|
30.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/46 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tal-24 ta' Settembru 2014
li taħtar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja
(2014/681/UE, Euratom)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur George ARESTIS, b'effett mis-6 ta' Ottubru 2014, għandu jinħatar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-bqija tal-mandat tas-Sur George ARESTIS, jiġifieri sas-6 ta' Ottubru 2018. |
|
(2) |
Ġie propost is-Sur Constantinos LYCOURGOS għall-post li sar vakanti. |
|
(3) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Constantinos LYCOURGOS għall-qadi tal-funzjonijiet ta' mħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Constantinos LYCOURGOS inħatar imħallef fil-Qorti tal-Ġustizzja għall-perijodu mis-7 ta' Ottubru 2014 sas-6 ta' Ottubru 2018.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2014.
Il-President
S. SANNINO