24.9.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 340/13


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9060 — HP/Apogee)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 340/09)

1.   

Fis-17 ta’ Settembru 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

HP Inc. (“HP”, l-Istati Uniti),

—

Apogee Group Limited (“Apogee”, Renju Unit).

HP takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdani tat-totalità ta’ Apogee.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal HP: il-manifattura u l-bejgħ ta’ tagħmir elettroniku, inkluż il-kompjuters personali u l-istampaturi,

—   għal Apogee: il-forniment ta’ servizzi ta’ stampar ġestita għal utenti kummerċjali, primarjament fir-Renju Unit. Dawn is-servizzi ġeneralment jinkludu il-kombinament flessibbli ta’ ħardwer tal-printer, oġġetti għall-konsum, software, manutenzjoni, ġestjoni tax-xogħol, konsulenza, taħriġ u servizzi oħra relatati.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.9060 — HP/Apogee

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).