|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2560 |
20.11.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2560
tad-19 ta’ Novembru 2026
dwar il-ftuħ u l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-Unjoni għal ċerti prodotti tar-ross li joriġinaw f’pajjiżi benefiċjarji tal-SĠP
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2026/1395 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2026 li japplika skema ġeneralizzata ta’ preferenzi tariffarji u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 (1) (“ir-Regolament SĠP”), u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 58(1) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat għall-Preferenzi Ġeneralizzati,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament SĠP jistipula li, hekk kif l-importazzjonijiet ta’ prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda 1006 10 , 1006 20 , u 1006 30 jaqbżu, b’mod kumulattiv u fi kwalunkwe punt fis-sena kalendarja, ċerti volumi annwali ta’ importazzjoni, il-preferenzi tariffarji tal-SĠP jenħtieġ li jiġu sospiżi immedjatament. Għall-bqija tas-sena kalendarja, ir-rata mhux preferenzjali applikabbli għandha minflok tintuża għall-importazzjonijiet ta’ dawk il-prodotti li joriġinaw fil-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. Għad-durata tas-sena kalendarja ta’ wara, jenħtieġ li tiġi applikata kwota tariffarja għall-importazzjonijiet ta’ dawk il-prodotti li joriġinaw mill-pajjiż benefiċjarju kkonċernat. |
|
(2) |
Għas-sena 2027, il-volumi annwali tal-importazzjoni huma stabbiliti fir-Regolament SĠP. Għall-2028 u kull sena minn hemm ’il quddiem, il-volumi bażi għandhom jiġu stabbiliti sal-31 ta’ Diċembru għas-sena ta’ wara abbażi tal-medja aritmetika tal-volumi annwali tal-importazzjoni tal-Unjoni li joriġinaw f’kull pajjiż benefiċjarju matul l-10 snin kalendarji preċedenti. |
|
(3) |
Huwa xieraq li l-monitoraġġ tal-volumi tal-importazzjoni u ta’ dawk il-kwoti tariffarji jiġi ġestit f’konformità mal-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 (3), li jirregolaw il-ġestjoni tal-kwoti tariffarji mfassla biex jintużaw skont l-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali (il-prinċipju ta’ “min jiġi l-ewwel, jinqeda l-ewwel”). |
|
(4) |
Sabiex jiġu żgurati importazzjonijiet konsistenti maż-żmien għal ċerti kwoti tariffarji, huwa xieraq li l-perjodu tal-kwota tariffarja annwali tagħhom jiġi suddiviż f’subperjodi. |
|
(5) |
Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tal-monitoraġġ tal-volumi ta’ importazzjoni u l-ġestjoni tal-kwoti tariffarji previsti fl-Artikolu 34 tar-Regolament SĠP, dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 34(4) tar-Regolament SĠP, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-volumi tal-importazzjoni speċifiċi għall-pajjiż għas-sena ta’ wara, fid-dawl tal-ftuħ possibbli tal-kwoti tariffarji, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ambitu
Dan ir-regolament jistabbilixxi regoli speċifiċi għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament SĠP għall-prodotti li jaqgħu taħt il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda 1006 10 , 1006 20 u 1006 30 , b’mod partikolari fir-rigward ta’:
|
(a) |
il-metodu ta’ ġestjoni; |
|
(b) |
il-monitoraġġ tal-volumi tal-importazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jiskattaw il-kwota tariffarja; |
|
(c) |
il-perjodi u s-subperjodi tal-kwota tariffarja applikabbli. |
Artikolu 2
Ġestjoni tal-volum tal-importazzjonijiet u tal-kwoti tariffarji speċifiċi għall-pajjiż
1. Għal kull volum ta’ importazzjoni speċifiku għall-pajjiż, il-volum tal-prodotti, in-numru tal-ordni, u l-perjodu huma speċifikati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament”; għal kull kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż, il-volum tal-prodotti, in-numru tal-ordni, u l-perjodu u s-subperjodi huma speċifikati fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament”.
2. Il-volumi tal-importazzjoni speċifiċi għall-pajjiż stabbiliti fl-Anness I u l-kwoti tariffarji stabbiliti fl-Anness II għandhom jiġu amministrati mill-Unjoni f’konformità mal-ordni kronoloġika tad-dati ta’ aċċettazzjoni tad-dikjarazzjonijiet doganali għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera kif stabbilit fl-Artikoli 49 sa 54 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447.
3. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, il-volumi tal-importazzjoni u l-kwoti tariffarji jenħtieġ li jitqiesu bħala mhux kritiċi fir-rigward tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447.
Artikolu 3
Subperjodi tal-kwoti tariffarji
1. Meta perjodu tal-kwota tariffarja jinqasam f’subperjodi, kif stabbilit fl-Anness II, il-ġbid minn kull kwota trimestrali għandu jitwaqqaf fil-ħames jum tax-xogħol tal-Kummissjoni wara t-tmiem tal-perjodu trimestrali. Fl-aħħar ta’ kull trimestru, il-bilanċi mhux użati tal-kwota tariffarja għandhom jiġu ttrasferiti awtomatikament għat-trimestru li jmiss. Ma għandu jiġi ttrasferit l-ebda bilanċ mhux użat fi tmiem l-aħħar tliet xhur ta’ kull sena ta’ applikazzjoni tal-kwota tariffarja definittiva.
