|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1578 |
10.9.2026 |
DEĊIŻJONI (UE) 2026/1578 TAL-PARLAMENT EWROPEW
tad-29 ta’ April 2026
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2024 (COM(2025)0359 — C10-0146/2025) (2), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għas-sena finanzjarja 2024, Taqsima I — Il-Parlament Ewropew (3), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Awditur Intern għas-sena finanzjarja 2024, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2024, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet (4), |
|
— |
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2024 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (6), u b’mod partikolari l-Artikoli 260, 261 u 262 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (7), u b’mod partikolari l-Artikoli 266, 267 u 268 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta’ Diċembru 2018 dwar ir-regoli interni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 102, l-Artikolu 106(3) u l-Anness V tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A10-0081/2026), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lill-President tiegħu għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2024; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex tiżgura li jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Roberta METSOLA
Is-Segretarju Ġenerali
Alessandro CHIOCCHETTI
(1) ĠU L, 2024/207, 22.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/budget/2024/207/oj.
(2) ĠU C, C/2025/4944, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4944/oj.
(3) ĠU C, C/2025/2817, 6.6.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2817/oj.
(4) ĠU C, C/2025/5409, 8.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5409/oj.
(5) ĠU C, C/2025/5407, 13.10.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5407/oj.
(6) ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2018/1046/oj.
(7) ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/1578/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)