KE) Nru 1980/2000, jinkludu disposizzjonijiet addizjonali fil-kuntratt.

(4) Huwa approprjat li l-kuntratt jinkludi disposizzjonijiet għas-sorveljanza tal-konformità li jippermettu li l-korp kompetenti jkun jista’ jagħmel ċert li t-tikketta tintuża biss għal prodotti li jissodisfaw l-objettivi u l-prinċipji speċifikati f'Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000 u li huma skond il-kondizzjonijiet tal-kuntratt.

(5) Huwa xieraq ukoll li, f'każijiet ta' nuqqas ta' konformità ma’ l-objettivi u l-prinċipji ta' l-imsemmi Regolament u skond il-kuntratt, għandhom jiġu stabbiliti disposizzjonijiet dwar is-sospenzjoni jew l-irtirar ta' l-għoti tat-tikketta.

(6) Il-miżuri stabbiliti f'din id-Deċisjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skond Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kuntratt li għandu jiġi konkluż bejn il-korp kompetenti u kull applikant skond Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru. 1980/2000 għandu jkun skond il-forma stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Mingħajr preġudizzju għal Artikolu 1, il-korp kompetenti jista’ jinkludi fil-kuntratt disposizzjonijiet addizzjonali sakemm dawk id-disposizzjonijiet addizzjonali jkunu kumpatibbli mar-Regolament (KE) 1980/2000.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Settembru 1993 dwar kuntratt standard li jkopri l-kondizzjonijiet ta' l-użu tat-tikketta Eco tal-Komunità [2] qiegħda tiġi mħassra.

Artikolu 4

Din id-deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, 10 ta' Novembru 2000.

Għall-Kummissjoni

Margot Wallström

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 237, tat-21.9.2000, p. 1.

[2] ĠU L 243, tat-29.9.1993, p. 13.

--------------------------------------------------

ANNESS

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

+++++ TIFF +++++

--------------------------------------------------