2. Il-kwantitajiet attribwiti taħt kwota tariffarja jistgħu jiġu ritornati f’konformità mal-leġiżlazzjoni doganali applikabbli. Meta l-ġbid fuq kwota trimestrali jkun twaqqaf jew meta kwota tariffarja tkun ġiet eżawrita jew inkella magħluqa għal aċċess ulterjuri, ir-ritorn ta’ tali kwantitajiet ma għandux jinvolvi l-ftuħ mill-ġdid ta’ dik il-kwota għas-sottomissjoni jew l-aċċettazzjoni ta’ talbiet ġodda għal ġbid. Tali kwantitajiet ritornati għandhom jitqiesu biss għall-fini ta’ aġġustament tal-bilanċ tal-kwota tariffarja rilevanti. Meta l-bilanċ mhux użat ta’ kwota trimestrali jkun diġà ġie ttrasferit għat-trimestru ta’ wara, il-kwantitajiet irritornati minn hemm ’il quddiem fir-rigward ta’ dak it-trimestru ma għandhomx jiġu ttrasferiti għat-trimestru ta’ wara. Għalhekk, dawk il-kwoti mhux se jibqgħu jkunu aċċessibbli għall-operaturi ekonomiċi.
Artikolu 4
Regoli tal-oriġini
Sabiex ikunu eliġibbli biex jibbenefikaw mill-preferenzi tariffarji u mill-kwoti tariffarji stabbiliti f’dan ir-Regolament, l-oġġetti importati elenkati fl-Annessi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-oriġini u l-proċeduri tal-oriġini msemmija fit-Titolu II, il-Kapitolu 2, it-Taqsima 2 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013.
Artikolu 5
Monitoraġġ tal-volumi tal-importazzjoni
Il-volumi ta’ importazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż jinfetħu u jiġu mmonitorjati għal prodotti li joriġinaw fil-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP kif stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 6
Volum tal-importazzjoni speċifiku għall-pajjiż
Jekk, fi żmien sena kalendarja, ikun intuża inqas minn 100 % tal-volum speċifiku għall-pajjiż miftuħ skont l-Anness I ta’ dan ir-regolament, l-Artikolu 5 japplika għas-sena ta’ wara għal dan il-pajjiż.
Artikolu 7
Kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż
1. Jekk ikun intuża 100 % tal-volum tal-importazzjoni speċifiku għall-pajjiż stabbilit fl-Anness I miftuħ f’sena kalendarja, ir-rata mhux preferenzjali applikabbli għandha tiġi applikata għall-bqija tas-sena kalendarja u għandha tinfetaħ kwota tariffarja kif stabbilit fl-Anness II għas-sena kalendarja ta’ wara għall-pajjiż ikkonċernat.
2. Il-kwota tariffarja stabbilita fl-Anness II għandha tinqasam f’erba’ subperjodi: Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu; Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju; Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru; Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru.
3. Meta l-kwota tariffarja stabbilita fl-Anness II tkun intużat f’sena kalendarja, ir-rata mhux preferenzjali applikabbli għandha tiġi applikata għall-bqija tas-sena kalendarja.
4. L-Artikolu 5 għandu japplika fis-sena ta’ wara dik tal-applikazzjoni tal-kwota tariffarja, irrispettivament mill-perċentwal tal-użu tal-kwota tariffarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-volumi tal-importazzjoni speċifiċi għall-pajjiż definiti fl-Anness I u l-kwoti definiti fl-Anness II ma għandhomx ikunu attivi simultanjament.
Artikolu 8
Kontrolli f’pajjiżi terzi
Il-Kummissjoni tista’ titlob lill-pajjiż terz biex jawtorizza lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni biex iwettqu, fejn ikun meħtieġ, kontrolli f’dan il-pajjiż terz biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti jew il-kundizzjonijiet li huma prekundizzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikati jew ta’ dokumenti uffiċjali oħra li għandhom jitressqu quddiem l-awtoritajiet doganali tal-Unjoni għar-rilaxx f’ċirkolazzjoni libera tal-prodott fl-Unjoni. Dawn il-kontrolli għandhom jitwettqu flimkien mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz ikkonċernat.
Artikolu 9
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2027 sal-iskadenza tar-Regolament SĠP.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L, 2026/1395, 22.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2026/1395/oj.
(2) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/2447/oj).
