Official Journal L 137 , 05/06/2003 P. 0042 - 0043
Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 36/2003 ta' l-14 ta' Marzu 2003 li temenda l-Anness XIII (Trasport) tal-Ftehim dwar iż-ŻEE IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE, Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll dwar l-aġġustament tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, hawnhekk iżjed 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu, Billi: (1) L-Anness XIII tal-Ftehim kien ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 13/2003 tal-31 ta' Jannar 2003 [1]. (2) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2002/35/KE tal-25 ta' April 2002 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE li tistabbilixxi sistema ta' sigurt armonizzata għal bastimenti tas-sajd ta' 24 metru u iżjed fit-tul [2] għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim, IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 56g (Direttiva tal-Kunsill 97/70/KE) ta' l-Anness XIII tal-Ftehim: "- 32002 L 0035: Direttiva tal-Kummissjoni 2002/35/KE tal-25 ta' April 2002 (ĠU L 112, tas-27.4.2002, p. 21)." Artikolu 2 It-testi tad-Direttiva 2002/35/KE bl-Islandiku u n-Norveġiż, li għandhom jiġu pubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-15 ta' Marzu 2003, basta li n-notifikazzjonijiet kollha skond l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew mgħoddija lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE [3]. Artikolu 4 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fit-Taqsima dwar iż-ŻEE u fis-Suppliment dwar iż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, fl-14 ta' Marzu 2003. Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Il-President P. Westerlund [1] ĠU L 94, ta' l-10.4.2003, p. 67. [2] ĠU L 112, tas-27.4.2002, p. 21. [3] L-ebda ħtiġijiet kostituzzjonali ma huma indikati. --------------------------------------------------