|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4426 |
10.7.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11613 — CVC / EMMA / FOXPOST)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għall-proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/4426)
1.
Fit-3 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners plc (“CVC”, Jersey), |
|
— |
EMMA Alpha Holding Ltd.(“EMMA”, Ċipru), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollati mis-sid maġġoritarju tagħha Jiří Šmejc |
|
— |
FoxPost Zrt. (“FoxPost”, l-Ungerija). |
CVC u EMMA se jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet kontroll konġunt ta’ FoxPost permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
CVC: maniger ta’ fondi ta’ investiment b’interessi f’għadd ta’ kumpaniji attivi f’diversi industriji globalment, |
|
— |
EMMA: holding ta’ investiment privat primarjament attiv fl-Ewropa, li għandu kumpaniji tal-portafoll f’diversi setturi inkluż is-servizzi finanzjarji, il-gaming, l-enerġija u l-e-kummerċ, |
|
— |
FoxPost: fornitur ta’ servizzi ta’ konsenja tal-aħħar mil tal-pakketti lin-negozjanti tal-kummerċ elettroniku u lill-individwi , attiv fl-Ungerija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11613 — CVC / EMMA / FOXPOST
L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4426/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)