ANNESS I
Volumi ta’ importazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għall-benefiċjarji tal-SĠP li jaqbżu 6 % tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni
|
Pajjiż: |
Il-Kambodja |
|
Nru tal-Ordni |
090252 |
|
Bażi legali speċifika |
L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2026/1395 |
|
Deskrizzjoni tal-prodott u kodiċijiet NM |
Ross fil-ħliefa (paddy jew aħrax), ross bla ħliefa (brown), ross nofsu mitħun jew mitħun kollu (kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le) Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (*1) 1006 10, 1006 20 u 1006 30 meħudin b’mod kumulattiv |
|
Oriġini |
Il-Kambodja |
|
Kwantità |
2027: 313 268 tunnellata (216 047 tunnellata + 45 %) |
|
Perjodu tal-kwoti tariffarji |
1 ta’ Jannar 2027 – 31 ta’ Diċembru 2027 |
|
Subperjodi tal-kwota tariffarja |
Mhux applikabbli |
|
Prova tal-oriġini |
Dikjarazzjoni tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 |
|
Dazju doganali fil-kwota |
EUR 0 |
|
Dazju doganali barra mill-kwota |
Rata ta’ dazju mhux preferenzjali |
|
(*1) Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif applikabbli fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mutatis mutandis kif emendat minn atti legali sussegwenti. |
|
|
Pajjiż: |
Il-Mjanmar |
|
Nru tal-Ordni |
090250 |
|
Bażi legali speċifika |
L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2026/1395 |
|
Deskrizzjoni tal-prodott u kodiċijiet NM |
Ross fil-ħliefa (paddy jew aħrax), ross bla ħliefa (brown), ross nofsu mitħun jew mitħun kollu (kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le) Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (*2) 1006 10, 1006 20 u 1006 30 meħudin b’mod kumulattiv |
|
Oriġini |
Il-Mjanmar |
|
Kwantità |
2027: 249 200 tunnellata (171 862 tunnellata + 45 %) |
|
Perjodu tal-kwoti tariffarji |
1 ta’ Jannar 2027 – 31 ta’ Diċembru 2027 |
|
Subperjodi tal-kwota tariffarja |
Mhux applikabbli |
|
Prova tal-oriġini |
Dikjarazzjoni tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 |
|
Dazju doganali fil-kwota |
EUR 0 |
|
Dazju doganali barra mill-kwota |
Rata ta’ dazju mhux preferenzjali |
|
(*2) Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif applikabbli fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mutatis mutandis kif emendat minn atti legali sussegwenti. |
|
ANNESS II
Kwoti tar-rati tariffarji
|
Il-pajjiż |
Il-Kambodja |
|
Nru tal-Ordni |
090253 |
|
Bażi legali speċifika |
L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2026/1395 |
|
Deskrizzjoni tal-prodott u kodiċijiet NM |
Ross fil-ħliefa (paddy jew aħrax), ross bla ħliefa (brown), ross nofsu mitħun jew mitħun kollu (kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le) Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (*1) 1006 10, 1006 20 u 1006 30 meħudin b’mod kumulattiv |
|
Oriġini |
Il-Kambodja |
|
Kwantità |
2028: 216 047 tunnellati metriċi Il-kwantità annwali għandha tiġi diviża kif ġej: 25 % għal kull subperjodu. |
|
Perjodu tal-kwoti tariffarji |
Mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2028 |
|
Subperjodi tal-kwota tariffarja |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu; Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju; Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru; Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru |
|
Prova tal-oriġini |
Dikjarazzjoni tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 |
|
Dazju doganali fil-kwota |
EUR 0 |
|
Dazju doganali barra mill-kwota |
Rata ta’ dazju mhux preferenzjali |
|
(*1) Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif applikabbli fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mutatis mutandis kif emendat minn atti legali sussegwenti. |
|
|
Il-pajjiż |
Il-Mjanmar |
|
Nru tal-Ordni |
090251 |
|
Bażi legali speċifika |
L-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2026/1395 |
|
Deskrizzjoni tal-prodott u kodiċijiet NM |
Ross fil-ħliefa (paddy jew aħrax), ross bla ħliefa (brown), ross nofsu mitħun jew mitħun kollu (kemm jekk illustrat jew igglejżjat jew le) Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda (*2) 1006 10, 1006 20 u 1006 30 meħudin b’mod kumulattiv |
|
Oriġini |
Il-Mjanmar |
|
Kwantità |
2028: 171 862 tunnellati metriċi Il-kwantità annwali għandha tiġi diviża kif ġej: 25 % għal kull subperjodu. |
|
Perjodu tal-kwoti tariffarji |
Mill-1 ta’ Jannar 2028 sal-31 ta’ Diċembru 2028 |
|
Subperjodi tal-kwota tariffarja |
Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Marzu; Mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju; Mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Settembru; Mill-1 ta’ Ottubru sal-31 ta’ Diċembru |
|
Prova tal-oriġini |
Dikjarazzjoni tal-oriġini f’konformità mal-Artikolu 92 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/2447 |
|
Dazju doganali fil-kwota |
EUR 0 |
|
Dazju doganali barra mill-kwota |
Rata ta’ dazju mhux preferenzjali |
|
(*2) Il-kodiċijiet tan-Nomenklatura Magħquda ttieħdu min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif applikabbli fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament, u mutatis mutandis kif emendat minn atti legali sussegwenti. |
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2560/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)