|
2.7.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 230/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8997 — Whirlpool/Elica/Elica PB India Private Limited)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 230/09)
1.
Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Whirlpool Corporation (“Whirlpool”, l-Istati Uniti tal-Amerka), permezz tas-sussidjarja tagħha Whirlpool of India Limited, |
|
— |
Elica S.p.A. (“Elica”, l-Italja), |
|
— |
Elica PB India Private Limited (“Elica PB India”, l-Indja). |
Whirlpool of Inda Limited takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Elica PB India Private Limited, li bħalissa fil-biċċa l-kbira hija proprjetà ta’ Elica.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Whirlpool hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ firxa ta’ tagħmir għar-refriġerazzjoni, għall-ħasil tal-ħwejjeġ, tal-kċina, ta’ kondizzjonament tal-arja u tal-ilma u l-purifikazzjoni tal-arja, |
|
— |
Elica hi attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ tagħmir tal-kċina u l-bejgħ ta’ tagħmir għat-trattament tal-arja, |
|
— |
Elica PB of India hija attiva fil-manifattura u l-bejgħ ta’ ċertu tagħmir tal-kċina u l-bejgħ ta’ firxa ta’ apparati tat-tisjir u tal-kċina relatati fl-Indja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8997 — Whirlpool/Elica/Elica PB India Private Limited
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.